Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12216 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Interim From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Kampjuni u testijiet ta' trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar reġgħet bdiet it-testijiet fuq it-trab iswed li qed jaqa' fuq in-naħa t'isfel ta' Malta? Jekk dawn it-testijiet bdew, jista' jgħid kemm hemm postijiet li minnhom qegħdin jittieħdu kampjuni u liema huma dawn il-lokalitajiet? Jista' jgħid il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni? X'metodoloġija qed tintuża fl-analiżi ta' dawn il-kampjuni? Hemm xi laboratorji barra l-Awtorità li qed jintużaw għall-analiżi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12048. Barra minn dan, ser tintalab l-informazzjoni aktar dettaljata biex tingħata tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet speċifiċi f'din il-mistoqsija.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — metodoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'metodoloġija tintuża mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex tinġabar statistika dwar l-industrija tal-kostruzzjoni? Jista' jgħid b'liema sekwenza tinġabar din l-istatistika? Jekk il-metodoloġija tinkludi questionnaires, jista' jgħid x'inhi l-perċentwali ta' dawk li jagħżlu li jirrispondu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-metodoloġija li tintuża għall-ġbir tal-istatistika dwar l-industrija tal-kostruzzjoni hija skond ESA95 li hija l-metodologija li fuqha hija ibbażata l-istatistika tal-Unjoni Ewropeja. L-istatistika ta’ din l-industrija tinġabar parzjalment mill-SBS surveys li jinħadmu darba fis-sena. Il-perċentwali ta’ dawk li jirrispondu hija madwar it-tmenin fil-mija. Jintużaw ukoll annual accounts li jiġu pubblikati mill-kumpaniji tal-kostruzzjoni. L-informazzjoni dwar statistiska tal-gvern fuq kostruzzjoni tinġabar kull tlett xhur mid-Departmental Accounting System (DAS) tat-Teżor.

Air Malta — Bordijiet tal-appell u ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha bordijiet tal-appell f'materji ta' dixxiplina l-Air Malta u meta nħatru? Min huma l-membri ta' dawn il-bordijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Appell f’materji ta’ dixxiplina ġewwa l-Air Malta huwa mwaqqaf skond il-ftehim kollettiv li l-kumpanija għandha mal-Unions li jirraprezentaw il-ħaddiema fis-setturi diversi. Skond il-ftehim kollettiv, il-Bord huwa magħmul minn tlett persuni, li fosthom ikun hemm Chairman indipendenti u direttur tal-kumpanija. Bħalissa l-kumpanija tuża s-servizzi ta’ żewġ persuni li jservu bħala Chairman tal-Bord tal-Appell.

Dipartment tal-Agrikoltura — red palm weevil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi sistema li d-Dipartiment tal-Agrikoltura jew il-ministeru responsabbli minnu, qegħdin jippromwovu bħala sistema effettiva kontra il-prevenzjoni jew trattament kontra il-firxa tar-red palm weevil?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Siġar tal-palm monitored — red palm weevil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-siġar tal-palm f'postijiet pubbliċi hux qegħdin ikunu monitored kontra il-firxa tar-red palm weevil? Jekk qiegħed issir il-monitoring jista' jgħid min qed jagħmel dan, kemm instabu siġar infettati u x'qed isir sabiex siġar infettati jkunu salvati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lis-siġar tal-palm f'postijiet pubbliċi huma monitorjati kemm mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti, kif ukoll minn entitajiet oħra li għandhom ir-responsabilità ta’ dawn il-postijiet pubbliċi. L-ispetturi tal-Plant Health, meta matul l-monitoraġġ u l-ispezzjonijiet jinnotaw li hemm xi palm li hu nfettat javża lil dik l-entità li hija responsabbli sabiex mill-ewwel, jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, kemm jekk ikun hemm bżonn jiġu kkurati u kemm jekk ikunu jridu jititneħħew. S'issa instabu 194 palma f`2008, u 280 palma f`2009 li kienu nfettati u kellhom jinqerdu.

Importazzjoni ta' siġar tal-palm — red palm weevil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu fl-importazzjoni ta' siġar minn barra sabiex ma tkompliex tinxtered il-firxa tar-red palm weevil?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-miżuri li qed jittieħdu kontra l-importazzjoni tal-palm huma rregolati mid-Direttiva 2007/365/EC. Importazzjoni ma tistax issir jekk mhux minn pajjiż jew zona fejn m’hemmx il-bumunqar.

Dipartiment tal-Agrikoltura — speċi ta' siġar tal-palm reġistrati

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hu maħsub li hawn siġar tal-palm ta' speċi differenti f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid kemm kien hawn siġar tal-palm ta' speċi differenti li kienu reġistrati? Jista' jgħid x'passi huma ppjanati li d-Dipartiment tal-Agrikoltura ser jieħu wara l-perijodu ta' reġistrazzjoni ta' dawn is-siġar tal-palm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3727 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — nefqa fuq kotba ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li saret mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex fuq kotba ġodda għall-libreriji lokali skond il-ftehim bejn il-kunsilli lokali u d-dipartiment tal-libreriji? Jista' jagħti dan it-tagħrif mis-sena 1999 meta daħal fis-seħħ il-ftehim ta' koperazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall Mistoqsija Parlamentari Numru 3727 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-ammont ta’ flus li l-Kunsilli Lokali nefqu mill-1999 sal-2008 fuq kotba ġodda għall-libreriji li kienu devoluti lilhom.

Tenders iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tenders għal diversi proġetti li suppost ikunu finanzjati mill-Unjoni Ewropea hux qegħdin jinħarġu skond il-programm imħejji mill-Gvern Malti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kull dipartiment jew organizzazjoni Governattiva irid jieħu ħsieb li t-tenders marbutin ma’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja jiġu ppublikati fil-ħin. Tenders li qed jiġu rriferuti għal pubblikazzjoni mid-Dipartment tal-Kuntratti qegħdin jiġu ppubblikati b’ mod sistematiku wara li jiġi assigurat li hemm l-approvazzjonijiet neċessarji.

Skejjel primarji u sekondarji — konnettività tal-internet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel primarji u skejjel sekondarji li għandhom il-konnettività tal-internet? F'dawk l-iskejjel li hemm il-konnettività tal-internet, tista' tgħid jekk din hix lokalizzata f'xi computer lab partikolari jew jekk hix mifruxa madwar l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Kapijiet, Assistenti Kapijiet ta’ l-iskejjel u segretarji ta’ l-iskejjel kollha ġew provduti bl-internet account. L-iskejjel kollha għandhom il-konnettivita’ bl-internet. • 72 skola primarja għandhom Internet Broadband. In-network huwa mifrux fl-uffiċċji u l-klassijiet mill-ewwel sas-sitt sena. • 6 skejjel speċjali għandhom Internet Broadband. Żewġ skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini u l-klassijiet kollha. Tliet skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Skola waħda għandha l-Internet fl-uffiċini u fi kmamar oħra. • 32 skola Sekondarja għandhom Internet Broadband. In-network huwa mifrux fl-uffiċċji u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Tliet skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini, staff-rooms, u l-klassijiet kollha. • 2 skejjel Higher Secondary għandhom Internet Broadband. Fi skola waħda l-aċċess huwa mifrux fl-uffiċini u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Fl-iskola l-oħra għandhom l-istess ħaġa ħlief li fi blokk wieħed hemm aċċess għall-Internet f’kull kamra. Għar-rigward l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti il-konnettivita’ ta’ l-internet hija hekk: 24 skola primarja tal-Knisja kollha għandhom il-konnettivita’ ta’ l- internet , 5 lokalizzata f’kompjuter lab partikulari u 19 mifruxa madwar l-iskola. 22 skola sekondarja tal-Knisja għandhom wkoll il-konnettivita’ ta’ l- internet kollha, 2 minnhom lokalizzata f’kompjuter lab partikulari u 20 mifruxa madwar l-iskola. F’14-il skola primarji indipendenti, 13 minnhom hemm konnettivita’ tal- internet , 6 lokalizzati f’kompjuter lab partikulari u 7 mifruxa madwar l-iskola. F’10 skejjel sekondarji indipendenti, 9 minnhom hemm konnettivita’ tal- internet , 2 lokalizzati f’kompjuter lab partikulari u 7 mifruxa madwar l-iskola.

Tagħmir tat-Tekonoloġija tal-Informatika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar investiment f'akkwist ta' tagħmir (hardware) tat-Teknoloġija tal-Informatika fl-iskejjel primarji tul dawn l-aħħar għaxar snin? Tista' tgħid x'kienet in-nefqa komplimentari f'manutenzjoni ta' dan it-tagħmir? Tista' tgħid x'inhi l-età medja tal-computers fl-iskejjel primarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Berġa ta' Provenza — swali għall-esibizzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm swali fil-Berġa ta' Provenza li jistgħu jintużaw bħala swali għall-esibizzjoni permanenti ta' oġġetti arkeoloġiċi? Tista' tgħid kemm minn dawn is-swali qed ikunu wżati u miftuħa għall-pubbliku? Kemm hemm swali li qed isir xogħol fuqhom sabiex jitqiegħdu għall-esibizzjoni permanenti u meta hu skedat li jitlesta dan ix-xogħol? X'se tkun in-nefqa għal dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija hemm tlettax-il sala li jistgħu jintużaw għall-wirja permanenti. Sitta jinsabu fis-sular t’isfel u jintużaw għall-wirja permanenti fuq il-preistorja, u huma miftuħin għall-pubbliku. Ħames swali oħra jinsabu fis-sular ta’ fuq. Bħalissa qed isir xogħol fuqhom sabiex tiżdied il-wirja permanenti. Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta fl-2010. L-ispiża totali għal dan il-proġett hija ta’ 400,000 Ewro. Intefqu wkoll 200,000 Ewro għar-restawr tal-faċċati li jagħtu għal Triq Melita u Triq il-Karru sabiex dawn is-swali jkunu jistgħu jilqgħu fihom il-wirja permanenti.

Oġġetti storiċi tal-età punika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandu oġġetti storiċi tal-età punika il-mużew tal-arkeoloġija jew Heritage Malta taħt il-kustodju tagħha? Kemm minn dawn qedgħin Għawdex u kemm minnhom huma f'Malta? Kemm mill-kollezzjoni t'oġġetti huma dawk li qedgħin jiġu esebiti b'mod permanenti u kemm hemm fil-kollezzjoni riserva? Tista' tgħid fejn tinżamm din il-kollezzjoni riserva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-oġġetti arkeoloġiċi tal-perjodu Puniku fil-kollezzjoni nazzjonali jammontaw għal madwar 6730. Madwar 1150 jinsabu Għawdex u minn dawn hemm 150 li huma esibiti fil-Mużew tal-Arkeoloġija ta’ Għawdex. Barra minn dawn hemm ammonti konsiderevoli ta’ oġġetti tal-perjodu Puniku li ġew skavati mill-Missione Arkeologika Taljana li għadhom fil-kustodja tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Bħalissa m’hemm xejn minn dawn l-oġġetti għall-wiri iżda ladarba jitlesta x-xogħol fis-swali tal-Muzew Nazzjonali tal-Arkeoloġija se jkun hemm madwar 150 oġġett Puniku esibit. L-oġġetti kollha msemmija jinsabu maħżuna f’għadd ta’ binjiet ta’ Heritage Malta.
Leg 11 PQ #3715 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru għar-Riċerka u Taħriġ tal-Politika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-ħidma matul is-sena li għaddiet taċ-Ċentru għar-Riċerka u Taħriġ tal-Politika? Jista' jgħid x'se tkun il-ħidma ta' dan iċ-ċentru għas-sena d-dieħla u kif inhu ppjanat li se tintnefaq is-somma vvotata ta' €200,000? Jista' jagħti indikazzjoni ta' x'sistema ta' tmexxija għandu dan iċ-ċentru u min huma l-persuni responsabbli minn din it-tmexxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iċ-Ċentru għat-Taħriġ u Riċerka fil-Politikà Amministrattiva beda jopera matul dis-sena sabiex jittieħdu inizjativi ta’ priorità nazzjonali fuq taħriġ u riċerka skond il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku. Għal dan il-għan, twaqqaf il- Head Office biex jikkoordina l-ħidma ta' dan iċ-Ċentru u matul is-sajf iċ-Ċentru ngħata l-inkarigu biex jieħu ħsieb il-proċess ta' pre-selection ta' Diretturi fis-Servizz Pubbliku permezz ta' metodi innovattivi. Barra minhekk, iċ-Ċentru kellu diskussjonijiet ma’ l-ogħla awtoritajiet ta’ l-Università biex jitwaqqaf Research Advisory Council biex jipproponi riċerka fuq prioritajiet nazzjonali u t'interess kemm għas-Servizz Pubbliku u kif ukoll għall-Università. Xogħol fuq din ir-riċerka għandu jibda dalwaqt u jitkompla s-sena d-dieħla. Flimkien ma’ l-i Staff Development Organisation li llum jifforma parti miċ-Ċentru ġew finalizzati l-pjanijiet biex jimbnew il-faċiltajiet taċ-Ċentru fil-Furjana fejn kien hemm il-Lottu Pubbliku u x-xogħol għandu jitlesta s-sena d-dieħla. Is-somma ta' 200,000 ġiet vvutata għal dan il-għan. Is-sena d-dieħla, ċ-Ċentru se jiffoka wkoll fuq ħidma biex issir analizi tal-ħtiġijiet ta' uffiċjali pubbliċi u b'hekk jitfasslu programmi ta' taħriġ marbuta ma' din l-analiżi. Se jitkompla wkoll il-proċess biex korsijiet organizzati miċ-Ċentru jkunu akkreditati. Iċ-Ċentru hu mmexxi minn uffiċjal fi grad numru 2 (Dr Philip von Brockdorff) u żewġ diretturi (Ms Joanna Genovese u Mr Charles Polidano). Ingħataw dan l-inkarigu abbażi ta’ lateral transfer .

Vertical connections — proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-vertical connections li kien wasal għar-rizoluzzjoni parlamentari qabel il-parlament aġġorna qabel l-elezzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma kienx sodisfatt bit-termini u l-kondizzjonijiet tal-ftehim dwar il-proġett u qed jerġa jevalwa l-pożizzjoni tiegħu biex isservi tassew l-oġġettivi tal- proġett.

Awtorità dwar it-trasport — multi level junction

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux fil-pjanijiet tal-Awtorità dwar it-Trasport li l-multi level junction li għandu jsir minflok ir-roundabout tal-Kappara isir fis-sentejn li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Gvern għandu quddiemu l-għażla ta' liema partijiet mit-toroq fuq it-Ten - T network ta' Malta għandhom jiġu prijoriżżati. Il-porzjon tat-triq li jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk l-għażliet.

Tenders iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tenders għal diversi proġetti li suppost ikunu iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea hux qegħdin jinħarġu skond il-programm imħejji mill-Gvern Malti?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3727 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Interim From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — nefqa fuq kotba ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li saret mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex fuq kotba ġodda għall-libreriji lokali skond il-ftehim bejn il-kunsilli lokali u d-dipartiment tal-libreriji? Jista' jagħti dan it-tagħrif mis-sena 1999 meta daħal fis-seħħ il-ftehim ta' koperazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjanti għall-ġenerazzjoni tal-enerġija — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-Enemalta għandhomx pjanijiet sabiex jinħarġu offerti sabiex il-privat jinvesti f'impjanti għall-ġenerazzjoni konvenzjonali tal-enerġija?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.