Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arms Ltd — servizzi ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20167, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi ġodda li hu proġettat li l-Arms Ltd se toffri lill-klijenti tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jkunu jistgħu jiġu offruti varji servizzi ġodda meta l-proġett ta’ IUBS ikun aktar avvanzat. Fost dawn is-servizzi hemm; 1. l-introduzzjoni ta’ budget billing fejn il-konsumatur jidħol fi ftehim biex iħallas ammont fiss fix-xahar għall-konsum tad-dawl u l-ilma; jekk jitħallas ammont żejjed jew nieqes għall-konsum attwali, dan jiġi kkreditat fil-kont jew jkun irid jitħallas fl-aħħar ta’ perjodu, skont kif miftiehem (eż. 6 xhur) 2. pagament bil-quddiem (“prepayment”) għal konsum tad-dawl 3. aċċess għall-konsum kull siegħa, kuljum, kull ġimgħa u kull xahar u konsumatur ikun jista wkoll jara l- consumption pattern tiegħu minn fuq l- internet . 4. Portal aċċessibli mill- internet li jippermeti lill-konsumatur li jaċċessa d-dettalji tal-kont kif ukoll jagħmel referenza għal-kontijiet u pagamenti marbutin mall-kont.

Arms Ltd — rapporti jew korrispondenza

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20168, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew korrispondenza jew pariri li wasslu għat-twaqqif tal-Arms Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender ippublikat fil-11 ta’ Diċembru 2006 emfasizza t-trasformazzjoni tal-proċessi “meter-to-cash” u “customer care” b’mudell ta’ “outsourcing”. L-Enemalta u l-Korporazzjoni tas-Sevizzi ta’ l-Ilma, urew preferenza li dan l-operat jingħata lill-kumpanija internazzjonali li jkollha esperjenza f’dan il-qasam. Il-mudell kien jirrikjedi li din l-kumpanija tieħu responsabilta’ tal- proċessi u impjegati għal tul ta’ ħames snin. Minkejja din l-preferenza, l-ispiża ta’ ċirka €55 miljun, kienet għolja wisq u għalhekk l-Utilitajiet iddeċidew li jixtru s-sistemi ta’ l-ICT, iżda jibqaw responsabli ta’ l-operat u bl-għajnuna tal-kompetenzi ta’ l-IBM, jikkonsolidaw l-operat kollu tal-“ cash to meter” f’vejikolu wieħed. Ir-raġunijiet għaliex l-Utilitajiet fetħu kumpanija separata kienu: · Biex din l-kumpanija, għal ewwel sena, tikkonċentra speċifikament fuq l-implimentazjoni tas-sistemi tal-“ billing ” u l-“ customer care ”, u t-transizzjoni ta’ l-informazzjoni mis-sistema l-antika għas-sistema l-ġdida min-naħa ta’ l-Utilitajiet; · Konsolidazzjoni ta’ l-infrastruttura u ta’ l-operat tal-“meter-to-cash” u “customer care” taż-żewġ utilitajiet għandha tirriżulta f’tnaqqis ta’ spejjez billi tinqata duplikazzjoni ta’ rwoli u riżorsi li kienu jagħmlu impjegati taż-żewġ Korporazzjonijiet bħal eżempju l-“ credit control ” u l-“ customer care ”; · Is-servizz lill-konsumaturi għandu jitjieb meta dan jkollu “ one stop-shop service ” la darba ssir il-konsolidazzjoni; · L-kumpanija topera indipendentament mill-Utilitajiet, iggovernata minn “ service level agreements ”; · F’ambitu ta’ leġislajzzoni ta’ l-EU u is-segregazzjoni ta’ “ Retail and Supply for Electricity ” (għalkemm hemm deroga għall-pajjiżna) il-fatt li tinfetaħ kumpanija oħra huma mod iżjed trasparenti kif jitmexxa l-operat Id-deċisjoni li tinfetaħ il-kumpanija ittieħdet wara analiżi interna u diskussjonijiet li saru bejn il-maniġment taż-żewġ korporazzjonijiet u m’hemmx rapport speċifiku rigward dan.

Arms Ltd — job description għat-top management

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20169, jista' l-Ministru jgħid jekk tfasslux job descriptions għall-irwoli tat-top management li bħalissa qiegħed imexxi l-Arms Ltd? Jista' jgħid jekk sarux sejħiet sabiex jimtlew dawn l-irwoli u jispjega xi proċedura ta' reklutaġġ intużat għar-reklutaġġ tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-management tal-ARMS ilkoll għandhom job description speċifika għal qasam tax-xogħol tagħhom. L-individwi kkonċernati kienu trasferiti għal ġol-ARMS mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma li huma ix- shareholders tal-kumpanija fuq bażi tal-kompetenzi tagħhom fl-oqsma rispettivi, liema konsiderazzjoni hija fattur importanti ħafna fl-implimentazzjoni tal-proġett, kif wkoll it-transizzjoni u t-transformazzjoni li jġib miegħu proġett ta’ dan il-kobor. Fil-każ tas-CEO li ġie ngaġġat b’effett mill-14 ta’ Ottubru, peress li din hija pożizzjoni ta’ fiduċja, il-metodu applikat kien dak ta ‘ direct appointment ’.

Malta Communications Authority — permess lil GO Plc

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Malta Communications Authority tatx permess lil GO Plc. sabiex jibblokka s-sinjal tad-digital terrestrial li televisions mixtrija riċentament ikunu mgħammra jirċevuh awtomatikament? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Minsitru jagħti l-ġustifikazzjoni ta' dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-awtorità ma tagħtx u lanqas tagħti permessi biex sinjali tad-digital terrestrial television jiġu mblokkati.

stallazzjoni ta' smart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-infiq previst għall-proġett tal-istallazzjoni tal-ismart meters tħallas s'issa? Jista' l-Ministru jgħid għalfejn 32,000 smart meters biss kienu stallati s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l’infiq s’issa fuq il-proġett ta’ l-iSmart Meters huwa ta’ €19,658,359 u din il-figura hija skont il-payment plan hekk kif maqbul bejn l-IBM u l-Korporazzjonijiet tal-Enemalta u l-Water Services Corporation. Dan jinkludi; · Il- proġett u l-evalwazzjoni ta’ Small Scale Implementation · L-iSmart Meters installati (ċirka 38,000-il meter) · L-iSmart Meters li ġew ordnati u waslu fil-warehouse ta’ l-Enemalta (bilanċ ta’ 44,157-il meter preżentament fil-warehouse) · Il-Concenrtrators li twaħħlu fid-distribution centres · Ammont ta’ Personal Digital Assistants (PDA) għal min jinstalla il-meters · L-infrastruttura ta’ l-ICT relatata ma’ l-Automated Meter Management (AMM) · L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ l-ICT u l-AMM · Il-‘Probes’ u t-‘Transmitters’ għall-meters ta’ l-Ilma · Il-‘Roll-out Testing’ u l-commissioning ta’ l-iSmart meters u l-Probes ta’ l-ilma · L-integrazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-iSmart Meters għas-sistema ta’ l-SAP · Is-servizzi minn IBM u s-sapport ta’ ENEL B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-installazzjoni ta’ l- ismart meters tad-dawl bdiet bi proġett pilota f’Mejju 2009. F’din il-fażi tal-proġett twaħħlu ċirka 5000-il smart meters, bl-iskop li jiġu ttestjati l-proċeduri kollha għal-fazi finali ta’ wara, li tinvolvi l-bdil tal- meters kollha tad-dawl. Il-proġett pilota ġie konkluż fil-bidu tal-2010 u sussegwentament beda l- massive roll out biex jinbidlu il-kumplament tal- meters l-oħra. L-installazzjoni ta’ smart meters, miexja skont il-pjan imfassal, li għandu l-għan li jwassal biex il- meters kollha jinbiddlu fi żmien tliet snin.

spiża fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża s'issa li ntefqet fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt? Jista' jgħid minn liema fondi ġew il-flus sabiex jitħallas dan l-infiq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat l-ispiża totali li ntefqet fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt sal-aħħar t'Awwissu 2010 kienet ta' € 5,137,576. Il-Grand Harbour Regeneration Corporation tagħmel tajjeb għal dan l-infiq.

proġetti fuq bini, titjib jew irranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-infiq proġett bi proġett fuq proġett ta' bini, titjib jew irranġar ta' toroq arterjali u residenzjali li saru f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19277.

konċessjoni għall-istallar ta' bus stops

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konċessjoni għall-istallar ta' bus stops li kienet ittieħdet minn kumpanija privata skaditx jew meta se tiskadi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat illi ma hemm ebda konċessjoni għall- installar ta' Bus Stops, iżda jekk l-Onorevoli Interpellant qed jitkellem fuq Bus Shelter nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — infiq

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-infiq kollu tal-iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek għat-tliet snin li għaddew? Jista' jgħid x'infiq ieħor tas-snin preċedenti, din l-iskema qiegħda tissostitwixxi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l- breakdown tal-infiq kollu tal-iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għat-tliet snin li għaddew huwa kif gej: L-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek daħlet fis-seħħ f’Diċembru 2007, wara li f’Lulju 2007 kien intlaħaq u ġie ffirmat ftehim [ Memorandum of Understanding – MoU] bejn il-partijiet kollha kkonċernati. Il -breakdown tal-infiq huwa dan: Diċembru 2007 € Jan – Diċ 2008 € Jan – Diċ 2009 € Jan – Ottubru 2010 € 1. L-ammont fi flus ta’ mediċini li rċieva l-pazjent 861 2,613,483 5,983,792 5,377,166 2. Pagamenti dovuti lill-ispiżeriji għas-servizz mogħti lill-pazjenti skond l-MoU - 315,380 458,850 841,719 3. Rata fissa għall- ADSL internet connectivity lill-ispiżeriji kollha skond l-MoU. Dan l-ammont jinkludi l-arretrati minn meta bidet l-Iskema. - - - 54,634 4. Investiment fis-sistemi tal-informatika - 223,000 140,051 80,489 L-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ġiet introdotta f’Diċembru 2007 fuq kunċetti u binarji totalment differenti minn kif jaħdem l-operat fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa. Għaldaqstant mhux possibbli li s-sistemi jiġu mqabbla ma’ xulxin.

Arms Ltd — informazzjoni dwar id-diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi tal-Arms Ltd? Jista' jgħid fuq liema kriterji kienu magħżula dawn id-diretturi u x'inhuma l-ħlasijiet u benefiċċji oħra li dawn qed jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Arms Ltd — software għall-ħruġ ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'offerti kienu kkunsidrati għall-akkwist ta' software għall-ħruġ ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-Arms Ltd? Jista' jgħid min kienu l-persuni li qagħdu fuq il-bord li aġġudika dawn l-offerti? Jista' jgħid jekk kienx hemm appelli mill-evalwazzjoni ta' dawn l-offerti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-software li tuża l-ARMS Ltd għal-ħruġ ta’ kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa parti minn sistema integrata “Integrated Utility Business System” akkwistata b’mod konġunt mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma. Dan kien sar permezz ta’ tender maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti Ref: CT 2569/05. Għal din is-sejħa kienet intefgħet offerta waħda mill-kumpanija internazzjonali IBM. Il-bord li aggudika din l-offerta kien kompost kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma kien hemm l-ebda appell mid-decizjoni tal-evalwazzjoni ta’ din l-offerta.

Arms Ltd — Leasing tas-software għall-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm xhur jew snin hu ppjanat jew kuntrattat li jkun leased is-software għall-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma mal-Arms Ltd? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax il-kuntratt għal-leasing ta' dan is-software bħala good value for money u jagħti r-raġunijiet tiegħu għal tali ġudizzju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt tas-Smart Meters, li jinkludi ukoll il-programm (is-software license) tas-SAP, huwa bejn l-IBM u l-Korporazzjoni Enemalta flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u mhux ma’ ARMS Ltd. Il-kuntratt huwa għal perjodu ta’ ħames (5) snin. Il-programm tas-SAP: · Joffri aktar Integrazzjoni fuq bażi Real - Time bejn is-sistemi kollha tal-Korporazzjonijiet. · Għandu iżjed kontroll u metodi ta’ monitoring fuq il-proċessi kollha mplimentati fuq Best Practices li jeżistu f’din l-industrija. · Joffri faċilitajiet li jintegra proċess madwar sezzjonijiet differenti, u allura b’hekk inaqqas id-duplikazzjoni ta’ xogħol. · Joffri faċilitajiet ta’ One - Single - View ta’ l-informazzjoni, minflok ħafna informazzjoni imxerrda. · Joffri aktar informazzjoni kemm dettalljata kif ukoll kategorizzata biex fuqhom jiġu bbażati deċiżjonijiet tal-korporazzjonijiet. · Għandu faċilitajiet biex jkejjel il- performance f’kull livell (Korporazzjoni, Dipartiment, Sezzjoni u Individwu) · Jnaqqas ir-riskju li s-sistemi tal-koporazzjonjiet ikunu jiddependu fuq ftit persuni, għax hu software standard madwar id-dinja u għalhekk issib ħafna riżorsi speċjalizzati. Minbarra dan, ta’ min ifakkar li l-programm SAP huwa nstallat f’aktar minn 70% ta’ l-entitajiet fl- Ewropa fejn jidħol dan il-qasam.

WSC u Enemalta — software għall-ħruġ ta' kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għalfejn kien jeħtieġ li jkun leased software għal ħruġ ta' kontijiet tad-dawl u tal-ilma meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta kienu investew f'software simili fil-passat? X'inhuma d-differenzi bejn is-software li kellhom il-korporazzjonijiet relevanti għall-ħruġ ta' kontijiet u s-software leased mill-Arms Ltd? Jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa għall-offerti għall-akkwist ta' dan is-software?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-programm (is-software) ta’ SAP li ġie stallat mill-IBM fiż-żewġ Korporazzjonijiet, huwa wieħed mill-aktar avvanzat u huwa wieħed mill-aktar Software li jiġi stallat madwar l-Ewropa fejn jidħlu neċessitajiet simili tal-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Dan jinkludi, l-integrazzjoni tas-sistemi tal- Customer Relations Management , is-sistemi tal- Enterprise Resources Management , is-sistemi tal- Enterprise Asset Management u s-sistema tal- Billing . Ta’ min infakkar li l-programm tal- billing li kien qed jintuża qabel mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellu 15 –il sena u kien ibbażat fuq teknologija antika li kienet waslet fl-aħħar tal- lifetime tagħha. Mis-sistema antika ma setax jiġu ġġenerati numru ta’ rapporti addattati għaż-żminijiet ta’ llum, ma setax jigi ntegrat mas-sistemi finanzjarji tal-Korporazzjonijiet u ma kellux il-funzjonijiet neċessarji li jirrikjedu il-Korporazzjonijiet. Rigward l-akkwist ta’ dan is - software kien hemm sejħa għall-offerti kif ġej:- Request for Procurement: Integrated Utilities Business Systems Strategic Partnership CT Notice Number: E/E/T84/2005 Closing Date: 10:00am, 3rd April 2007 Date of Publication: 11th December 2006 CT File Number: CT 2298/2005

għanijiet li għalihom twaqqfet Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-għanijiet li għalihom twaqqfet l-Arms Ltd? X'kienu l-oġġettivi li għalihom twaqqfet l-Arms Ltd? X'kienu r-raġunijiet għala l-ħlas tal-kontijiet tal-ilma u tad-dawl li kienu jinħarġu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta ma setax jibqa' jsir mill-uffiċjali impjegati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-obbjettiv ewlieni tal-ARMS Ltd. hu dak li tieħu ħsieb il-project management tal-implimentazzjoni tal-proġett tal-Integrated Utilities Business Systems min-naħa tal-Korporazzjonijiet. Apparti dan, la darba tkun qed taħdem bil- complement neċessarju il-funzjoni primarja tal-kumpanija ARMS hi dik li tikkonsolida l- customer care u meter to cash service taż-żewġ Korporazzjonijiet u telimina duplikazzjoni li teżisti f’dipartimenti bħal dak tal- customer care u credit control . Fil-ġimg]at li ġejjin mistennija jibdew diskussjonijiet mal- union f’dan ir-rigward. Funzjoni oħra la darba jiġi mplimentat il-proġett kollu hu dak li toffri servizzi ġodda lill-klienti taż-żewġ korporazzjonijiet.

Arms Ltd — konsultazzjoni mal-uffiċċju tal-Management Efficiency Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta kienet se titwaqqaf l-Arms Ltd saritx konsultazzjoni mal-uffiċċju tal-Management Efficiency Unit dwar l-għanijiet, l-oġġettivi u l-proċeduri li kellha taddatta l-Arms Ltd? Jekk din it-tali konsultazzjoni saret, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport jew korrispondenza oħra li tiġbor pariri fuq it-twaqqif ta' din il-kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20169.

struttura tar-riżorsi umani tal-Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif kienet stabbilita l-organigramma tal-istruttura tar-riżorsi umani tal-Arms Ltd? Jista' jgħid jekk sarux job descriptions u qualifications criteria għal kull rwol identifikat fl-organigramma tar-riżorsi umani? Jista' jgħid jekk dawn il-job descriptions u qualifications criteria (jekk saru) kenux segwiti meta kienu qed jiġu ngaġġati l-persuni għad-diversi rwoli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istruttura tal-Organigramma tar-riżorsi umani tal-ARMS Ltd. ġiet stabbilita wara eżerċizzju u diskussjonijiet li saru mac-change management team tal-IBM, wara review li sar tal-operat eżistenti. Tfasslu l- job descriptions u qualifications għal kull rwol identifikat fl-organigramma bbażati fuq il-metodoloġija Hayes . Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Collective Bargaining Unit fir-rigward ta’ dawn il-proposti. Sussegwentament isiru d-diskussjonijiet neċessarji mal- unions sabiex jintlaħaq qbil sabiex tibda l-implimentazzjoni.

Arm Ltd — salarji, benefiċċji diretti u indiretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u l-benefiċċji diretti u indiretti u perkaċċi oħra jekk jeżistu, li jikkorrispondu għal kull kariga/rwol fl-Arms Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19365.

Arms Ltd — software għall-ħruġ ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'offerti kienu kkunsidrati għall-akkwist ta' software għall-ħruġ ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-Arms Ltd? Jista' jgħid min kienu l-persuni li qagħdu fuq il-bord li aġġudika dawn l-offerti? Jista' jgħid jekk kienx hemm appelli mill-evalwazzjoni ta' dawn l-offerti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra

Framework tenders għall-embellishments u upgrading f'oqsma industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-framework tender għad-diversi xogħlijiet ta' embellishments u upgrading f'diversi oqsma industrijali f'Malta u Għawdex, liema tender kienet għalqet f'Jannar 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti ippublika avviż fid-19 ta’ Mejju 2010 li fih il-pubbliku qiegħed jiġi infurmat li seba’ kuntratturi se jikkwalifikaw għal kuntratt biex jagħmlu xogħlijiet f’diversi oqsma industrijali f’Malta u Għawdex.

Ċimiterju tal-Addolorata — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid inġibditx l-attenzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa li fiż-żona fejn kienet koperta b'applikazzjoni outline għall-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata (liema applikazzjoni kienet ġiet sottomessa xi xhur ilu) hemm bdiewa li jgħixu minn fuq ir-raba' u l-istess raba', skont il-pjan lokali u l-pjan ta' struttura, jgawdu minn diversi policies ta' protezzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni li għaliha qed jirreferi fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu hija biss applikazzjoni preliminary li tipproġetta bini ta’ disa’ t’elef qabar. Il-pjanijiet dwar l-estensjoni tal-Addolorata fil-preżent qed jiġu evalwati u fl-ewwel stadju mhux maħsub li r-raba imsemmija se tkun involuta.