Legislature:
Category:
Reset
Active:

Grand Harbour Regeneration Corporation — flus ivvutati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20933, jista' l-Ministru jgħid fejn hemm vvutati l-flus minfuqa mill-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista' jgħid jekk il-ħsieb li jitwaqqaf SPV għall-infieq tal-proġett tal-Belt għadux urġenti u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhu l-progress dwar it-twaqqif ta' dan l-SPV?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent il-Grand Harbour Regeneration Corporation qed tuża self minn bank lokali biex tiffinanzja l-proġett. Għall-parti tal-mistoqsija dwar "special purpose vehicle' nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Proġett ta' Bieb il-Belt — traffic Modeling studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux traffic modelling studies tal-Belt Valletta kif se jirrizulta wara li jitlesta l-proġett ta' Bieb il-Belt? Jista' jagħti rendikont tar-riżultati ta' dawn l-istudji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f’Jannar 2010 saret valutazzjoni fuq l-impatt tat-traffiku tal-proġett mill-kumpanija A.D.I. Din il-valutazzjoni analizzat għażliet differenti għall-ġestjoni tat-traffiku fil-Belt imbagħad għamlet rakkomandazzjoni fuq għazla waħda minnhom. Għamlet ukoll rakkomandazzjonijiet dwar postijiet fejn għandhom jieqfu l-karozzi madwar Kastilja u l-funtana tat-Tritoni; reviżjoni ta’ 30 minuta hekk imsejjaħ ‘perjodu ta’ grazzja’ tas-CVA sabiex jiskorraġixxi t-traffiku mill-Belt; titjib fil-junctions fit-tliet postijiet; kif ukoll disinn aħjar ta’ Pjazza Kastilja sabiex iservi il-pubbliku aħjar. Studju aktar dettaljat fuq il-mudell u d-disinn tas-sitt junctions arterjali madwar il-Belt ġie kkomissjonat minn Transport Malta f’Novembru ta’ 2010. Dan l-istudju hu fil-proċess li jiġi ffinalizzat.
Leg 11 PQ #23586 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stallar u manutenzjoni ta' bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21661 u jgħid meta l-konċessjoni għall-istallar u l-manutenzjoni tal-bus shelters suppost tiġi mġedda? Jista' jgħid meta jiskadi t-terminu tal-konċessjoni u x'inhu il-mekkaniżmu ta' tiġdid ta' din il-konċessjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

kuntratti ta' Public Private Partnerships

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21100 u jagħti lista ta' kuntratti ta' Public Private Partnerships li qegħdin fis-seħħ partikolarment f'għoti ta' servizzi? Jista' jgħid kemm hu twil it-terminu ta' dawn il-kuntratti, id-data tal-iskadenza u l-metodi użati sabiex ikunu reklamati t-tiġdid jew l-għoti mill-ġdid ta' dawn il-kuntratti? Jista' jgħid min huma l-kuntratturi li jħaddmu dawn il-kuntratti u l-valur tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment iffirmat kuntratt ta' public private partnership mal-Environmental Landscapes Consortium fil-31 ta' Ottubru 2002. Dan il-kuntratt kien twil ħames snin u ġie mġedded fl-2007. Dan il-Konsorzju għandu l-obbligu li jsebbaħ ġonna pubblici u roundabouts fit-toroq. Fir-rigward ta' public private partnership agreements oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa u l-Kura ta' l-Anzjani.
Leg 11 PQ #22622 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Kapitali Ewropea 2018 — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi struttura sabiex tibda tħejjijiet għall-Belt Kapitali Ewropea 2018? Jekk twaqqfet xi struttura, jista' jgħid minn min hi komposta u x'inhuma t-terms of reference tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Mejju tal-2009 il-gvern waqqaf Kummissjoni Interministerjali sabiex tikkoordina t-tħejjijiet min-naħa tal-amministrazzjoni ċentrali marbutin mal-Belt Kapitali tal-Kultura. Fit-18 ta' Diċembru 2010, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura nieda s-sejħa uffiċċjali għall-applikazzjonijiet għal dan it-titlu. Bħalissa, il-Kummissjoni b'koordinazzjoni ma' dan l-istess Segretarjat Parlamentari qed tikkoordina numru ta' inizjattivi sabiex tiffaċilita’ l-proċess ta' applikazzjoni għal dan it-titlu, inklużi l-istrutturi neċessarji li se jkunu jistgħu jitwaqqfu għal dan il-għan. Id-dettalji kollha dwar dawn l-istrutturi jkunu jistgħu jitħabbru hekk kif din il-ħidma tkun mitmuma, fil-ġimgħat li ġejjin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Membri tal-Kummissjoni kif ukoll it- Terms of Reference tagħha.

Raħal Ġdid — pjanijiet għal Schreiber Ground

Question

B'referenza għall-proġett tax-Schreiber Ground f'Raħal Ġdid, fejn il-Ministru qalet li se tinbena skola ġdida, tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandha għall-użu tal-iskejjel eżistenti f'Raħal Ġdid?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru għad irid jieħu deċiżjoni fuq l-użu tal-iskola sekondarja subien ta’ Raħal l-Ġdid. Diversi skejjel se jintużaw għall-servizzi edukattivi.

Raħal Ġdid — proġett tas-Schreiber Ground

Question

B'referenza għall-proġett tas-Schreiber Ground f'Raħal Ġdid, fejn il-Ministru qalet li se tinbena skola sekondarja ġdida, tista' l-Ministru tgħid jekk il-pjanijiet kif kien hemm fil-pjanti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li kienu jinkludu ċentru tas-saħħa u parking privat u parking għaċ-ċentru kummerċjali ta' Raħal Ġdid, għadhomx inklużi fil-pjanti jew fil-pjanijiet il-ġodda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm ippjanat li tinbena skola fis-sit imsemmi u għadhom għaddejjin konsultazzjonijiet mal-Ministru tas-Saħħa l-Anzjani u Kura fil-Komunità u l-Ministeru tal-Finanzi Ekonomija u Investiment.

Rapport dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21862, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport li kienu għamlu l-ENI dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'Malta hux mitluf jew le? Jista' jgħid x'kienu t-time frames ta' meta sar dan ir-rapport?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21862.

Ġenerazzjoni tal-enerġija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21862, jista' l-Ministru jagħti elenku tal-istudji, rapporti u strateġiji kollha li qed isiru? Min qed jagħmilhom? Meta ġew kummissjonati? X'time frames ingħataw sabiex jitlestew?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21862, mhux prudenti li d-dokumenti relatati jiġu pubblikati sakemm il-proċess jiġi finalizzat.

smart meters — strutturi kontemplati fit-tender

Question

B'referenza għall-misotqisja parlamentari 21854, il-mistoqsija parlamentari oriġinali kienet tirreferi għall-istrutturi kontemplati, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-istrutturi amministattivi kontemplati fit-tender għall-proviżjoni u stallazzjoni tal-smart meterssabiex meta l-implimentazzjoni tat-tender tkun lesta u meta s-sistema tas-software tkun qed taħdem, l-istess struttura amministrattiva tkun tista' tamministra s-sistema kollha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm strutturi amministattivi għall-proviżjoni u nstallazzjoni tas-smart meters kontemplati fit-tender. L-amministrazzjoni ta’ l-ismart meters taqa taħt ir-responsabbilta’ tal-Meter Sections taż-żewġ Korporazzjonijiet rispettivi.

proġett tal-ismart meters

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ħsieb oriġinali fil-proġett tal-ismart meters kien li l-istruttura li kellha tħaddem is-sistema kellha minn tal-inqas ma żżidx l-ispejjeż li kienu jintnefqu sa dak iż-żmien fl-ipproċessar tal-kontijiet tad-dawl u ilma? Jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li dan il-għan jintlaħaq u jekk fl-affermattiv jista' jgħid kif se jintlaħaq dan il-għan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta jiġi mplimentat il-proġett kollu u jiġu integrati il-proċessi u s-servizzi tal-customer casre taż-żewġ Korporazzjonijiet sabiex jibda jingħata servizz integrat mill-kumpanija f’isem ż-żewġ koporazzjonijiet, l-ispejjes operattivi jonqsu f’livelli anqas min dawk li kienu fuq l-aħħar snin.

smart meters — strutturi kontemplati fit-tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-istrutturi kontemplati fit-tender għall-proviżjoni u stallazzjoni tal-ismart meters sabiex jipproċessaw id-data li jagħtu l-istess smart meters?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif stipulat fil-kuntratt bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma flimkien ma’ l-IBM, dawn ta’ l-aħħar ser jiprovdu: · 245,000 ismart meter ta’ l-elettriku; u 245,000 Pulse Emitters għall - arloġġi ta’ l-ilma. · Apparat għal-kommunikazzjoni, biex tkun tista tinqara d- data ta’ l- ismart meters ta’ l-elettriku bl-użu ta’ linji ta’ l-elettriku eżistenti ( Power Line Communications ). · Apparat għal-kommunikazzjoni u l-installazzjoni tiegħu, biex tkun tista tinqara d- data mil-arloġġ ta’ l-ilma bl-użu ta’ Radio Frequency Transmission. · Proviżjoni ta’ sistema ( software u hardware ) biex tikkontrolla l-komunikazzjoni bejn l- ismart meters ta’ l-elettriku u l-apparat tal-kommunikazzjoni nstallata ma’ l-arloġġ ta’ l-ilma flimkien ma’ software ċentralizzat li jikkalkula l-kontijiet. Ix-xogħol relatat ma’ l-installazzjoni ta’ l-i smart meters u l-apparat li jeħel ma’ l-arloġġ ta’ l-ilma għand il-konsumatur, hija responsabbiltà tal-Korporazzjonijiet rispettivament.

Ġenerazzjoni tal-Enerġija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21663, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diversi rapporti u stimi li għamel referenza għalihom fir-risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi billi l-istudji msemmijin huma parti minn proċess li għadu ma ġiex finalizzat mhux possibli li jigu ippublikati f’dan l-istadju.

KSI — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma impjegat numru ta' ħaddiema permezz ta' kuntrattur u li dawn il-ħaddiema klerikali, il-biċċa kbira tagħhom, jekk mhux kollha, qegħdin jassistu fix-xogħol tal-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #21661 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Interim From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stallar u manutenzjonin ta' bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta il-konċessjoni għall-istallar u l-manutenzjoni tal-bus shelters suppost tiġi mġedda? Jista' jgħid meta jiskadi t-terminu tal-konċessjoni u x'inhu il-mekkaniżmu ta' tiġdid ta' din il-konċessjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Arms Ltd — tender gġall-provvizzjoni u stallazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Arms Ltd twaqqfitx fil-mod kif kien maħsub meta oriġinarjament ħarġet it-tender għall-provvizjoni u stallazzjoni tal-smart meters?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deċiżjoni biex titwaqqaf l-ARMS Ltd ittieħdet wara li l-possibiltà ta’ outsourcing meħtieġa fit-tender ġiet meqjusa bħala mhux ekonomikament vijabbli. Ix-xiri u l-installazjoni ta’ l-ismart meters huwa biss parti mill-iskop tal-proġett kollu. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 20167 li tispjega l-għanijiet li għalihom twaqqfet il-Kumpanija Arms.

Ġenerazzjoni tal-Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sarux studji u estimi sabiex ikun investigat x'infrastruttura hi meħtieġa sabiex il-pajjiż ikun jista' jkollu sistema ta' ġenerazzjoni ta' enerġija li taħdem bil-gass? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti għal dan l-iskop u jekk tqabdu, jista' jgħid min kienu l-konsulenti? Huwa possibli li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew stimi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab informat illi sar studju dwar il-feasibility ta’ pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija fl-2003. Dan l-istudju, li sar mill-ENI, jindika investiment kapitali kbir. Sussegwentement, inħarġet request for proposals u l- bidders interessati ssottomettew studji ulterjuri fuq il-possibiltà ta’ importazzjoni tal-gass permezz ta’ tankers , b’mod partikolari liquefied natural gas u compressed natural gas . Dawn l-opzjonijiet kienu komparati ma’ dik għal investiment f’ pipeline , li min-naħa tagħha kienet aġġornata wkoll. Il-proċess li jwassal għal deċiżjoni dwar l-użu tal-gass għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku għadu mhux eżawrit, u l-Gvern għad irid jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji biex, wara li jingħalaq l-impjant tal-Marsa, isir l-investiment neċessarju għal dan. L-impjant eżistenti, u l-estensjoni li qed tinbena bħalissa, jistgħu jiġu konvertiti biex jużaw il-gass. Mill-istudji li saru s’issa, joħroġ biċ-ċar li hemm numru ta’ limitazzjonijiet li ma jistgħux ma jittieħdux in konsiderazzjoni. Fost dawn insibu n-neċessità għal spazju sostanzjali għall-ħażna tal-gass, u l-bżonn ta’ konsenji frekwenti bil-baħar, bil-konsegwenza li dawn jistgħu jittardjaw f’każ ta’ maltemp. Dan minbarra kuntratt għal provvista ta’ gass fit-tul, bi prezzijiet marbuta mal-prezzijiet taż-żejt u kundizzjonijiet take or pay , fejn f’eventwalità li l-ammont kuntrattat ta’ konsum ma jintlaħaqx, dan xorta jwassal għall-obbligazzjoni tal-pagamenti kuntrattwali.

Arms Ltd — informazzjoni dwar id-diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi tal-Arms Ltd? Jista' jgħid fuq liema kriterji kienu magħżula dawn id-diretturi u x'inhuma l-ħlasijiet u benefiċċji oħra li dawn qed jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diretturi ta l-ARMS Ltd. huma: Pierre Carabott, Marc Muscat – CEO, Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma u Karl Camilleri – CEO, Enemalta. Iż-żewġ korporazzjonijiet hekk kif inhuma msemmija, għandhom 50% shareholding kull wieħed f’ARMS Ltd. Pierre Carabott ma jirċievi l-ebda honorarium għall-kariga tiegħu bħala Chairman, filwaqt liż-żewġ diretturi l-oħra, Marc Muscat u Karl Camilleri, jirċievu honorarium ta’ €2,070 kull sena.

kuntratti ta' Public Private Partnerships

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti ta' Public Private Partnerships li qegħdin fis-seħħ partikolarment f'għoti ta' servizzi? Jista' jgħid kemm hu twil it-terminu ta' dawn il-kuntratti, id-data tal-iskadenza u l-metodi użati sabiex ikunu reklamati t-tiġdid jew l-għoti mill-ġdid ta' dawn il-kuntratti? Jista' jgħid min huma l-kuntratturi li jħaddmu dawn il-kuntratti u l-valur tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Arms Ltd — Leasing tas-software għall-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20176, jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u ċioe: jekk jikkonsidrax il-kuntratt għal-leasing tas-software ta' SAP bejn l-IBM u l-Korporazzjoni Enemalta bħala good value for money u jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan il-ġudizzju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-pompi msemmija fir-risposti tal-mistoqsija parlamentari 20658 għandhom kapaċità skond l-area minn fejn jinġabar id-drenaġġ li jwassal sa dik il-pumping station. Il-pompa tal-Pwales li tiġbor id-drenaġġ kollu ta’ San Pawl il-Baħar u tippumpjah lejn Għajn Znuber għandha kapaċità massima ta’ 300l/sekonda. Vide PL 5804 li tpoġġiet f'Seduta 280, nhar l-Erbgħa, 9 ta' Novembru 2010.