Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq il-kmamar tal-Armier li nbnew qabel l-1992? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni fuq il-Marfa Action Plan li kien inħareġ fl-2002 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed jirrevedi l-Pjan ta' Azzjoni għall-Marfa li kien ħareġ fl-2002 bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aħħarija li tirrispetta l-ambjent imma li fl-istess ħin, fl-ispirtu tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, tagħti każ ukoll l-aspett soċjali.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kalkulazzjonijiet u pariri tekniċi oħra li l-Ministru u/jew Dipartiment tal-Artijiet ingħata u li fuq dawn il-pariri kien stabbilit il-valur ta' 100 post f'parkeġġ għall-94 sena, liema valur kien imbgħad rifless fil-kuntratt propost li l-Gvern Malti se jagħmel mal-MCP Ltd.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37000, jista' l-Ministru jikkonferma li kellu kalkulazzjonijiet u pariri dwar il-valur tal-100 post parkeġġ fl-MCP cap park u li a bażi ta' dawn il-kalkulazzjonijiet u pariri ibbaża l-istess kuntratt dwar l-estensjoni taċ-ċens u l-akkwist tal-100 post parkeġġ fl-istess car park?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun li qed jiġi attribwit għall- valur ta’ 100 spazju ta’ parkeġġ ġie stability billi ttieħdu in konsiderazzjoni numru ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Gvern u huma dawn li ġejjin:
1. Ġnien ġdid – l-ispiża tal-proġett sabiex jissaqqaf il-parkeġġ u jzid ‘l fuq minn 400 spazju ġdid flimkien mat-tisbieħ u
landscaping
tal-ġnien huwa stmat li, kieku kien se jagħmlu l-Gvern, jiġi jiswih ‘l fuq minn Ewro 5 miljuni.
2. L-ispiża annwali ta’ manutenzjoni sabiex jinżamm l-ġnien f’stat tajjeb għat-tul ta’ 94 sena tkun a karika ta’ l-operatur. Huwa stmat lid an waħdu se jiswa ‘l fuq minn Ewro 200,000 fis-sena.
3. Aktar spazji ta’ parkeġġ aċċessibli ġewwa l-Belt wara li jiġu vakati kemm jista’ jkun spazji ta’ parkeġġ u wara li qed jiġi assikurat li l-Gvern ikollu l-100 spazji ta’ parkeġġ fl-MCP Car Park sabiex jaqdi l-esiġenzi ta’ l-amministrazzjoni.
Barra minn hekk, il-valur ta’ Ewro 3.2 miljun jitqies ekwu u ġust meta taħdem żewġ kalkoli sempliċi li jifhem kulħadd u mingħajr bżonn ta’ pariri tekniċi. U dank if ġej:
a) Jekk l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun jiġi diviż bl-ammont ta’ 94 sena(il-perjodu taċ-ċens) u r-riżultat jerġa jiġi diviż bin-numru ta’ spazji għad dispożizzjoni, jiġifier 100, tasal għal valur annwu ta’ Ewru 340.42. Dan il-valur, li ma jinbilix tul il-perjodu kollu ta’ 94 sena ċens, jammonta għal ftit inqas minn Ewro kuljum għal kull spazju ta’ parkeġġ. Meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni li llum l-inqas rata li titħallas fil-parkeġġ hija ta’ Ewro 2.30 ċenteżmu (Ewro 600 fis-sena) jidher ċar li l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun li se jitħallas f’rati ugwali fiż-żmien għaxar snin huwa mill-aktar ġust u vantaġġjuż.
b) Meta wieħed jimmultiplika l-ammont ta’ Ewro 200,000 fis-sena għal manutenzjoni tal-ġnien għal 94 sena jammonta għal madwar Ewro 19 miljun. Dan l-ammont kollu se jiġi ffrankat mill-Gvern għax se jsir a spejjeż ta’ l-operatur.
Meta wieħed iqis dawn il-kalkoli, wieħed jasal għall-konklużjoni li l-100 spazju ta’ parkeġġ huma fil-fatt bonus u mhux piż.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji ta' fattibilità li l-gvern kien qed jagħmel dwar il-proposta ta' Sargas sabiex joperaw Power Station ġdida f'Delimara flimkien ma' dawk eżistenti, liema studji issa ilhom isiru madwar sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-kalkulazzjonijiet u pariri tekniċi oħra li l-Ministru u/jew Dipartiment tal-Artijiet ingħata u li fuq dawn il-pariri kien stabbilit il-valur ta' 100 post f'parkeġġ għall-94 sena, liema valur kien imbgħad rifless fil-kuntratt propost li l-Gvern Malti se jagħmel mal-MCP Ltd.
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Issa li qed jingħad li l-power station se tibda topera f'Ġunju, jista' l-Ministru jgħid kienx deċiż li l-iskart tossiku jinġarr fuq l-art flok il-baħar? Jista' jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-iskart mill-power station ta’ Delimara ser jinġabar u jiġi maħżun f’kontenituri ddisinjati apposta sakemm ikun lest biex jiġi trasportat lejn il-Freeport, kif inħareġ mill-MEPA permezz tal-permess tal-IPPC li ħareġ f’Diċembru 2011. Ġiet anke stabbilita rota biex timminimizza kwalunkwe impatt fuq it-traffiku. Trasport bħal dan huwa regolat b’mod mill-aktar strett mill-UE li tiżgura li kull standard tas-saħħa u s-sigurtà jiġu osservati. Barra minn hekk l-Enemalta ser tiprepara studju biex tiġi esplorata l-possibilità li tintuża rotta tal-baħar.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33280, tista' l-Ministru tgħid kemm mis-16-il kap lajk li hemm fl-iskejjel tal-knisja qiegħed jaħdem fil-livell primarju, sekondarju u post-sekondarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31976, jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tas-sitwazzjoni attwali kemm għall-Operative 1 u kif ukoll għall-Operative 2?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-lista ta’ indikaturi hekk kif mitlub.
Tista' l-Ministur tgħid kemm għandha OB units il-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid jekk dawn l-OB units humiex in good running order ? Jekk le, tista' tgħid kemm ilhom bil-ħsara?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-PBS għandha 2 OB Units. Wieħed ilu aktar minn 30 sena u huwa obsolete u l-ieħor għadu jintuża.
Tista' l-Ministru tgħid meta nxtraw l-OB Units li għandha l-Public Broadcasting Services u kemm qamu meta nxtraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda wieħed miż-żewġ OB Units li għandha il-PBS ma nxtraw.
Wieħed ilu mill-1980 u huwa
obsolete
. Dan kien ingħata mill-Gvern Ġermaniż.
L-ieħor il-PBS akkwistatu meta ħadet over Channel 12.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Public Broadcasting Services għandux ħaddiema li jaħdmu biss mal-OB Unit? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hemm minn dawn il-ħaddiema u f'liema skala qegħdin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Public Broadcasting Services m’għandux ħaddiema li jaħdmu biss mal-OB Unit.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha cameras għall-filming tal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid meta nxtraw dawn il-cameras u kemm qamu? Tista' tgħid jekk kienx hemm xi cameras li ġew obsolete minħabba s-sistema diġitali? Tista' tgħid fil-każ li kien hemm cameras li ġew obsolete x'sar minnhom dawn il-cameras?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studju ta' fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33261 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex waslu l-istudji tal-fattibilità għall-bini ta' tunnel bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid min qed jagħmel id-diżinji preliminari u min qed jagħmel l-istudji ta' fattibilità? Jista' jgħid b'liema proċedura ġew imqabbda dawn l-entitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-prefeasibility study tlesta u għandu jiġi ppubblikat din il-ġimgħa. Għall-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari nru.28961.
Raħal Ġdid — pjanti preliminari ta' bini ta' skola
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33263, tista' l-Ministru tispjega għaliex qed ikun hemm tant dewmien sabiex jitlestew pjanti li hi stess tiddeskrivihom bħala pjanti preliminari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol fuq il-pjanti tal-iskola sekondarja flok il-ground ta’ Pace Grasso għadu għaddej mill-Periti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.
Il-Fondazzjoni tkun qegħda tikkonsulta u tiddiskuti dawn il-pjanti mad-Direttorati tal-Edukazzjoni u ma’ professjonisti oħra.
Dawn il-pjanti mhumiex ta’ xi residenza imma ta’ istituzzjoni edukattiva fuq skala kbira.
Tista' l-Ministru tgħid xi proċedura kienet addottat sabiex tkun ingaġġata manager responsabbli mill-Awtorità mal-Public Broadcasting Services? Tista' tagħti rendikont tal-pakkett remunerattiv li tgawdi din il-persuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-PBS ma ngaġġat l-ebda manager responsabbli mill-Awtorità tal-PBS. Il-PBS m'għandha l-ebda awtorità.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati tal-Public Broadcasting Services li jtellgħu programmi apparti mid-doveri normali tagħhom u li għalihom jitħallsu separatament? Tista' tagħti rendikont tal-ħlasijiet li jsiru għal dawn il-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 11 l-impjegat tal-PBS li jtellgħu programmi apparti mid-doveri normali tagħhom. Dawn l-impjegati japplikaw biex jagħmlu l-programmi meta toħroġ is-sejħa tal-Programme Statement of Intent u jgħaddu mill-proċess normali. Peress li dan ix-xogħol mhuwiex parti mix-xogħol normali tagħhom il-ħlasijiet jiġu negozjati individwalment u huma ta’ natura kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' common service ducts li hemm fit-toroq Maltin u Għawdxin? Jista' jgħid liema huma dawk it-toroq li fihom common service ducts?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31976, jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tas-sitwazzjoni attwali kemm għall-Operative 1 u kif ukoll għall-Operative 2?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti, Issues Papers u Strategic Growth Options imħejjija mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar waqt eżerċizzju ta' reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma kopja tad-dokumenti mitluba.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn id-dokument jinsabu ukoll fuq il-website tal-MEPA: http://www.mepa.org.mt/lpg-structureplanreview