Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qiegħed jimplimenta l-wegħda elettorali li jwassal il-mediċini tal-POYC fid-dar tal-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità toffri s-servizz tas-Silver-T li fost l-oħrajn tgħin anzjani biex imorru fl-ispiżerija tal-għażla tagħhom biex ikunu jistgħu jieħdu l-mediċini ntitolati għalihom jew jekk ikun hemm bżonn jixtru xi mediċini oħra.
Ninsab infurmat ukoll li hemm servizz msejjaħ Domiciliary Delivery Scheme għall-persuni li huma ’l fuq minn 70 sena jew għandhom diżabilità. Dan il-proġett kien beda fl-2016.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata tal-konfiski ta’ assi kollha li saru mill-2020 ’l hawn, sena b’sena, u jgħid x’użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus mill-2014 ’l hawn, sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-predicate offence li fuqhom tressqu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-Korp tal-Pulizija, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni hija hek kif ġej:
Sena
Persuni
2013
6
2014
7
2015
16
2016
22
2017
18
2018
18
2019
13
2020
25
2021
32
2022
33
Ħal Qormi — Triq il-Ħammieri - Miżuri minħabba sewqan perikoluż
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet nota tal-ilmenti li rċeviet u ikkomunikat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi fejn irrakkomandat li tiġi nstallata road hump ġewwa Triq il-Ħelsien f’Ħal Qormi sabiex jitrażżan sewqan eċċessiv.
Ħal Qormi — Triq Manwel Dimech - Miżuri minħabba sewqan perikoluż
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq Manwel Dimech, f'Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser issir spezzjoni fi Triq Manwel Dimech Hal Qormi sabiex jiġu identifikati xi miżuri addizzjonali ta’ sigurta’ skond il-bżonn.
Ħal Qormi — Triq il-Ħammieri - Miżuri minħabba sewqan perikoluż
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi li l-istess Kunsill ghamel il-komunikati neċessarji mal-awtorijatjiet kompetenti sabiex jittaffa l-periklu eżistenti f'parti minn din it-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Qormi u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu Ħal Qormi u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2023
Jannar
44
Frar
42
Marzu
36
April
40
Mejju
39
Ġunju
36
Lulju
35
Awwissu
30
Settembru
28
Ottubru
23
Novembru
24
Diċembru
23
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Luqa u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu Ħal Luqa u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2023
Jannar
11
Frar
8
Marzu
7
April
5
Mejju
6
Ġunju
5
Lulju
7
Awwissu
11
Settembru
16
Ottubru
14
Novembru
11
Diċembru
9
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu s-Siġġiewi u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu s-Siġġiewi u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt
2023
Jannar
12
Frar
13
Marzu
17
April
14
Mejju
12
Ġunju
8
Lulju
9
Awwissu
14
Settembru
15
Ottubru
14
Novembru
13
Diċembru
14
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Kirkop u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu Ħal Kirkop u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2023
Jannar
3
Frar
2
Marzu
2
April
3
Mejju
3
Ġunju
5
Lulju
6
Awwissu
6
Settembru
5
Ottubru
8
Novembru
7
Diċembru
6
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li jgħixu f’Ħaż-Żebbuġ, matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu f’Ħaż-Zebbuġ li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2023
Jannar
16
Frar
17
Marzu
19
April
18
Mejju
21
Ġunju
21
Lulju
21
Awwissu
19
Settembru
23
Ottubru
21
Novembru
23
Diċembru
21
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitatjiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt kif joħorġu mill-Public Procurment Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15436
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba Parlamentari nru. 15437.
Proġetti u proprjetajiet bi status ta’ Special Designated Area
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti/proprjetajiet li għandhom l-istatus ta’ Special Designated Area (SDA) u jgħid meta ngħataw dan l-istatus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi responses għal DAC 7 u jaqsam is-sottomissjonijiet skont liema NACE codes oriġinaw minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tliet entitajiet irreġistraw għal DAC 7. Tnejn mill-entitajiet irreġistraw bħala “Rental of any mode of transport” filwaqt li l-entità l-oħra irreġistrat bħala “The provision of personal services”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn appartamenti/residenzi li huma liċenzjati bħala holiday furnished premises u jaqsamhom skont il-lokalità li qegħdin fihom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-numru ta’ appartamenti/residenzi li huma liċenzjati bħala holiday furnished premises mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) huma ta’ 5,304.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni maqsuma skont il-lokalità.