Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W98.
Ħal Qormi — Triq San Bartolomew - Sewqan perikoluż
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġà tagħmel ronda fit-Triq San Bartolomew Hal-Qormi, biex fost doveri oħra trażżan u timpedixxi kwalunkwe ksur ta’ liġi, inkluż is-sewqan eċċessiv. Dan isir ukoll u ser jibqa’ jsir mill-uffiċjali tal-Aġenzija LESA, waqt is-sorveljanza tagħhom ta’ din il-lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq Ġużè Duca, Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li fil-parti ta’ Triq Ġużè Duca li hija fil-konfini tal-lokalità, preżentement hemm road humps li jservu ta’ prevenzjoni minn sewqan perikoluż.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq Ġużè Duca, Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isfond ta’ din l-informazzjoni, ser issir spezzjoni fuq il-post sabiex tiġi eżaminata s-sigurtà f’din it-triq u jiġu identifikati miżuri addizzjonali skont il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll liema tip ta' liċenzji kienu mitluba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Sector
Type
Total for Q1 2024
Financial Institutions
Financial Institutions
9
Insurance
Intermediary
38
Pensions
Investment Managers(Exempted)
1
Investment Services
Cat 1b
1
Investment Services
Cat 2
9
Investment Services
Cat 3
1
Investment Services
Cat 4a
1
Investment Services
Fund Management
1
Funds
Alternative Investment Funds
3
Funds
Professional Investment Funds
1
Funds
Retail - Maltese UCITS Schemes
4
Funds
Notified Alternative Investment Funds
5
Company Service Providers
Under threshold Class A CSP
1
Virtual Financial Assets
VFA Service Provider
2
Total
77
Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakek tal-inawgurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-plakek relatati mal-ftuħ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, fl-1992, li nħbew f’xaft kif muri fir-ritratt anness ser jerġgħu jitpoġġew fejn kienu?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu skedat li jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park, f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol se jsir?
Jista' l-Ministru jgħid meta sar xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol sar matul l-2023 u sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba, xahar b'xahar?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu skedat li jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park, f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol se jsir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li bħalissa qed jitnaddaf il-post biex fix-xhur li ġejjin isir proġett ta’ Outdoor Gym permezz ta’ ftehim li il-Kunsill Lokali għamel ma’ kumpanija privata.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, u x’tip ta’ xogħol sar matul l-2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi bħala parti mix-xogħol ta’ manutenzjoni li qed isir fil-ġnien, matul il-ġimgħat li għaddew inqala’ u tneħħa l-fitness equipment li kien hemm u bħalissa għaddej ix-xogħol biex titneħħa l-art tal-lasktu.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jgħid, l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.