Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma l-għanijiet tal-Fondazzjoni Marigold?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kif stipulat fil-liġi li tipprovdi dan id-dritt lil kull ċittadin.
Tista' l-Ministru telenka x-xogħol li sar mill-Fondazzjoni Marigold matul is-sena 2023?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kif stipulat fil-liġi li tipprovdi dan id-dritt lil kull ċittadin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm irċeviet donazzjonijiet il-Fondazzjoni Marigold matul is-sena 2023 u mingħand min?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kif stipulat fil-liġi li tipprovdi dan id-dritt lil kull ċittadin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqet flus il-Fondazzjoni Marigold matul is-sena 2023 u fiex jikkonsistu dawn l-ispejjeż?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kif stipulat fil-liġi li tipprovdi dan id-dritt lil kull ċittadin.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-2023 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema ċitazzjonijiet qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?

Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-iktar għaxar toroq f'Malta li fihom ingħataw taħrikiet matul l-is-sena 2023, kienu dawk li jidhru fit-tabella hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ taħrikiet li nħarrġu għal kull triq. Infurmat li dawn l-ammonti jinkludu taħrikiet permezz ta' speed cameras.
LokalitàIsem tat-triqNumru ta’ ċitazzjonijiet
1NaxxarTriq il-Kosta (Baħar iċ-Ċagħaq – Pembroke lejn San Pawl)13748
2AttardTriq in-Nutar Zarb6920
3San ĠiljanTriq Mikiel Anton Vassalli5825
4BirkirkaraTriq Dun Karm5712
5GudjaMalta International Airport4188
6ŻejtunTriq tal-Barrani (ZTN1 - To ZTN)3790
7GħaxaqDawret Ħal Għaxaq (By Pass)2999
8ŻebbuġTriq l-Imdina2909
9SliemaIx-Xatt2855
10SliemaTriq it-Torri2843
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-iktar għaxar toroq f'Malta li fihom ingħataw taħrikiet matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024, kienu dawk li jidhru fit-tabella hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ taħrikiet li nħarrġu għal kull triq. Infurmat li dawn l-ammonti jinkludu taħrikiet permezz ta' speed cameras.
LokalitàIsem tat-TriqNumru ta’ ċitazzjonijiet
1
NaxxarTul il-Kosta (Bahar ic-Cagħaq)2369
2
BirkirkaraTriq Dun Karm2144
3
MostaTriq il- Kostituzzjoni2118
4
San ĠiljanTriq Mikiel Anton Vassalli1912
5
AttardTriq Ġdida bla isem uffiċjali, bejn Triq l-Imdina u Triq il-Belt Valletta1727
6
AttardTriq in-Nutar Briffa1262
7
ŻejtunTriq tal-Barrani1151
8
ŻebbuġTriq l-Imdina1131
9
QormiTriq l-Imdina836
10
BirkirkaraTriq l-Esportaturi Mrieħel788
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-2023 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma ġietx kwotata fir-Rapport Annwali u d-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021, għall-fatt li t-tranzazzjoni finanzjarja tat-Transferable Loan Note Instrument hi informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jgħid l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, tista’ l-Ministru tgħid l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17768, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li juru d-defiċit ta' pajjiżna, xahar b'xahar, matul is-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba oriġinali li diġà ngħatatlu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li jixtru e-kick scooters u jkunu intitolati għall-għotja ta’ €150 għax-xiri ta’ e-kick scooters privati, hux qed jiġu inxurjati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull e-kick scooter li jiġi rreġistrat ma’ Transport Malta jrid ikollu polza valida t’assigurazzjoni sabiex jingħata permess li jkun jista’ jintuża fit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li jixtru e-kick scooters u jkunu intitolati għall-għotja ta’ €150 għax-xiri ta’ e-kick scooters privati, hux qed jiġu inxurjati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Minisetru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista: “Waqt il-pandemija, l-internet kien l-uniku mezz li bih ħafna anzjani setgħu jikkomunikaw mal-maħbubin tagħhom. Bil-ħsieb li niġġieldu s-solitudni u l-firda diġitali, l-anzjani li jirċievu l-għajnuna supplimentari minħabba dħul baxx ser ikunu jistgħu japplikaw għal servizz ta’ internet bażiku b’xejn,” ġietx implimentata u jekk iva jagħti d-dettalji dwarha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.