Fid-dawl tal-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datata 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li ssemmew fil-kumpilazzjoni li skont il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA) għadhom meqjusa bħala fit and proper?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Bord tad-Diretturi ta’ l-Awtorità msemmija m’għandux il-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Fid-dawl tal-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datata 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li qabel dawn l-akkużi, skont il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA) ma kenux meqjusa bħala fit and proper?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 19213.
Fid-dawl li l-akkużi kriminali li ħarġu permezz ta' Kumpilazzjoni 382/24 datati 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni msemmija f'din il-kumpilazzjoni li għandhom passaport diplomatiku? Jekk iva, min huma u meta se jitneħħielhom tali passaport?
Fid-dawl li l-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datati 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni msemmija f'din il-kumpilazzjoni li għandhom passaport diplomatiku? Jekk iva, min huma u meta se jitneħħielhom tali passaport?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13187, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19054 u jagħti l-informazzjoni u jinkludi l-għamla, il-mudell u s-sena tal-manifattura tal-vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates elenkati fl-istess tweġiba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, tinqabeż l-advisory cost limit.
Fid-dawl li seħħew diversi inċidenti f’parti minn Triq San Bastjan, inkluż inċident li seħħ fil-jiem li għaddew (ritratti annessi), jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun qed isir biex din il-parti tat-triq ma tibqax tiżloq u għaldaqstant tkun ta’ inqas periklu għas-sewwieqa u r-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'komunikazzjoni kellu jew għandu mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar is-self li dan il-bank ta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw ukoll separatament? Huwa minnu li l-Gvern huwa garanti mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għas-self li ngħata lil din il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Kemm huwa l-ammont? Kemm kien is-self u kemm hemm interessi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapporti li għamel l-awditur ġenerali dwar is-suġġett u għad-deċiżjoni tal-Qorti mogħtija nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar, 2023.
Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-proċess fuq il-każ imsemmi għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-karigi pubbliċi kollha fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru, li jokkupa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi minbarra dawk il-fora fejn jirrappreżenta lill-Bank Ċentrali, huwa jservi wkoll bħalha membru fil-bord tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
Fid-dawl li l-akkużi kriminali li ħarġu fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni tiegħu għadhiex tenibbli?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ddikjara l-Prim Ministru, il-Gvern ser ikun ta’ spalla lejn dawk li jaqdu lill-istat b’mod leali u ta’ integrità.
Fid-dawl tal-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datata 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li ssemmew fil-kumpilazzjoni li skont l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għadhom meqjusa bħala fit and proper?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl tal-akkużi kriminali li ħarġu permezz tal-Kumpilazzjoni 382/24 datata 6 ta' Mejju 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li qabel dawn l-akkużi, skont l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma kenux meqjusa bħala fit and proper?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie reġistrat dħul komplessiv mill-operaturi kummerċjali li joperaw taħt NACE Code 49.32, fis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont id-dikjarazzjonijiet sottomessi għall-fini tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, is-servizzi taxxabbli dikjarati mill-operaturi kummerċjali li joperaw taħt NACE Code 49.32 huma hekk kif jidhru fit-tabella li ġejja:
Sena
Euro (€)
2019
21,798,798.52
2020
16,098,413.68
2021
23,590,106.73
2022
38,165,421.70
2023
47,219,797.51
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16671, mingħajr ma jagħti informazzjoni personali, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dak li ġie sottomess mill-entitajiet li rreġistraw għal DAC7?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej:
Tlett Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti irreġistraw mal-MTCA u irrapurtaw informazzjoni tad-DAC7.
L-Operaturi tal-Pjattaformi irrapurtaw informazzjoni fuq il-Bejjiegħa Rapportabbli tagħhom li tinkludi:
• f’każ ta’ individwu, l-isem u l-kunjom
• f’każ ta’ entità, l-isem ġuridiku tal-Bejjiegħ Rapportabbli
• l-Indirizz Primarju
• NIT
• in-numru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju tal-Bejjiegħ f’każ ta Entità
• in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, meta dan kien disponibbli
• id-data tat-twelid, f’każ ta individwu
• identifikatur tal-Kont Finanzjarju li fih thallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, (jekk dan kien disponibbli)
• kull Stat Membru li fih il-Bejjiegħ kien residenti
• il-Korrispettiv totali li tħallas jew li ġie kkreditat matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli
• in-numru ta’ Attivitajiet Rilevanti li fir-rigward tagħhom tħallas jew ġie kkreditat il-Korrispettiv
• tariffi, kummissjoni jew taxxa f’ras il-għajn li ġew imposta mill-Pjattaforma Rapportanti matul kull trimestru tal-Perijodu Rapportabbli.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-pagamenti bid-dati, l-ammont u r-raġuni, li saru lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul l-2022 u l-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.