Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Problema ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm żviluppi dwar l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tal-parkeġġ f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti iktar dettalji ta’ kif se tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ spazju ta’ parkeġġ f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi — Gnien Federico Maempel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm żviluppi dwar meta se jibda x-xogħol ta' refurbishment u upgrading fi Ġnien Federico Maempel, f'Ħal Qormi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21582 li ġiet imwieġba fis-seduta 266 tal-bieraħ 22 ta’ Ottubru 2024.

Ħal Qormi — Triq il-Bard

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin ta’ Triq il-Bard, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Ħal Qormi — Ġnien Vjal de la Cruz - Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi minn meta ngħatat it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6451 li ngħatat fi Frar 2023 dwar il-bidu ta’ proġett li hemm ippjanat fi ġnien Vjal de la Cruz, f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Qormi li matul is-sena 2023/2024 saru diversi xogħlijiet fi Ġnien Vjal de la Cruz li ġew inawgurati fis-6 ta’ Ġunju 2024 u jinkludu: • F’Lulju 2023 - Tneħħija ta’ fanali qodma, tħaffir ta’ trinek, tqegħid ta’ pajpijiet ġodda u installazzjoni ta’ dawl ġdid. • F’Awwissu 2023 - Twaħħil ta’ fanali ġodda madwar il-ġnien kollu. • F’Jannar/Frar 2024 – Saret Play Area ġdida fejn ġiet mibdula l-art u twaħħal tagħmir ġdid għal-logħob tat-tfal.

Ħal Qormi — Ġnien Federico Maempel - xogħol ta' refurbishment u upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi minn meta ngħatat it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8354 f’Mejju 2023 dwar il-bidu ta’ xogħol ta' refurbishment u upgrading fi Ġnien Federico Maempel, f'Ħal Qormi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għaddejin diskussjonijiet ma l-Awtorità tal-artijiet u s-sidien taż-żewġ Kiosks li għandhom titlu ta ’ċens temporanju biex jiġu riveduti l-pjanti bl-għan li l-Kiosks jissodisfaw d-distanza rikjesta mill-Policies tal-Awtorita’ tal-Ippjanar u b’hekk jkun jista eventwalment jibda x-xoghol.

Ħal Qormi — Traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tat-traffiku f’Ħal Qormi? Jista’ wkoll jagħti d-dettalji għall-immaniġġjar aħjar tat-traffiku f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta u Infrastructure Malta jaħdmu id f’id sabiex jevalwaw is-sitwazzjoni tat-traġit u l-aċċess madwar Malta, li m’għandux jiddependi biss mill-użu tal-vetturi. Din l-inizjattiva t’evalwazzjoni hija kontinwa u tkopri ukoll l-infrastruttura tat-toroq, fej jiġi meqjus x’titjieb jista' jsir biex fejn hu possibli jiġi mtaffi it-traffiku - dan japplika għar-rottot ewlenin kollha. Infrastructure Malta b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji kollha qed tħejji studju fil-junctions tal-madwar bil-għan illi jitjieb l-immaniġjar tat- traffiku ladarba jkunu lesti x-xogħlijiet tal-madwar. Ħal Luqa, li diġá gawda mill-aħħar proġetti maġġuri li ġew implementati fil-pajjiż, se jkun qed jibbenifika ukoll peress illi huwa fil-periferija immedjata tal-proposta deskritta.

Ħal Luqa — Traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tat-traffiku f’Ħal Luqa? Jista’ wkoll jagħti d-dettalji għall-immaniġġjar aħjar tat-traffiku f’Ħal Luqa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 21722.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19962.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16408.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W318.

Ħal Qormi — Triq San Bastjan - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Ħal Qormi — Triq il-Vitorja - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Ħal Qormi — Triq tal-Ħlas - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq tal-Ħlas, f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W310.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W312.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W313.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.