Legislature:
Category:
Reset
Active:

FIAU — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b’sena, matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: SenaNumru ta’ impjegati godda mal-FIAU 201932 202040 202126 202231 202338 2024 sal-14 ta’ Novembru27

FIAU — Impjegati li ġew imkeċċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx imkeċċija xi impjegati mill-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b’sena, matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: SenaNumru ta’ impjegati li gew imkeccija mill-FIAU 2019NIL 20201 (terminated during probation) 2021NIL 2022NIL 20231 (terminated during probation) 2024 sal-14 ta’ Novembru1 (terminated during probation)

Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn ta' pajjiżna, xahar b'xahar, matul din is-sena u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Is-Siġġiewi – Klinika tal-komunità ġdida — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol biex infetħet il-klinika l-ġdida għall-komunità fis-Siġġiewi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-nefqa totali biex infetħu kemm il-klinika, ċ-ċentru tat-telemedicine u l-istores li jinstabu fl-istess binja kienet tammonta għal €228,359.

Bejgħ ta’ bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx involut f'xi diskussjoni dwar il-bejgħ tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalha Ministru fuq perjodu regolari ikolli laqgħat mat-top management tal-banek ewlenin f’pajjizna fejn jiġu diskussi diversi materji. Fuq il-mistoqsija in kwistjoni, mhux kompitu tiegħi bħalha Ministru li nkun involut, la direttament u anqas direttament, f’tali diskussjonijiet, jekk u meta jsiru.

Is-Siġġiewi – Klinika tal-komunità ġdida

Question

Fid-dawl li nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru fil-klinika l-ġdida għall-komunità fis-Siġġiewi, xi residenti infurmawni li kien hemm il-kuritur mimli ilma u ilma jqattar, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux minnu? Jista’ jgħid jekk kienx hemm xi ħsarat u x’kienet ir-raġuni għal dan? Jekk kien hemm xi ħsarat, jista’ jgħid ukoll meta se jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet kif meħtieġa biex dan ma jerġax iseħħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm l-ebda ħsarat fuq l-apparat li jintuża fil-klinika. Din il-binja hija mikrija lill-Primary Healthcare u għal daqstant ġew infurmati l-periti tal-proġett biex issir spezjoni tal-bini.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22530.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16408.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22532.

Ħal Qormi — Skola Primarja ta’ San Ġorġ - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti dwar l-istat li tinsab fih l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, li ilu jingħad li se jibda x-xogħol fuq din l-iskola, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar id-data ta’ meta se jibda dan ix-xogħol u meta effettivament se jkun qed jispiċċa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament qed jiġi preparat abbozz għal sejħa għall-offerti ġdida. Infurmat li x-xogħol mistenni jsir f’żewġ fażijiet sabiex l-iskola tibqa’ topera waqt l-eżekuzzjoni tal-proġett. L-ewwel fażi għandha tibda matul l-2025 u tkun lesta matul l-2026, filwaqt li t-tieni fażi mistennija tkun lesta lejn tmiem l-2027.

Ħal Qormi — Problema ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22048 u 22439 u jgħid kienx hemm żviluppi dwar l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tal-parkeġġ f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti iktar dettalji ta’ kif se tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ spazju ta’ parkeġġ f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għaddej bi proċess ta’ konsultazzjoni li tinkludi l-imsieħba soċjali u anke l-oppożizzjoni dwar sensiela ta’ miżuri li fosthom hemm numru ta’ proposti dwar parkeġġ. Nieħu l-okkażjoni biex nistieden lill-pubbliku u lill-imsieħba soċjali sabiex jikkontribwixxu f’din id-diskussjoni.

Baġit 2025 — Reklamar u propaganda - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22525 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22365.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22367.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22527.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.