Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema barranin — Sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul l-2023 kien hemm 26,720 third country national li bdew jaħdmu għall-ewwel darba f’pajjiżna. Din l-informazzjoni ma tinkludix persuni oħra barranin li matul is-sena ma baqgħux jaħdmu jew telqu minn pajjiżna.

Ħaddiema barranin — Sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Operazzjonijiet tal-katarretti — Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-katarretti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjega li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlementari 20432. B’riżultat tal-inizjattivi li qed jittieħdu, ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 367 pazjent li kienu ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, dan in-numru issa niżel għal 65. Qed nagħmlu minn kollox biex il-perjodu ta’ stennija dejjem jonqos. Nassigura lill-Onor. Interpellant li kull fejn ikun hemm każ urġenti, din l-operazzjoni ssir fi żmien qasir.

Operazzjonijiet relatati ma’ kirurġija ġenerali — Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għal operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Gvern ivvota €14-il miljun ewro sabiex jindirizza l-waiting lista permezz ta’ programm ta’ outsourcing ħalli l-pazjenti jinqdew fl-iqsar żmien possibbli. Ninsab infurmat li hemm 2,612 pazjent li ilhom jistennew intervent kirurġiku u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fic-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm diversi raġunijiet għala dan jiġri. Inserraħ ras kulħadd li kull operazzjoni urġenti ssir fl-iqsar żmien possibbli.

Operazzjonijiet relatati ma’ kirurġija plastika — Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għal operazzjoni relatata ma’ kirurġija plastika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Gvern ivvota €14-il miljun ewro sabiex jindirizza l-waiting lista permezz ta’ programm ta’ outsourcing ħalli l-pazjenti jinqdew fl-iqsar żmien possibbli. Ninsab infurmat li hemm 176 pazjent li ilhom jistennew intervent fil-kirurġija plastika u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fic-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm diversi raġunijiet għala dan jiġri. Inserraħ ras kulħadd li kull operazzjoni urġenti ssir fl-iqsar żmien possibbli.

Operazzjonijiet relatati ma’ newrokirurġija — Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għal operazzjoni relatata ma’ newrokirurġija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 152 pazjent li ilhom jistennew intervent newrokirurġiku u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fic-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm diversi raġunijiet għala dan jiġri. Inserraħ ras kulħadd li kull operazzjoni urġenti ssir fl-iqsar żmien possibbli.

Persuni li ġew nieqsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu persuni f’pajjiżna matul l-2023, kemm minnhom kienu Maltin u kemm barranin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar statistika disponibbli, fl-2023 kien hemm total ta’ 4,030 mewt ta’ residenti f’Malta. Minn dawn, 3,820 kienu Maltin u 210 kienu barranin.

Defiċit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-defiċit ta' pajjiżna matul din is-sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hi skond il-fond konsolidat li jirrifletti t-transazzjonijiet finanzjarji tal-gvern fuq bazi ta’ cash. Id-defiċit kif ikun rappurtat mill-EU hu abbazi ta’ accruals skont l-ESA.

Liċenzji lil banek ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22987 u jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda lil banek internazzjonali biex joperaw f’pajjiżna mill-2015 ’l hawn, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2015 sal-lum, ingħatat liċenzja ġdida lil bank wieħed biss fl-2015. Tibdiliet oħra li seħħew matul dan il-perjodu kienu relatati ma’ takeovers ta’ banek eżistenti.

Baġit 2025 — Reklamar u propaganda - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22525 u 22877 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

FIAU — Vacancies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vacancies fi ħdan il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b’sena, matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: SENAVACANCIES 201946 202074 202159 202250 202386 202466

FIAU — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati li telqu mill-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), sena b’sena, matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: SenaNumru ta’ impjegati li telqu mill-FIAU 20194 202011 20219 20229 202312 2024 sal-14 ta’ Novembru13