Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Novembru 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22565.

Baġit 2025 — Reklamar u propaganda - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22525, 22877, 23031 u 23252 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16938.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16394.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22555.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 22359.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22360.

Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji — Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 24 kaz pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji.

Drenaġġ fil-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ drenaġġ fil-baħar matul din is-sena, maqsuma xahar b’xahar? F’liema żoni kienu u kemm għadda żmien biex is-sitwazzjoni ġiet rimedjata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21083, fil-jiem li għaddew f’Tas-Sliema ċediet tappiera li ssugwentament ħalliet impatt fuq is-sistema tad-drenaġġ. Ir-residenti ġew infurmati immedjatament dwar dan permezz ta’ stqarrija pubblika fuq siti soċjali, fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni minnufih biex il-problema ġiet riżolta fl-iqsar żmien possibbli. Kuntrarjament għall-impressjoni li tipprova tagħti l-Oppożizzjoni, il-fatti fir-rigward tal-każijiet li ġraw juru li dawn ma kienux relatati ma’ nuqqasjiet fl-infrastruttura tas-sistema tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Kif jixhdu wkoll rapporti li joħorġu minn istituzzjonijiet Ewropej, il-kwalità tal-ilma baħar f’pajjiżna dejjem tkun fost l-aqwa. Filwaqt li fis-settur tad-drenaġġ diġà saru investimenti u bidliet sostanzjali li qed iħallu l-frott, infakkar li fil-bidu ta’ din is-sena l-Korporazzjoni nediet Pjan ta’ Investiment Nazzjonali komprensiv ta’ €310 miljun immirat lejn il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-ilma u d-drenaġġ fil-pajjiż. Pjan ambizzjuż li fil-qasam tad-drenaġġ għandu €48.4 miljun allokati għal rinovazzjoni fin-network u €85.5 miljun f’upgrades. Dan il-pjan jinkludi t-titjib u l-espansjoni tal-faċilitajiet ta' trattament tad-drenaġġ biex tiżdied il-kapaċità u l-effiċjenza; titjib tan-network tad-drenaġġ biex jiġu evitati blokki u jsir titjib fil-prestazzjoni ġenerali; u titjib tal-inizjattivi ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid tad-drenaġġ fi New Water biex nappoġġjaw lill-bdiewa tagħna u s-sostenibbiltà ambjentali.

Drenaġġ fil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ drenaġġ fil-baħar matul din is-sena, maqsuma xahar b’xahar? F’liema żoni kienu u kemm għadda żmien biex is-sitwazzjoni ġiet rimedjata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21083 u 21893. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lista ta’ stennija – Operazzjonijiet għal knee replacement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni ta’ knee replacement, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Membru li ngħataw aktar fondi sabiex minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-knee replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u darba fil-ġimgħa extra fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. B’hekk l-1421 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, kif ukoll persuni oħra li jinħtieġu dawn l-operazzjonijiet, il-perjodu ta’ stennija dejjem ikompli jonqos. Dan diġa hu evidenti. Infakkar li fi tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20432 tas-7 ta’ Ottubru 2024, kont infurmajt lill-Kamra li kien hemm 1511-il pazjent jistennew u qabżu dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Inserraħ ras kulħadd, li kull każ urġenti jiġi trattat fl-iqsar żmien possibbli. Nenfasiżża li jkun hemm diversi raġunijiet, uħud mediċi għala ikun hemm dan id-dewmien.

Lista ta’ stennija – Operazzjonijiet għal hip replacement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni ta’ hip replacement, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Membru li ngħataw aktar fondi sabiex minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-hip replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u darba fil-ġimgħa extra fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. B’hekk il-252 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, kif ukoll persuni oħra li jinħtieġu dawn l-operazzjonijiet, il-perjodu ta’ stennija dejjem ikompli jonqos. Inserraħ ras kulħadd, li kull każ urġenti jiġi trattat fl-iqsar żmien possibbli. Nenfasiżża li jkun hemm diversi raġunijiet, uħud mediċi għala ikun hemm dan id-dewmien.

Lista ta’ stennija – Operazzjonijiet tat-tneħħija tal-marrara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Infakkar lill-Onor. Membru li kif tħabbar fil-baġit, il-Gvern qed jivvota għall-2025, is-somma ta’ €14-il miljun, li hi d-doppju ta’ dik ivvutata għal din is-sena biex isir outsourcing ta’ bosta operazzjonijiet, inkluż cholecystectomy. B’hekk il-190 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, kif ukoll persuni oħra li jinħtieġu dawn l-operazzjonijiet, il-perjodu ta’ stennija dejjem ikompli jonqos. Inserraħ ras kulħadd, li kull każ urġenti jiġi trattat fl-iqsar żmien possibbli. Nenfasiżża li jkun hemm diversi raġunijiet, uħud mediċi għala ikun hemm dan id-dewmien.

Ħaddiema barranin — Sena 2023

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

CT Scans — Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23201 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu CT Scan sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Tribunal Industrijali – Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm 287 każ pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali. Dawn jinkludu żewġ test cases li jirrappreżentaw 313 każ ta’ eks-ħaddiema tat-tarzna u li fil-jiem li għaddew bdew jirċievu kumpens għall-inġustizzji li soffrew.

Tribunal Industrijali – Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji — karigi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan it-tribunal?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Baġit 2025 — Reklamar u propaganda - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22525, 22877 u 23031 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.