Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru fl-Imqabba sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Sqaq Nru. 1 fi Triq is-Sejba, Mqabba ser isir xogħol ta’ resurfacing bejn Settembru u Ottubru 2025. Ix-xogħlijiet fi Triq Baskal Xuereb bdew f'nofs Novembru 2024 u huma mistennija jitlestew sa nofs Frar 2025. Ix-xogħlijiet f'din it-triq jinkludu medda tad-drenaġġ ġdida, xogħlijiet fuq mains tal-ilma ġodda, cables tat-telekomunikazzjoni, bini ta' bankini, parking bays tal-konkos, u bini mill-ġdid tat-triq inkluż asfalt u sinjali tat-toroq.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru fil-Qrendi sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24207, ninfurmah li l-informazzjoni addizzjonali mitluba qiegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru f'Ħal Safi sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħlijiet fi Sqaq fi Triq it-Torri ta' Ġawhar beda u mistenni jkun lest sa nofs Frar 2025. Ix-xogħol jikkonsisti f'wiċċ ġdida tat-triq. Ix-xogħol fi Triq Qerd in-Naħal ġie mwaqqaf ġiet mgħoddija għall-Call-Off. Il-bidu tax-xogħlijiet jiddependi mill-publikazzjoni u l-evalwazzjoni tat-tender. It-tlestija tiddependi mit-tul tal-kuntratt skont it-tender.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru fiż-Żurrieq sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24209, ninfurmah li l-informazzjoni addizzjonali mitluba qiegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru f’Birżebbuġa sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24210, ninfurmah li l-informazzjoni addizzjonali mitluba qiegħda tinġabar.
ARMS – Dħul mill-kirjiet ta’ arloġġi tal-ilma f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24684 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar nġabar s’issa huwa ta’ €12,655,202.
ARMS – Dħul mill-kirjiet ta’ arloġġi tal-ilma f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24685 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet mhux residenzjali matul is-sena 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €3,771,086.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ arloġġi tal-ilma f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24686 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati arloġġi f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmat li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €2,773,755. L-ammont ta’ meters installati huwa 8,046.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ arloġġi tal-ilma f’binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24687 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma li m’humiex f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati arloġġi f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €621,575. L-ammont ta’ meters installati huwa 865.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24694 u jgħid x'tip ta' xogħol sar u kemm ġej jiswa x-xogħol fi Triq Ta' Djar il-Baqar, fis-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija f’din il-Mistoqsija, uffiċjalment jisimha Triq il-Girgenti, is-Siġġiewi. Triq Ta' Djar il-Baqar fis-Siġġiewi hija it-triq ta’ maġenbha.
Ix-xogħol f’din it-triq kien neċessarju minħabba li dawn il-ħitan kienu fi stat dilapitat qawwi u li bdew joħolqu problemi strutturali fit-triq, tant li kienet ta’ periklu għal min jużaha bil-makkinarju.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24695 u jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm ippjanat li lejn l-aħħar ta’ din is-sena isiru xogħlijiet fi Sqaq fi Triq tal-Ħandaq, Qormi fejn ser jingħata wiċċ ġdid u servizzi ġodda hekk skond kif mitluba min entitajiet pubbliċi oħra. Ser isiru ukoll xogħlijiet fi Triq l-Iljun u Triq San Bastjan.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Luqa sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Infrastructure Malta bdiet xogħlijiet fi Triq G. Tragance u Triq il-Karmnu. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu xogħlijiet prinċipali fid-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb għad-djar, stormwater works, rikostruzzjoni ta’ mogħdijiet u kanali tal-konkos, bini ta’ toroq, asfalt u sinjali tat-toroq. Ix-xogħol beda f’Jannar u huwa previst li jitlesta sa Ġunju 2025.
Hemm ukoll ippjanat ukoll xogħol fi Triq Indri Micallef u Triq Censu Decandia.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Infrastructure Malta qed tagħmel xogħlijiet fi Triq Salvu Borg Olivier, li mistennija jitlestew sa Marzu 2025. Ix-xogħlijiet jinkludu cables tal-Enemalta, konnessjonijiet ta’ ilma tax-xorb għad-djar, xogħlijiet tad-drenaġġ, kostruzzjoni ta’ postijiet tal-parkeġġ, bankini, bini ta’ toroq, asfalt u sinjali tat-toroq.
Bħala toroq rurali għaddejjin b’xogħolijiet fi Triq Tal-Girgenti u Limiti ta’ Zejnu, u ppjanati:
· Triq Wied tal-Lewża (Frar – Mejju 2025),
· Triq Santu Kristu ta’ l-għolja (April – Lulju 2025),
· Sqaq fi Triq il-Panoramika (Ottubru – Diċembru 2025),
· Sqaq fi Triq Wied Ħanżir (Novembru – Diċembru 2025) u
· Sqaq fil-limiti tal-Buskett (Novembru – Diċembru 2025).
Dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu f’wiċċ ġdid u servizzi ġodda skont kif mitlub minn entitajiet pubbliċi oħra. Hemm pjanat ukoll xogħol fi Triq Blat il-Qamar.
ARMS – Dħul mill-kirjiet ta’ meters tad-dawl f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24680 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-meters tad-dawl li huma f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €17,077,438.
ARMS – Dħul mill-kirjiet ta’ meters tad-dawl f’binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24681 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-meters tad-dawl li huma f'binjiet mhux residenzjali matul is-sena 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €8,897,265.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ meters tad-dawl f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24682 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' meters tad-dawl li huma f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati meters f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €3,736,140. L-ammont ta’ meters installati huwa 9,374.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ meters tad-dawl f’binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24683 u tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' meters tad-dawl li mhumiex f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati meters f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont inkwistjoni li nġabar s’issa huwa ta’ €749,400. L-ammont ta’ meters installati huwa 1,368.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ arloġġi tal-ilma f’binjiet residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati arloġġi f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
ARMS – Dħul mill-installazzjoni ta’ arloġġi tal-ilma f’binjiet mhux residenzjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-installazzjoni ta' arloġġi tal-ilma li m’humiex f'binjiet residenzjali matul is-sena 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ġew installati arloġġi f'dan l-istess perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.