Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal- Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 24473.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru ta’ l-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2024? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawżi Soċjali titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun konkluż l-awditjar tar-rapport finanzjarju aktar tard matul is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2024? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirrefer din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li in-numru ta’ każi ta' omiċidju li seħħew mis-sena 2004 sal-10 ta’ Frar 2025 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Ka
ż
ijiet ta’ Omiċidji – 2004 sa 10 ta’ Frar 2025
Numru ta’ ka
ż
i
Status
Sena
Solvuti
Mhux solvuti
2008
7
4
3
2009
4
3
1
2010
4
3
1
2011
3
3
0
2012
10
7
3
2013
6
4
2
2014
6
2
4
2015
4
2
2
2016
5
3
2
2017
9
5
4
2018
6
6
0
2019
3
3
0
2020
6
6
0
2021
2
2
0
2022
8
8
0
2023
2
2
0
2024
5
5
0
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f’Ħal Luqa matul is-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, d-data disponibbli hi minn Jannar sa Settembru (Q1-Q3) 2024.
L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku f’Ħal Luqa f’dan il-perjodu kien ta’ 324.
L-informazzjoni għas-sena 2024 sħiħa tkun ippubblikata iktar tard.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku fis-Siġġiewi matul is-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, d-data disponibbli hi minn Jannar sa Settembru (Q1-Q3) 2024.
L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku fis-Siġġiewi f’dan il-perjodu kien ta’ 146.
L-informazzjoni għas-sena 2024 sħiħa tkun ippubblikata iktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-defiċit ta' pajjiżna, xahar b'xahar, matul is-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant illi għax-xhur Jannar sa Settembru 2024 jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 23136.
Il-bilanċ fiskali tal-Fond Konsolidat għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2024 huma:
Ottubru-45.5m
Novembru-199.0m
Il-figuri ta’ Diċembru 2024 għadhom qedgħin jinħadmu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f’pajjiżna matul is-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, d-data disponibbli hi minn Jannar sa Settembru (Q1-Q3) 2024.
L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku f’pajjiżna f’dan il-perjodu kien ta’ 12,642.
L-informazzjoni għas-sena 2024 sħiħa tkun ppubblikata iktar tard.