FSWS Childcare – Carers barranin – Għarfien tal-lingwa Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm carers ta’ nazzjonalità barranija impjegati fis-servizz tal-FSWS Childcare, maqsuma skont kull ċentru? Jista’ jgħid ukoll jekk il-carers barranin kollha, impjegati f’dan is-servizz, għandhomx għarfien tal-lingwa Maltija u jekk dan l-għarfien jiġix verifikat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Informazzjoni dwal l-iżvilupp tax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti humiex se jingħataw informazzjoni ċara u regolari dwar l-iżviluppi tax-xogħlijiet, id-data mistennija tal-ftuħ mill-ġdid tal-Life Long Learning Centre tal-Imsida u l-arranġamenti li se jsiru biex ikomplu l-korsijiet tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3640.
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Miżuri għat-tlestija tal-korsijiet
Question
Fid-dawl li xi studenti s’issa setgħu attendew biss lezzjoni waħda mill-bidu tal-kors tagħhom fi ħdan il-Life Long Learning Centre tal-Imsida, jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jiġi żgurat li l-korsijiet jitlestew skont il-programm u li l-istudenti jirċievu l-ħin kollu ta’ tagħlim li għalih irreġistraw?
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Arranġamenti alternattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkunsidrati arranġamenti alternattivi minflok il-Life Long Learning Centre tal-Imsida, bħal postijiet oħra fejn isiru l-lezzjonijiet jew isiru lezzjonijiet online, sabiex l-istudenti ma jitilfux aktar ħin ta’ tagħlim?
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Perjodu ta’ żmien li mistenni jkun magħluq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm żmien huwa mistenni li jibqa’ magħluq il-Life Long Learning Centre tal-Imsida? Jista’ jgħid ukoll meta l-istudenti u l-edukaturi jistgħu jistennew li jerġgħu jibdew il-lezzjonijiet b’mod normali?
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Lezzjonijiet li ġew imħassra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħassra lezzjonijiet mill-bidu tal-korsijiet ta’ Ottubru 2026 fil-Life Long Learning Centre tal-Imsida, kemm ġew affettwati korsijiet, u kemm hemm studenti milquta minn din is-sitwazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tiswijiet fil-binja tal-Life Long Learning Centre tal-Imsida kinux ilhom magħrufa jew kinux ippjanati minn qabel? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma sarux matul il-perjodu tas-sajf, meta ma jkunux għaddejjin il-korsijiet, minflok fil-bidu tas-sena akkademika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3637.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet identifikata l-ħtieġa għat-tiswijiet fi ħdan il-Life Long Learning Centre tal-Imsida, u jekk dawn it-tiswijiet kinux ippjanati minn qabel jew irriżultawx minn xi emerġenza li nqalgħet f’daqqa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3637.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Life Long Learning Centre tal-Imsida kellux jagħlaq temporanjament minħabba xogħlijiet ta’ tiswija fil-bini? Jekk iva, x’inhuma r-raġunijiet għal dawn it-tiswijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li wara li ġiet identifikata l-ħtieġa li jsiru xi xogħlijiet fiċ-Ċentru tat-Tagħlim Tul il-Ħajja fil-Msida, saru interventi ta’ adattament u titjib sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu t-taħriġ prattiku tagħhom f’ambjent sigur u xieraq.
Sabiex ix-xogħlijiet jitlestew fl-iqsar żmien possibbli, il-lezzjonijiet fiċ-Ċentru ma sarux bejn it-13 u l-15 ta’ Ottubru. Kull student tilef lezzjoni waħda biss, li se tiġi skedata mill-ġdid u ssir fil-ġimgħat li ġejjin sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fit-tagħlim tagħhom.
Infurmat ukoll li ċ-Ċentru reġa beda jopera b’mod kompletament normali.
Fid-dawl tad-direttiva maħruġa mill-Malta Union of Teachers (MUT) għall-ewwel darba fl-14 ta’ Ottubru 2020, u li reġgħet inħarġet fit-13 ta’ Ottubru 2021, li tipprekludi lill-membri tagħha milli jwettqu xogħol relatat mal-Pjanijiet ta’ Żvilupp tal-Iskejjel (School Development Plans – SDPs), jista’ l-Ministru jispjega x’inhuma l-punti ewlenin li għadhom qed ixekklu l-kisba ta’ ftehim, x’inhi l-pożizzjoni attwali tal-Ministeru dwar dawn il-punti, u jekk hemmx skeda ta’ żmien stabbilita biex din il-kwistjoni tiġi riżolta, fid-dawl tal-importanza tal-SDPs għall-ippjanar strateġiku, it-tmexxija u t-titjib kontinwu tal-iskejjel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3569.
MUT – Direttiva dwar xogħol relatat ma’ SDPs – Diskussjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’diskussjonijiet saru jew qed isiru mal-Malta Union of Teachers (MUT) sabiex tinstab soluzzjoni għad-direttiva li nħarġet għall-ewwel darba fl-14 ta’ Ottubru 2020, u li reġgħet inħarġet fit-13 ta’ Ottubru 2021, li tipprekludi lill-membri tagħha milli jwettqu xogħol relatat mal-Pjanijiet ta’ Żvilupp tal-Iskejjel (School Development Plans – SDPs)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm diskussjonijiet għaddejjin mal-MUT.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jintlaħaq ftehim fuq il-gradi ta' Student Support Services li skada fl-2023? Jista’ jgħid ukoll fiex waslu n-negozjati mal-Malta Union of Teachers (MUT) u x'qed iżomm biex jintlaħaq ftehim?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-diskussjonjiet bejn il-partijiet għadhom għaddejjin, fi spirtu ta’ djalogu u kooperazzjoni, bil-għan li jintlaħaq ftehim sostenibbli li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjegati kkonċernati.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3036 u jgħid kemm persuni ġodda ġew impjegati fl-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul din is-sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw promozzjonijiet interni matul l-istess perjodu? Jista’ wkoll jipprovdi d-dettalji mitluba separatament għal kull entità u awtorità?
Għalliema tal-Malti – Taħriġ fit-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-Malti li għandhom taħriġ speċjalizzat fit-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsab infurmat li mill-2017 ’l hawn, 148 għalliem tal-Malti li ggradwaw irċevew taħriġ mill-Università fit-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija.
Barra minn hekk, numru ta’ għalliema segwew il-kors Postgraduate Certificate in Teaching Maltese as a Foreign Language, li ilu jiġi offrut sa mill-2019. L-Istitut għall-Edukazzjoni wkoll ilu joffri, sa mill-2020, taħriġ fit-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija lil dawk li qed isegwu l-kors fil-pedagoġija tal-Malti.
Dawn l-inizjattivi jkomplu jsaħħu t-tħejjija professjonali tal-edukaturi biex ikunu jistgħu jappoġġjaw lill-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa addizzjonali.
Studenti li ma jafux il-Malti – Miżuri ta’ appoġġ għat-tagħlim
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex studenti li ma jafux il-Malti sew jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jitgħallmu l-lingwa Maltija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li studenti li jaslu Malta u ma jkunux kapaċi jikkomunikaw la bil-Malti u lanqas bl-Ingliż jattendu programm ta' Induction. Dawk l-istudenti li jkunu kapaċi jikkomunikaw b'waħda miż-żewġ lingwi uffiċjali imorru fil-Mainstream u jieħdu sapport addizzjonali fil-lingwa l-oħra Dan is-sapport jissejjaħ pull-out. Infurmat li L-International Learners' Directorate (ILD) jorganizza wkoll il-Language to Go, li huwa programm li jsir fis-sajf biex l-istudenti jiksbu aktar ħiliet fil-lingwa komunikattiva (Malti u Ingliż). Dan il-programm jibbenefikaw minnu l-istudenti internazzjonali.
Studenti internazzjonali – Lezzjonijiet tal-Malti flimkien ma’ studenti Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li bħalissa qed jgħallmu studenti Maltin u studenti internazzjonali tal-istess livell fl-istess klassijiet tal-Malti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-iskejjel tal-istat għandhom l-obbligu li joffru kull tagħlim neċċessarju inkluż il-linġwa maltija.
Studenti internazzjonali – Kompetenza fil-lingwa Maltija – Evalwazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni dwar il-livell tal-kompetenza fil-lingwa Maltija fost l-istudenti barranin fl-iskejjel tal-Istat, u jekk iva, jista’ jgħid kemm studenti ħadu sehem f’din l-evalwazzjoni u x’kienu r-riżultati miksuba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-istudenti barranin fl-iskejjel tal-Istat jiġu assessjati skont il-ħtiġijiet tagħhom u jingħataw is-sapport meħtieġ sabiex ikomplu jiżviluppaw il-kompetenzi lingwistiċi tagħhom. Dan anke permezz tal-International Learners Directorate. Dan il-proċess isir permezz ta’ diversi forom ta’ assessjar u monitoraġġ matul is-sena skolastika, kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju.
Skejjel tal-Istat – Guidance Teachers – Postijiet vakanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm guidance teachers neqsin jew postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Istat sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li s-servizz tal-guidance meħtieġ qed jingħata fl-iskejjel kollha bl-għalliema tal-guidance u bis-servizz tal-Blossom li jingħata mill-professjonisti.