Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzji tal-pompi tal-petrol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26582 u 26583 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali rispettivament u jgħid kemm hawn liċenzji għal pompi tal-petrol f’pajjiżna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Liċenzji tal-pompi tal-petrol

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26582 u 26583 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali rispettivament u tgħid kemm hawn liċenzji għal pompi tal-petrol f’pajjiżna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 20990, ninfurmah li, mill-informazzjoni mogħtija lili mir-REWS, bħala regolatur tal-enerġija u l-ilma, u mill-ERA bħala regolatur tal-ambjent, il-figuri aġġornati sad-data ta’ din ir-risposta huma dawn li ġejjin: B’kollox, madwar Malta u Għawdex, hawn 76 pompa li jfornu fjuwil lill-konsumaturi inġenerali. Minn dawn hemm 56 li għandhom liċenzja kurrenti, filwaqt li 20 li qegħdin fil-proċess li jkollhom il-liċenzja mġedda wara li jagħmlu x-xogħlijiet ta’ rinnovament meħtieġa. Mis-56 li għandhom liċenzja kurrenti, 49 għamlu r-rinnovament meħtieġ, wieħed se jibda bix-xogħlijiet fil-jiem li ġejjin, 3 ingħataw clearance mir-REWS fuq ix-xogħlijiet meħtieġa, filwaqt li 3 oħra għadhom fil-proċess li jissottomettu l-pjan tagħhom lir-REWS. Mill-20 li jrid ikollhom il-liċenzja mġedda hemm 3 li għaddejjin bix-xogħlijiet, 10 li ngħataw clearance mir-REWS fuq ix-xogħlijiet meħtieġa, filwaqt li 7 oħra għadhom fil-proċess li jissottomettu l-pjan tagħhom lir-REWS. Min-naħa tal-ERA, mis-76 operatur inkwistjoni, hemm 34 li nħarġilhom permess ambjentali (li 17 minnhom għandhom bżonn tiġdid), 38 li għandhom applikazzjoni li għadha qed tiġi proċessata u 4 li għadhom m’għamlux applikazzjoni.

Pompi tal-Petrol – Applikazzjonijiet ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx applikazzjonijiet ġodda għal pompi tal-petrol f’pajjiżna u jekk iva, tgħid kemm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-24 ta’ Marzu 2025, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma rċeviet l-ebda applikazzjoni ġdida għal pompi tal-petrol. Min-naħa tar-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS) ġiet sottomessa applikazzjoni waħda għal pompa tal-petrol ġdida matul din is-sena.

Profitt iddikjarat minn kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li ddikjaraw profitt ta' iktar minn €100,000, iktar minn €500,000 u iktar minn €1 miljun fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpanniji li ddikjaraw profitt wara t-taxxa għas-sena 2023 hu kif jidher fit-tabella li ġejja: Sena Profitt ta’ iktar minn €100,000 Profitt ta’ aktar minn €500,000 Profitt ta’ iktar minn €1 Miljun 2023 2,960 824 1,743

Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar toroq f'Malta li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2024 ingħataw ċitazzjonijiet fihom? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ ċitazzjonijiet għal kull triq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – Kannabis li qed tiġi pprovduta

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25828, 26559 u 26562 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u tagħti dettalji u tgħid minn fejn qed tiġi l-Kannabis li qed tiġi pprovduta mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC)?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Ittestjar tal-Kannabis

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25829, 26560 u 26563 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament, u tgħid hux qed isir ittestjar tal-kannabis? Jekk iva, tista’ tgħid min qed jagħmel l-eżaminazzjoni tas-sustanza u xi proċedura qed tintuża biex dawk li qed jagħmlu użu jkollhom sustanza li hija eżaminata u ċċertifikata?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Bejgħ ta’ Reżina tal-Kannabis

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25830, 26561 u 26563 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè: Fid-dawl li l-assoċjazzjonijiet jibdew ibiegħu r-reżina tal-kannabis, tista’ l-Ministru jgħid min ser jipprovdi din is-sustanza u x’tip ta’ verifikar ser isir?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Kannabis li qed tiġi pprovduta

Question

Wara li kellmuni xi persuni li huma mħassba, jista’ l-Prim Ministru jagħti dettalji u jgħid minn fejn qed tiġi l-Kannabis li qed tiġi pprovduta mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC)?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Ittestjar tal-Kannabis

Question

Wara li kellmuni xi persuni li huma mħassba, jista’ l-Prim Ministru jgħid hux qed isir ittestjar tal-kannabis? Jekk iva, jista’ jgħid min qed jagħmel l-eżaminazzjoni tas-sustanza u xi proċedura qed tintuża biex dawk li qed jagħmlu użu jkollhom sustanza li hija eżaminata u ċċertifikata?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ ta’ Reżina tal-Kannabis

Question

Wara li kellmuni xi persuni li huma mħassba, fid-dawl li l-assoċjazzjonijiet jibdew ibiegħu r-reżina tal-kannabis, jista’ l-Prim Ministru jgħid min ser jipprovdi din is-sustanza u x’tip ta’ verifikar ser isir?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ ta’ Reżina tal-Kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25830 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u ċjoè: Fid-dawl li l-assoċjazzjonijiet jibdew ibiegħu r-reżina tal-kannabis, jista’ l-Ministru jgħid min ser jipprovdi din is-sustanza u x’tip ta’ verifikar ser isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid f’liema proċess waslet l-implimentazzjoni tal-Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275), x’bidliet saru, u sa meta jippjana li jkunu qed jiġu implimentati l-bqija tal-bidliet mitluba mid-direttiva?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Energy Performance of Buildings Directive (1275/2024 EU) ġiet adottata mil-Unjoni Ewropeja fis-sena 2024. Din id-Direttiva trid tiġi trasposta fil-liġijiet ta’ Malta sa Mejju 2026. Malta qegħda fil-proċess li temenda l-liġijiet sussidjarja 623.01 u 623.07 sabiex dawn jirriflettu d-Direttiva 1275/2024 EU. Malta hija kommessa li tagħmel dan saż-żmien stipulat kif ukoll li tieħu dawn l-azzjonijiet kollha previsti mil-istess direttiva. Malta diġà ħadet azzjonijiet fuq diversi partijiet ta’ din id-Direttiva peress li dawn l-azzjonijiet kienu diġà jagħmlu parti minn direttivi ta’ qabel (10/31EU u 844/18EU) li ġew issostitwiti b’din id-direttiva il-ġdida (1275/2024 EU).

Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid f’liema proċess waslet l-implimentazzjoni tal-Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275), x’bidliet saru, u sa meta jippjana li jkunu qed jiġu implimentati l-bqija tal-bidliet mitluba mid-direttiva?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid f’liema proċess waslet l-implimentazzjoni tal-Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275), x’bidliet saru, u sa meta jippjana li jkunu qed jiġu implimentati l-bqija tal-bidliet mitluba mid-direttiva?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25504.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Kannabis li qed tiġi pprovduta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jagħti dettalji u jgħid minn fejn qed tiġi l-Kannabis li qed tiġi pprovduta mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.