Legislature:
Category:
Reset
Active:

KM Malta Airlines – Bord — Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ KM Malta Airlines Ltd, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Data tal-Ħatra Is-Sur David Curmi Direttur 1 ta’ Novembru 2023 Is-Sa Marlene Mizzi Direttur 1 ta’ Novembru 2023 Is-Sur Paul Azzopardi Direttur 1 ta’ Novembru 2023

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul is-sena 2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew riżolti u kemm fadal pendenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: 2023Ilmenti ReġistratiRiżoltiGħadhom mhux riżolti Jannar1212- Frar1717- Marzu14131 April1313- Mejju 1414- Ġunju12102 Lulju24168 Awwissu401228 Settembru32923 Ottubru231013 Novembru1313- Diċembru1010- 22414975

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew riżolti u kemm fadal pendenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: 2024Ilmenti ReġistratiRiżoltiGħadhom mhux riżolti Jannar25241 Frar24222 Marzu22211 April23212 Mejju 2424- Ġunju16151 Lulju18162 Awwissu14131 Settembru18144 Ottubru18153 Novembru22139 Diċembru271512 25121338

Is-Siġġiewi – Triq in-Nirien — Tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq in-Nirien, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li t-tindif fi Triq in-Nirien jsir bi frekwenza ta’ darbtejn fil-ġimgħa skont l-iskeda stabbilita fil-kuntratt.

Is-Siġġiewi – Triq Salvu Curso — Tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Salvu Curso, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li t-tindif fi Triq Salvu Curso jsir bi frekwenza ta’ darbtejn fil-ġimgħa skont l-iskeda stabbilita fil-kuntratt.

Is-Siġġiewi – Triq Karmenu Vassallo – Tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Karmenu Vassallo, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li t-tindif fi Triq Karmenu Vassallo jsir bi frekwenza ta’ darbtejn fil-ġimgħa skont l-iskeda stabbilita fil-kuntratt.

Żwiġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet matul l-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond figuri provizorji pprovduti mill-NSO, jidher li kien hemm 2,334-il zwieġ irreġistrat mar-Reġistru Pubbliku. Minn dawn, 2,200 kienu zwiġijiet li saru f’Malta u Għawdex.

Divorzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm divorzji matul l-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond figuri provizorji pprovduti mill-NSO, jidher li kien hemm 524-il divorzju li ġew irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku matul l-2024. 428 minnhom kienu divorzji li ingħataw f’Malta jew f’Għawdex.

Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet matul l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew konklużi bonarjament u kemm minnhom ġew deċiżi permezz ta’ sentenza tal-Qorti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond figuri provizorji pprovduti mill-NSO, jidher li kien hemm 672-il separazzjoni irreġistrat mar-Reġistru Pubbliku. Informazzjoni dwar jekk ġewx konkluzi bonarjament jew permezz ta’ sentenza tal-Qorti mhix disponibbli.

Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet matul l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew konklużi bonarjament u kemm minnhom ġew deċiżi permezz ta’ sentenza tal-Qorti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Paediatricians — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew ingaġġati paediatricians matul is-sena 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ta’ pedjatri, dawn ma jiġux ingaġġati imma huma maħtura speċjalisti fil-qasam meta jikkonkludu t-taħriġ speċjalizzat tagħhom u jkunu rreġistrati fuq il-lista speċjalizzata tal-Kunsill Mediku.

Dermatologi — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew ingaġġati dermatologi matul is-sena 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ta’ dermatologi, dawn ma jiġux ingaġġati imma huma maħtura speċjalisti fil-qasam meta jikkonkludu t-taħriġ speċjalizzat tagħhom u jkunu rreġistrati fuq il-lista speċjalizzata tal-Kunsill Mediku.

Kardjologi — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew ingaġġati kardjologi matul is-sena 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ta’ kardjologi, dawn ma jiġux ingaġġati imma huma maħtura speċjalisti fil-qasam meta jikkonkludu t-taħriġ speċjalizzat tagħhom u jkunu rreġistrati fuq il-lista speċjalizzata tal-Kunsill Mediku.