Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema – Kariga ta’ Segretarju tal-Kunsill
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kariga ta’ Segretarju tal-Kunsill (Council Secretary) għall-Professjoni tal-Għalliema (Council for the Teaching Profession) għadhiex vakanti, u jekk fl-affermattiv, għaliex din il-kariga għadha ma mtlietx u meta huwa mistenni li timtela?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-persuna uxxenti baqgħet taqdi dan l-irwol filwaqt li ġiet identifikata persuna oħra li ser taqdi dan l-irwol.
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar laqgħa tal-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema (Council for the Teaching Profession) u meta hija skedata li ssir il-laqgħa li jmiss?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-aħħar laqgħa saret matul ix-xahar ta' Ottubru.
L-Iskola Nazzjonali tal-Isport – Kriterji għad-dħul
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji uffiċjali u tal-matrices tal-punteġġi applikati għas-snin skolastiċi 2025/2026 u 2026/2027 li ntużaw għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-istudenti li japplikaw biex jidħlu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li evalwazzjoni u l-għażla tal-istudenti li japplikaw biex jidħlu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport kienet ibbażata fuq żewġ provi ta’ assessjar fil-ħiliet tekniċi tad-dixxiplini sportivi rispettivi tagħhom. (Dan ma jinkludix l-għawm u l-atletika). L-aħjar marka miż-żewġ provi tittieħed għal għażla finali.
L-Iskola Nazzjonali tal-Isport – Kriterji għad-dħul – Assessjar
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika x’piż jingħata lil kull komponent tal-assessjar tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, inklużi r-riżultati sportivi preċedenti, it-testijiet fiżiċi, l-assessjar tal-ħiliet tekniċi, il-potenzjal sportiv u r-riżultati akkademiċi, u jindika min jistabbilixxi u japprova dawn il-kriterji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 4100.
L-Iskola Nazzjonali tal-Isport – Kriterji għad-dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji kollha li jintużaw għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-istudenti li japplikaw biex jidħlu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, u kif dawn il-kriterji jvarjaw skont id-dixxiplina sportiva?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat, li dawn jiġu emendati minn sena għal sena. Fuq il-mejda tal-kamra qiegħed inpoġġi l-kriterji li ntużaw għal din is-sena skolastika.
MFHEA – Laqgħat tal-bord – Diskussjonijiet dwar il-policies
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2513 u 2514, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Bord tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) ddiskutiex il-feedback li ngħata mill-stakeholders fuq il-policies imħabbra fl-20 ta’ Awwissu 2026? Jekk iva, jista’ jgħid meta saret il-laqgħa jew laqgħat tal-bord li ddiskutew dan il-feedback?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-‘feedback’ u r-rakkomandazzjonijiet ġew ikkunsidrati u sar tibdil.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Advisory Committee tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn Ottubru 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’suġġetti ġew diskussi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Kumitat Konsultattiv jiltaqa' skont kif stipulat fil-Kap 607 tal-Liġijiet ta’ Malta. Ninsab infurmat li l-bord imsemmi matul il-perjodu msemmi ltaqa’ 4 darbiet u li informazzjoni addizzjonali hi ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Bord tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) ltaqa’ mal-ħaddiema tal-Awtorità, mal-istituzzjonijiet edukattivi, mal-Kamra tal-Kummerċ u mal-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interepellant li ninsab infurmat li l-irwol tal-bord huwa wieħed strateġiku u ta’ governanza.
MFHEA – Istituzzjonijiet edukattivi – Applikazzjonijiet ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kinitx deċiżjoni tal-Bord tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) li applikazzjonijiet ġodda għal istituzzjonijiet edukattivi li daħlu matul is-sena 2026, jitqiegħdu fuq il-lista ta’ stennija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interepellant li ninsab infurmat li l-irwol tal-bord huwa wieħed strateġiku u ta’ governanza.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir fi Triq Blat il-Qamar fis-Siġġiewi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, wara t-tlestija tax-xogħlijiet fi Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi u l-ftuħ tat-triq għat-traffiku, il-prijorità li jmiss hija li titkompla l-implimentazzjoni tal-proġetti skedati taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd.
Sussegwentement, Infrastructure Malta terġa’ tagħmel il-koordinazzjoni meħtieġa sabiex jiġi stabbilit l-aħjar żmien biex jibdew ix-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-iskeda tax-xogħlijiet infrastrutturali ppjanati.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.
FSWS Childcare – Carers barranin – Għarfien tal-lingwa Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm carers ta’ nazzjonalità barranija impjegati fis-servizz tal-FSWS Childcare, maqsuma skont kull ċentru? Jista’ jgħid ukoll jekk il-carers barranin kollha, impjegati f’dan is-servizz, għandhomx għarfien tal-lingwa Maltija u jekk dan l-għarfien jiġix verifikat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.