Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħaż-Żebbuġ? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħaż-Żebbuġ?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li Triq il-Wied, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Qormi li t-tindif fi Triq il-Wied isir skont l-iskeda stabbilita fil-kuntratt u għalissa mhux possibbli tiżdied il-frekwenza tat-tindif.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Kirkop? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Kirkop?
Response (BONNICI, OWEN)
Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħaż-Żebbuġ? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħaż-Żebbuġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu CT Scan, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ Ġunju, b’kollox saru 30,480 CT Scan. Minn dawn, 2,961 saru fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u 27,519 saru fl-Isptar Mater Dei.
Operazzjoni ta’ kirurġija plastika — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija plastika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 169 pazjent li ilhom jistennew intervent fil-kirurġija plastika u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ikun hemm diversi raġunijiet għala dan jiġri. Inserraħ ras kulħadd li kull każ urġenti jsir fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Luqa? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Luqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Luqa? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Luqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu MRI sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ Ġunju, b’kollox saru 24,106 MRI. Minn dawn, 3,695 saru fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex; 16,535 saru fl-Isptar Mater Dei; 929 saru f’Paola Hub u 2,947 ġew outsourced.
Operazzjonijiet tal-katarretti — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-katarretti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Operazzjoni ta’ knee replacement — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni ta’ knee replacement sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-knee replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’ Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Filwaqt li f’Marzu li għandu infurmajt lill-Kamra li kien hemm 1,249 pazjent li qed jistennew total knee replacement, dan l-ammont niżel għal 1,054 li ilhom jistennew aktar minn dak stipulate fic-Charter tal-Pazjenti.
Ikun hemm ħafna raġunijiet għala din l-istennija tkun daqshekk twila. Nassigura lill-Onor. Interpellant li f’każijiet ta’ urġenza tittieħed azzjoni immedjata.
Operazzjoni ta’ hip replacement — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni ta’ hip replacement sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 296 pazjent li qed jistennew l-operazzjoni ta’ hip replacement u ilhom aktar minn dak stipulate fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Ikun hemm ħafna raġunijiet għala din l-istennija tkun daqshekk twila. Nassigura lill-Onor. Interpellant li f’każijiet ta’ urġenza tittieħed azzjoni immedjata.
Operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Infakkar lill-Onor. Membru li kif tħabbar fil-baġit, il-Gvern ivvota għall-2025, is-somma ta’ €14-il miljun, li hi d-doppju ta’ dik ivvutata għas-sena 2024 biex isir outsourcing ta’ bosta operazzjonijiet, inkluż cholecystectomy.
B’hekk il-178 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, kif ukoll persuni oħra li jinħtieġu dawn l-operazzjonijiet, il-perjodu ta’ stennija dejjem ikompli jonqos.
Inserraħ ras kulħadd, li kull każ urġenti jiġi trattat fl-iqsar żmien possibbli. Nenfasizza li jkun hemm diversi raġunijiet, uħud mediċi għala ikun hemm dan id-dewmien.
Operazzjoni ta’ kirurġija ġenerali — Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000