Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Remote working - teleworking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 164 ħaddiem li jaħdmu permezz ta’ remote working.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 343-il ħaddiem li jaħdmu permezz ta’ remote working.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 247-il ħaddiem li jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Remote working - teleworking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 687 ħaddiem li jaħdmu permezz ta’ remote working.

Dejn Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn ta’ pajjiżna, matul din is-sena sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Dejn tal-Gvern Ċentrali għas-sena 2025, maqsum xahar b’xahar: Jannar €10,562,535 Frar €10,935,235 Marzu €10,794,073 April €10,835,142 Mejju €10,884,347 Il-figuri huma preżentati f’eluf ta’ Ewro and jaqblu mal-istqarrijiet tal-NSO ‘Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern, li tiġi ppubblikata kull xahar. Sors: Bank Ċentrali u d-Dipartiment tat-Teżor.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Remote working - teleworking

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, fi ħdan il-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 190 ħaddiem li jaħdmu permezz ta’ remote working.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Remote working — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 27 ħaddiem li jaħdmu permezz tat-teleworking.

Ħal Kirkop — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Kirkop? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Kirkop?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li bħalissa m’hemmx ħsieb għall-installazzjoni ta’ Bus Shelters ġodda. Madankollu, żewġ Bus Shelters eżistenti fi Triq l-Industrija (quddiem l-ST) se jiġu rilokati, peress li m’għadhomx jintużaw. Il-post il-ġdid fejn dawn se jiġu mċaqalqa għad irid jiġi identifikat.

Ħaż-Żebbuġ — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħaż-Żebbuġ? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kunsilli Lokali għandu ħsieb li jinstalla Bus Shelter fi Triq Sciortino u bħalissa għaddej proċess biex ikunu identifikati waqfiet oħrajn fejn ukoll se jiġu installati Bus Shelters.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni –  Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali –  Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28812.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni –  Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28813.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva –  Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi –  Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Dejn Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn ta’ pajjiżna matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Dejn tal-Gvern Ċentrali għas-sena 2024 Jannar €9,759 415 Frar €10,076,137 Marzu €9,949,633 April €9,927,171 Mejju €10,017,855 Ġunju €9,981,084 Lulju €9,769,704 Awissu €10,050,355 Settembru €10,012,643 Ottubru €10,260,785 Novembru €10,362,709 Diċembru €10,467,585 Il-figuri huma preżentati f’eluf ta’ Ewro and jaqblu mal-istqarrijiet tal-NSO ‘Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern,, li tiġi ppubblikata kull xahar. Sors: Bank Ċentrali u d-Dipartiment tat-Teżor

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi –  Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28805.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat –  Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ġunju 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24477.