Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29893 u jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-impjegati mal-Awtoritajiet u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru huwa kif ġej: 614-il ħaddiem full time u 7 ħaddiema fuq bażi part-time.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29653, 29795 u 29944 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29653 u 29795 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħal Qormi — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Qormi matul is-sena 2024, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Luqa — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Luqa matul is-sena 2024, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-impjegati mal-Awtoritajiet u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 3,848 ħaddiema full time u 7,304 ħaddiema part-time.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, hemm sebgħa u ħamsin (57) ħaddiem li jaħdmu full-time u ħaddiem wieħed (1) li jaħdem part-time.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, hemm 949-il ħaddiem li jaħdmu full time u 33-il ħaddiem part-time.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 1309-il ħaddiem li jaħdmu full time u 22-il ħaddiem part-time.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29650 u 29793 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fis-Servizz Pubbliku kollu hemm 1,555 persuna jaħdmu bir-remote working u 1,565 jaħdmu bl-extended remote working. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 121 ħaddiema li jaħdmu permezz ta’ teleworking u 109 ħaddiem li jaħdmu remote working.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi hemm impjegati 960 impjegat fuq bażi ta’ full time u 13-il impjegat fuq bażi ta’ part time.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Impjegati full-time u part-time

Question

Tista’ l-Ministru tagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tagħha, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninsab infurmata li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 661-il ħaddiem li jaħdmu full-time u 66-il ħaddiem part-time.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.