Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fond għal Kawżi Ġusti - Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti bejn April u Ġunju tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 30657

Fond għal Kawżi Ġusti - Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti bejn April u Ġunju tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Intepellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għal Kawżi Ġusti - Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti bejn April u Ġunju tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 30654.

Fond għal Kawżi Ġusti - Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għal Kawżi Ġusti bejn Jannar u Marzu tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 30654

Fond għal Kawżi Ġusti - Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għal Kawżi Ġusti bejn Jannar u Marzu tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Intepellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għal Kawżi Ġusti - Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għal Kawżi Ġusti bejn Jannar u Marzu tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-aħħar tas-sena jiġi kkompulat ir-rapport annwali ta’ġestjoni.Ġa la darba jiġi kkompulat ir-rapport , dan jiġi awditjat u jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra , kif jiġri kull sena.

Ħal Qormi - Triq il-Ħelsien - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ippropona.

Ħal Qormi - Triq Ġorġ Mifsud Chircop - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin ta’ Triq Ġorġ Mifsud Chircop, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi - Triq Ġorġ Mifsud Chircop - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tal-istat ħażin ta’ Triq Ġorġ Mifsud Chircop, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Ħal Qormi - Triq tal-Ħlas - Xogħlijiet

Question

Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi - Triq tal-Ħlas - Xogħlijiet

Question

Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Ħal Qormi - Triq San Edwardu - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi - Triq San Edwardu - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ippropona.

Ħal Qormi - Triq San Bastjan - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi - Triq San Bastjan - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ippropona.

Ħal Qormi - Triq il-Belt Valletta - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Qormi - Triq il-Belt Valletta - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħolijiet huma previsti li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29479.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 30150.