Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000, maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2025?
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Settembru 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta ta’ PQ W453.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33895 u 34049 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31762, fejn intqal li “Sadanittant it-tagħrif għadu qed jinġabar”, jista’ l-Prim Ministru issa jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit 2026?
Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru f’Ħal Luqa mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi sena 2024 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’:
· Triq Annabelle Vassallo,
· Triq l-Imqabba,
· Triq il-Knisja l-Qadima u
· Triq Salvu Borg Olivier.
Fi sena 2025 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid:
· f’parti minn Blat il-Qamar,
· Triq Salvu Borg Olivier,
· Ta' Kandja CPD Headquarters,
· Triq Nicolo Baldacchino,
· Triq Giacomo Leopardi,
· Triq Santu Kristu ta’ l-Għolja.
Ninfurmah ukoll li din is-sena tlesta xogħol fi Triq Wied tal-Lewża.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru fis-Siġġiewi mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi sena 2024 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’:
· Triq Annabelle Vassallo,
· Triq l-Imqabba,
· Triq il-Knisja l-Qadima u
· Triq Salvu Borg Olivier.
Fi sena 2025 sar xogħol ta’ bini mill-ġdid:
· f’parti minn Blat il-Qamar,
· Triq Salvu Borg Olivier,
· Ta' Kandja CPD Headquarters,
· Triq Nicolo Baldacchino,
· Triq Giacomo Leopardi,
· Triq Santu Kristu ta’ l-Għolja
Ninfurmah ukoll li din is-sena tlesta xogħol fi Triq Wied tal-Lewża.
Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Is-Siġġiewi - Triq Mons. Mikiel Azzopardi - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti update fuq ix-xogħol li għaddej fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll meta se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi Triq Mons Mikiel Azzopardi, s-Siġġiewi ġew iffinalizzati x-xogħlijiet ewlenin ta’ servizzi ġodda, inkluż l-ilma għax xorb, lqugħ għall-ilma tax-xita, drenaġġ u irrigazzjoni għal planters.
Bdiet titqiegħed l-kurduna l-ġdida li ser tifforma l-parkeġġi ġodda li jifirdu is-service road minn mal-main road.
Qiegħed ukoll jingħata wiċċ ġdid lill-bankina man-naħa tal-belvedere bit-tqegħid ta’ madum li għandu finish ta’ exposed aggregate.
Ix xogħol kollu f’din it-triq għandu jitlesta fis-sajf ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru f’Ħal Qormi mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi sena 2024 sar:
· xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq id-Dielja, P/O Triq il-Ħarifa u Triq is-Sajf.
· ingħata wiċċ ġdid fiTriq Manuel Borg Gauci, fit- toroq rurali fl-akwati tal-Ħandaq, (qrib ir-roundabout tal-Monument tat-Tieni Gwerra Dinjija), kif ukoll fi Triq l-Imdina.
· xogħol ta’manutenzjoni fi Triq il-Mithna u Triq id-Dukkara.
Fis-sena 2025, sar
· xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Guze Duca.
· xogħol ta’ manutenzjoni ta’ parti minn Ħamrun Bypass u Triq ħal Qormi.
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ottubru 2025?
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ottubru 2025?
Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ottubru 2025?
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000,maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2025?
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Ottubru 2025?