Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-entitajiet u d-Dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli ghall-offerti Dipartimentali u l-metodi ta’ akkwist skont il-valur tal-kuntratt li joħorgu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għas-Saħħa - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 60 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 412 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 60 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ‘l fuq minn 60 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 31,460 fl-2026 minn 24,645 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella t'hawn taħt: ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 60 SENA – STATISTIKA 60+ 2021 2022 2023 2024 2025 2026 Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Jannar Total 24,645 26,448 28,039 29,735 31,527 31,460

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 80 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 410 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 80 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 75 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 409 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 75 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 70 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 408 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 70 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 407 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 65 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 60 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 406 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 60 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi – Lista ta’ toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 405 u jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, f’Ħal Qormi, għaddej xogħol infrastrutturali fi Sqaq fi Triq tal-Ħandaq, Triq l-Isqof Scicluna u Triq il-Wied. Fit-tielet kwart ta’ din is-sena ser jibda xogħol infrastrutturali fi Triq Daniel Spiteri Sacco u fir-raba’ kwart ta’ din is-sena hemm pjanat xogħol fi Triq Prof Carmelo Coleiro u Triq Mro Giuseppe Camilleri.

Ħal Luqa – Lista ta’ toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 404 u jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Luqa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-raba’ kwart ta’din is-sena, f’Ħal Luqa, hu ppjanat li jibda’ xogħol infrastrutturali fi Triq Indri Micallef, Triq Ċensu Decandia, kif ukoll parti minn Triq il-Biedja, Ħal Farruġ.

Is-Siġġiewi – Lista ta’ toroq – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 403 u jagħti lista ta’ toroq li ser isiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema xahar huwa pproġettat li jibdew isiru, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, fis-Siġġiewi, għaddej xogħol infrastrutturali fi Sqaq fi Triq il-Panoramika, Triq Mons Mikiel Azzopardi u Triq ta' Bur il-Kbir.

Persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b' xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?

Response (ATTARD, JONATHAN)

B’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 417, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li turi n-numru ta’ persuni taħt -il 21 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f’dawn l-aħħar ħames snin maqsuma xahar b’xahar u skont il-ġeneru tagħhom. PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL LI GĦANDHOM INQAS MINN 21 SENA Xahar Irġiel Nisa 2022 2023 2024 2025 2026 2022 2023 2024 2025 2026 Jannar 59 70 69 80 83 26 31 28 39 43 Frar 74 62 72 79 93 25 31 27 27 44 Marzu 69 78 67 67 101 26 29 29 25 40 April 54 79 72 65 131 25 24 31 21 46 Mejju 57 73 96 59 125 28 21 28 20 50 Ġunju 56 63 95 51 18 19 22 22 Lulju 51 54 93 57 22 22 20 29 Awwissu 54 60 88 67 32 25 26 24 Settembru 54 62 90 72 35 27 23 28 Ottubru 57 62 92 85 31 31 27 34 Novembru 64 55 82 80 31 34 35 34 Diċembru 64 57 87 79 29 26 43 32 *L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Mejju 2026

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 80 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 80 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ta ‘l fuq minn 80 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 1,694 fl-2026 minn 941 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella annessa. ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 65 SENA – STATISTIKA 80+ 2021 2022 2023 2024 2025 2026 Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Jannar Total 941 1,016 1,202 1,481 1,764 1,694 *L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2026

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 75 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 75 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ‘l fuq minn 75 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 4,377 fl-2026 minn 2,772 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella annessa. ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 65 SENA – STATISTIKA 75+ 2021 2022 2023 2024 2025 2026 Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Jannar Total 2,772 3,143 3,537 3,973 4,443 4,377 *L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2026

Persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b' xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 80 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 80 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 75 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 75 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.