Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni tal-invalidità ta’ inqas minn €8,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Qormi? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, b’konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali se nkunu qed ninstallaw żewġ (2) bus shelters. Wieħed fi Triq Anici, filwaqt li l-ieħor ser jiġi istallat fi Triq id-Deheb Fin.
Peress li qed ikun hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibbiltà tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġà qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin, u t-triq indikata hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt il-Kunsilli Lokali għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Peress li qed ikun hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 527.
Peress li qed ikun hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq Ġorġ Borg, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq Ġorġ Borg, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 527.
Peress li kien hemm numru ta’ ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 527.
Peress li kien hemm numru ta’ ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 527.
Ħal Qormi – Proġett fi Triq l-Għargħar u Triq il-Wied f’Ħal Qormi — konsultazzjoni
Question
Peress li kien hemm numru ta' ilmenti u bosta tħassib minn residenti Qriemadwar il-proġett fi Triq l-Għargħar u l-Wied f'Ħal Qormi, fejn l-istess residenti qed jisħqu li ma saritx konsultazzjoni biżżejjed u ma jafux eżattament x'se jkun qed isir, għaldaqstant tista' l-Ministru tgħid jekk saritx konsultazzjoni serja mar-residenti? Tista’ tikkonferma li l-ispjazju ta’ parkeġġ mhux se jonqos? Tista’ tikkonferma wkoll li l-proġett mhux se joħloq iktar inkonvenjent, li jista’ jipperikola ħajjet in-nies, vis-à-vis l-ilma li jkollu jgħaddi kull sena miż-żona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ġie ppreżentat bil-proposta fil-bidu ta’ Ottubru 2021 u anke intbgħatu l-pjanti approvati. Saru wkoll diskussjonijiet mal-kunsill dwar il-manutenzjoni ta’ dan il- proġett la jkun tlesta x-xogħol sabiex nassiguraw li jibqa’ fi stat tajjeb għall-użu tar-residenti.
F’Jannar bdew ix-xogħlijiet fuq is-sit u fil-bidu ta’ Frar il-Kunsill Lokali informa lil-Wasteserv li r-residenti kellhom xi tħassib dwar il-proġett u li ma kinux infurmati tajjeb dwaru. Ir-residenti ġew mgħarrfa li jistgħu jmorru il-Kunsill Lokali biex jirrevedu d-disinji approvati. Rappreżentanti tal-WasteServ iltaqgħu mar-residenti fuq il-post biex jispjegaw il-proġett u jindirizzaw kwalunkwe tħassib. Id-disinn oriġinali ma kienx se jnaqqas in-numru ta’ parkeġġ eżistenti. Wara l-laqgħa mar-residenti, id-disinn ġie aġġornat biex jiżdied il-parkeġġ u tiġi modifikata l-wisa’ tat-triq eżistenti.
Il-proġett tal-ġnien f’Ħal Qormi mhux se jkollu impatt negattiv fuq il-funzjoni tal-culvert tal-ilma tax-xita. Id-disinn ġie diskuss mal-Coastal & Stormwater Section tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex jiġi żgurat li l-volum u l-manutenzjoni meħtieġa tal-culvert tal-ilma tax-xita ma jiġux affettwati mill-proġett ta’ tħaddir. Għaldaqstant is-servizzi u l-funzjonijiet tal-wied mhumiex se ikunu qed jintmessu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Kirkop li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li reġistrati għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar Non-fungible tokens (NFTs)? Jista’ jgħid x’potenzjal jara li hemm fl-ekonomija tagħna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Non-Fungible Tokens (NFTs) joffru opportunitajiet interessanti u innovazzioni diġitali inklu¿ il-faċilitazzjoni ta’ ownership jew drittijiet ta’ u¿u jew pussess permezz ta’ ċertifikazzjoni diġitali fuq assi diġitali jew fi¿iċi. Je¿istu ukoll, imma, numru ta’ sfidi dwar kif se jaffettwaw kunċetti e¿istenti ta’ ownership, liċenzjar, taxxa u anki fid-determinazzjoni legali tagħhom fejn jistgħu jinqabdu b’liġijiet bħal VFA ACT jew liġijiet oħra taħt ir-responsabbilta’ tas-servizzi finanzjarji (MFSA).
L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali fasslet qafas regolatorju li jagħti assigurazzjoni fuq teknoloġija mibnija fuq Smart Contracts u Blockchain, u li jgħin: (i) fit-tkabbir tal-fiduċja pubblika f’dawn it-teknoloġiji; (ii) fi¿-¿ieda tar-reputazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali; u (iii) tipproteġi iktar lis-soċjetà. Il-qafas regolatorju jappoġġja kemm systems audits komprensivi u kif ukoll reġim iktar flessibbli permezz tas-sandbox. L-ebda pajji¿ ieħor m’għandu qafas nazzjonali fuq assigurazzjoni tat-teknoloġija. Malta tista tpoġġi lilha nnifisha bħala ġurisdizzjoni magħrufa għal NFTs b’reputazzjoni tajba u fdata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu kumpaniji ġodda matul l-aħħar ħames snin, sena b’sena, u f’liema qasam ekonomiku joperaw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji ġodda li twaqqfu matul l-aħħar ħames snin huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Qormi, Ħal Luqa u Siġġiewi – persuni repistrati li qed jaħdmu part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’April 2022 u li jgħixu Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel u dan kollettivament u skont il-lokalità rispettiva?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta` nisa u rġiel li qed jaħdmu part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part time only) u li kellhom part time job mal-full time (part-time with full-time) sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 u li jgħixu Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi.
Part-Time Only
Part-Time Only Total
Part-Time with Full-Time
Part-Time with Full-Time Total
Lokalita`
Nisa
Irġiel
Nisa
Irġiel
ĦAL- LUQA
188
164
352
146
293
439
ĦAL-QORMI
561
425
986
335
832
1,167
IS-SIĠĠIEWI
360
248
608
267
534
801
Total
1,109
837
1,946
748
1,659
2,407
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2021.
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi ta’ ’l fuq minn 60 sena li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ persuni minn 60 sena ’l fuq li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu.
Sa l-aħħar ta` Diċembru
Sena
2017
2018
2019
2020
2021
Total ta’ persuni minn 60 sena ’l fuq li jaħdmu.
18,823
20,955
22,846
23,582
25,346
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi ta’ ’l fuq minn 70 sena li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ persuni minn 70 sena ’l fuq li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu qed jaħdmu.
Sa l-aħħar ta` Diċembru
Sena
2017
2018
2019
2020
2021
Total ta’ persuni minn 70 sena ’l fuq li jaħdmu.
4,304
4,897
5,561
5,906
6,493
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Qormi li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Luqa li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu s-Siġġiewi li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.