Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 14 PQ #642 Sitting 16 2022-06-13 Oral · Final From: JEROME CARUANA CILIA (Partit Nazzjonalista)

Ġwież għall-annimali — Skema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk spejjeż relatati mal-ġwież tal-annimali hux se jkunu koperti mill-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk involuti fil-manifattura jew fl-importazzjoni tal-ġwież tal-annimali jistgħu jibbenefikaw mill-iskema msemmija.

Ħal Qormi – Night Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinbena night shelter għall-anzjani f’Ħal Qormi stess mill-Gvern Ċentrali? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar dan?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull talba għal Night Shelter tiġi evalwata skont id-domanda u disponibbiltá. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tinkludi numru ta’ sodod għal Night Shelter ma’ kull ftehim ta’ xiri ta’ sodod li jsir ma’ operaturi ta’ djar privati tal-anzjani biex ikun hemm firxa wiesgħa ta’ Night Shelters. Bħalissa l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex applikazzjonijiet pendenti għas-servizzi ta’ Night Shelter.

Ħal Qormi – żieda ta’ spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Qormi? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għadu kif inawgura ‘Wesgħet Renald Falzon’, ġnien li nbena ġdid fiż-żona Ta’ Farsina. Bħalissa l-Kunsill jinsab għaddej b'riġenerazzjoni tal-ġonna li għandu fil-lokalità, fosthom Ġnien f'Misraħ iż-Żebbuġ, Ġnien l-Armier u Vjal de la Cruz. Il-Kunsill Lokali kien strumentali fil-kisba ta’ fondi sabiex fi Piazza Federico Maempel isir proġett ta' €1.2miljuni.

Ħal Luqa – żieda ta’ spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Luqa? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa applika għal permess ta’ żvilupp sabiex isir ġnien ġdid fiż-żona ta’ Ħal Farruġ, skont DN/0132/22. Barra minn hekk, il-Kunsill Lokali ffirma MoU flimkien ma’ Ambjent Malta sabiex isir żvilupp ta’ art mitluqa fiż-żona ta’ Ħal Farruġ. Iktar minn dan kollu, il-Kunsill Lokali jinsab f’diskussjonijiet mal-Awtorità tad-Djar, sabiex parti minn art fi Triq il-Ġdida tiġi devoluta lill-Kunsill Lokali bil-għan li jsir green infrastructure sabiex il-familji ta’ Ħal Luqa jkollhom spazju fil-qalba tal-lokalità.

Is-Siġġiewi — reati rraportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapportati fl-aħħar ħames snin fis-Siġġiewi, sena b’sena? Jista’ jgħid x’tip ta’ reati twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi r-reati rrapportati mal-pulizija fis-Siġġiewi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Siggiewi 2017 2018 2019 2020 2021 Grand Total ARSON 2 2 1 0 1 6 ATTEMPTED OFFENCES 10 4 6 4 2 26 BODILY HARM 5 5 6 7 5 28 COMPUTER MISUSE 1 3 3 2 1 10 DAMAGE 9 27 16 13 13 78 DOMESTIC VIOLENCE 20 33 14 26 37 130 DRUGS 1 0 0 2 0 3 FORGERY 0 1 0 0 0 1 FRAUD 9 7 11 13 24 64 MONEY LAUNDERING 0 0 0 0 1 1 PORNOGRAPHY 0 0 0 0 1 1 PRETENDED RIGHTS 2 9 5 6 7 29 SEXUAL OFFENCE 0 1 2 0 3 6 THEFT 64 57 57 42 30 250 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 2 5 0 4 4 15 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 0 0 0 0 1 1 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 1 0 2 2 0 5 Grand Total 126 154 123 121 130 654

Ħaż-Żebbuġ — reati rraportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapportati fl-aħħar ħames snin f’Ħaż-Żebbuġ, sena b’sena? Jista’ jgħid x’tip ta’ reati twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi r-reati rapportati mal-pulizija f’Ħaż-Żebbuġ fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Ż ebbuġ 2017 2018 2019 2020 2021 Grand Total ARSON 2 1 2 1 1 7 ATTEMPTED OFFENCES 13 13 3 10 4 43 BODILY HARM 12 8 13 8 9 50 COMPUTER MISUSE 5 9 6 6 15 41 CRIMES AGAINST PUBLIC PEACE 0 0 0 1 0 1 DAMAGE 41 28 34 23 24 150 DOMESTIC VIOLENCE 36 35 44 38 47 200 DRUGS 2 2 1 2 4 11 FORGERY 2 2 0 0 1 5 FRAUD 20 18 20 20 63 141 MONEY LAUNDERING 0 0 0 0 1 1 PERJURY AND FALSE SWEARING 0 0 0 0 1 1 PORNOGRAPHY 0 0 1 0 0 1 PRETENDED RIGHTS 3 7 7 8 10 35 SEXUAL OFFENCE 1 3 0 4 1 9 THEFT 77 76 84 68 67 372 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 5 5 2 7 9 28 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 2 3 0 2 3 10 Grand Total 221 210 217 198 260 1106

Qamħ – Skema għal importazzjoni, manifattura u bejgħ bl-ingrossa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Qamħ — Miżuri long-term għall-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għall-miżuri long-term li minnhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ, minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fi spejjeż?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Qamħ — Skema għall-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Qamħ — Miżuri long-term għall-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għall-miżuri long-term li minnhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ, minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fi spejjeż?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Luqa — Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Luqa? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Luqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qiegħed jitlob għall-installar ta’ bus shelters kif ġej; • 2 f’Wesgħet Vittmi tal-Gwerra • 1 fi Triq il-Ġdida • 1 fiż-żona ta’ Ħal Farruġ • 1 fi Triq il-Belt Valletta

Is-Siġġiewi — Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters fis-Siġġiewi? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fis-Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li kienet saret spezzjoni fuq il-bus stops kollha ma' uffiċjali minn Transport Malta żmien ilu, fejn ġie stabbilit jekk hemmx wisa’ biżżejjed skont ir-rekwi¿iti biex isir bus shelter, ġew identifikati dawn il-bus stops: Locality Bus Stop Name Street Classification Siġġiewi Monument Triq it-Tabib Nikola 1 Siġġiewi Salib Triq Blat il-Qamar 1 Kien hemm ukoll il-bus stop quddiem id-Dar tal-Providenza fi Triq Lapsi, li l-bankina fejn għandha ssir saret bħala parti mill-proġett meta saret Triq Lapsi minn Infrastructure Malta. Il-proċess jinsab fil-fażi ta' permit process.

Ħal Qormi — problema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tat-traffiku f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti d-dettalji għall-immaniġġar aħjar tat-traffiku f’Ħal Qormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess li jlesti t-toroq kollha li huma parti mit-TEN-T road network, biex jiġu eliminati l-bottlenecks u titjib l-infrastruttura fit-toroq. Hemm numru ta' toroq u proġetti f'Ħal Qormi u ż-żona tal-madwar li huma parti minn dan in-network. Hemm numru ta' proġetti li jaqgħu f'dan in-network u huma pjanati għaż-żmien li ġej. Ewlenin fost dawn hemm ix-xogħol madwar ir-roundabout ta' Triq l-Imdina u Triq Manwel Dimech, u l-aċċess għall-bypass tal-Imrieħel. Apparti minn hekk, minħabba li Ħal Qormi huwa pjuttost ċentrali, hemm numru ta' proġetti oħra bħax-xogħlijiet li għaddejin biswit l-ajruport f'Ħal Luqa u s-Central Link, li jaffetwaw lil dan il-lokal. Hekk kif fl-1 ta' Ottubru li ġej se jkun qed jingħata trasport pubbliku b'xejn lil kulħadd, qed ikun antiċipat li aktar nies se jkunu qed inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq vetturi privati u jagħmlu użu minn dan is-servizz. Il-Gvern qed jaħdem ukoll mal-Malta Public Transport biex jiżdiedu l-frekwenzi tar-rotot mis-sena d-dieħla. Dan se jfisser anqas traffiku fiż-żona ta' Ħal Qormi wkoll. Infakkar lill-kollega Interpellant li l-immaniġġar tat-traffiku għal toroq residenzjali huwa f'idejn il-Kunsill Lokali u mhux Transport Malta.

Ħal Qormi — problema ta' parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tal-parkeġġ f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif se tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ spazju ta’ parkeġġ f’Ħal Qormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta m’għandha l-ebda rikjesta speċifika fir-rigward ta’ issues ta’ parkeġġ fil-lokalità ta’ Ħal Qormi.

Ħal Qormi — reati rraportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapportati fl-aħħar ħames snin f’Ħal Qormi, sena b’sena? Jista’ jgħid x’tip ta’ reati twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi r-reati rapportati mal-pulizija f’Ħal Qormi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Qormi 2017 2018 2019 2020 2021 Grand Total ARSON 15 11 7 7 5 45 ATTEMPTED OFFENCES 30 30 16 22 23 121 BODILY HARM 23 39 35 29 33 159 COMPUTER MISUSE 8 13 9 8 15 53 DAMAGE 63 97 80 61 48 349 DOMESTIC VIOLENCE 56 73 80 69 65 343 DRUGS 9 11 11 5 33 69 FORGERY 2 5 4 2 4 17 FRAUD 24 37 24 29 84 198 INFANTICIDE / ABANDON OF CHILD 1 1 0 0 0 2 MONEY LAUNDERING 1 2 0 0 3 6 PERJURY AND FALSE SWEARING 1 0 0 0 0 1 PORNOGRAPHY 0 0 2 0 1 3 PRETENDED RIGHTS 10 13 9 19 18 69 SEXUAL OFFENCE 6 6 4 3 5 24 THEFT 227 217 202 212 227 1085 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 8 13 23 18 15 77 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 8 8 7 7 9 39 Grand Total 492 576 513 491 588 2660

Ħal Luqa — Reati rraportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapportati fl-aħħar ħames snin f’Ħal Luqa, sena b’sena? Jista’ jgħid x’tip ta’ reati twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi r-reati rrapportati mal-pulizija f’Ħal Luqa fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Luqa 2017 2018 2019 2020 2021 Grand Total ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 0 0 0 1 1 ARSON 2 1 3 1 1 8 ATTEMPTED OFFENCES 11 6 11 6 7 41 BODILY HARM 7 6 11 4 5 33 COMPUTER MISUSE 3 6 7 6 3 25 DAMAGE 62 91 89 87 67 396 DOMESTIC VIOLENCE 11 28 10 28 29 106 DRUGS 4 1 1 3 15 24 FORGERY 1 0 0 1 2 4 FRAUD 9 14 22 15 42 102 HOMICIDE 0 0 0 1 0 1 MONEY LAUNDERING 0 0 0 0 1 1 PRETENDED RIGHTS 2 1 1 4 3 11 SEXUAL OFFENCE 0 1 1 1 1 4 THEFT 85 74 103 59 61 382 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 5 6 2 4 5 22 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 3 0 2 0 2 7

Pensjoni kontributorja tar-romol inqas minn €7,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni kontributorja tar-romol ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li għandhom pensjoni kontributorja tar-romol bi dħul ta’ anqas minn €7,000 fis-sena, f’dawn l-aħħar tliet snin, hu skont it-tabella hawn taħt: Sena Total 2019 510 2020 344 2021 126 Ta’ min jgħid li l-pensjoni kull xahar tkun l-istess minbarra fix-xhur ta’ Ġunju u Diċembru fejn jitħallas ukoll il-bonus tas-sitt xhur. Minbarra l-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jista’ jkun li jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra, li huma nklużi f’din l-istatistika, waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li m’huwiex inkluż.

Pensjoni kontributorja tal-irtirar inqas minn €7,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni kontributorja tal-irtirar ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li għandhom pensjoni tal-irtirar bi dħul ta’ anqas minn €7,000 fis-sena, f’dawn l-aħħar tliet snin, hu skont it-tabella hawn taħt: Sena Total Irġiel Nisa 2019 5109 1310 3799 2020 4042 882 3160 2021 2462 543 1919 Ta’ min jgħid li l-pensjoni kull xahar tkun l-istess minbarra fix-xhur ta’ Ġunju u Diċembru fejn jitħallas ukoll il-bonus tas-sitt xhur. Minbarra l-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jista’ jkun li jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra, li huma nklużi f’din l-istatistika, waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li m’huwiex inkluż.

Pensjoni tal-Invalidità ta' inqas minn €7,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni tal-invalidità ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.