Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 918.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – direct orders

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm direct orders ingħataw matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 65.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Leg 14 PQ #830 Sitting 19 2022-06-20 Oral · Final From: JEROME CARUANA CILIA (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response

Ninforma lill-Onor. interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Leg 14 PQ #831 Sitting 19 2022-06-20 Oral · Final From: JEROME CARUANA CILIA (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 69. Ninformah li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Spezzjonijiet lill-professjonijiet/kumpaniji finanzjarji u bankarji

Question

B’referenza għall-isfidi dwar meta r-regolatur jagħmel spezzjoni (on-site inspection) lill-professjonisti u/jew kumpaniji finanzjarji u bankarji u peress li hemm numru ta' każijiet fejn qed isiru on-site inspections u talbiet minn entitajiet differenti lill-professjonisti u/jew kumpaniji fl-istess ħin u dan joħloq pressjoni żejda fuq practitioners f'dan is-settur importanti, u jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet fejn ikun hemm bżonn li jsir hekk, imma ħafna drabi dan isir minħabba nuqqas ta' komunikazzjoni, koordinazzjoni u pjanar adegwat min-naħa tal-awtoritajiet, jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandhom l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex ikun hemm aktar koordinazzjoni u komunikazzjoni aħjar bejniethom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi parti mid-dmirijiet tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjari ta’ Malta jinkludu li taħtar uffiċjali tal-MFSA biex jinvestigaw u jirrapportaw dwar l-attivitajiet ta’ kumpaniji liċenzjati minnha. Internament, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjari ta’ Malta, għandha sistemi sabiex tikkordina l-mod u ż-żmien meta jsiru dawn l-ispezzjonijiet biex kemm jista’ jkun ifixklu mill-inqas l-entità kkonċernata. Hemm ċirkostanzi fejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjari ta’ Malta tikkordina ma’ awtoritijet oħra li b’xi mod jew ieħor huma involuti fis-superviżjoni ta’ entitajiet liċenzjati mill-Awtorità. Dan isir abbażi ta' Memorandum of Understanding li għandha l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjari ta’ Malta ma’ awtoritajiet oħrajn. Madankollu l-awtoritajiet għandhom funzjonijiet u skopijiet differenti ai termini tal-liġi u jista’ jkun hemm drabi fejn il-koordinazzjoni mhux dejjem tkun possibbli sabiex l-Awtorità kkonċernata taqdi d-dmirijiet tagħha ai termini tal-liġi u abbażi ta’ risk-based approach.

Is-Siġġiewi – għassa tal-Pulizija

Question

Peress li kien hemm ilmenti li l-Għassa tal-Pulizija tas-Siġġiewi qed tkun magħluqa, jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-għassa qed tkun magħluqa u meta se terġa' tibda tinfetaħ b'mod regolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif diġà ġie indikat fi tweġibiet simili, li l-għases li jinfetħu kuljum huma dawk li jinsabu fid-distretti prinċipali tal-Pulizija u minnhom jintlaħqu lokalitjiet oħra. Infurmat illi fir-rigward tas-Siġġiewi, f’din il-lokalità ssir ronda regolari permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-RIU, li bejnithom jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalità. Dan barra mis-sistema ta’ intercom li hemm installata, fejn il-pubbliku jista’ jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija l-ħin kollu, biex kull assistenza mitluba tiġi koordinata.

Setturi ekonomiċi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jattira setturi ġodda fl-ekonomija tagħna matul il-ħames snin li ġejjin? Jista' jindika liema huma dawn is-setturi l-ġodda?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi — Proġett fi Triq l-Għargħar u l-Wied - Konsultazzjoni

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 309 li oriġinajrjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttutra u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: Peress li rċevejt numru ta' lmenti mir-residenti li qed juru t-tħassib tagħhom dwar il-proġett fi Triq l-Għargħar u l-Wied f'Ħal Qormi, fejn ir-residenti qed jisħqu li ma saritx konsultazzjoni biżżejjed u ma jafux eżattament x'se jkun qed isir, għaldaqstant tista' l-Ministru tgħid jekk saritx konsultazzjoni serja mar-residenti? Tista’ tikkonferma li l-ispjazju ta’ parkeġġ mhux se jonqos? Tista’ tikkonferma li l-proġett mhux se joħloq iktar inkonvenjent, li jista’ jipperikola ħajjet in-nies, vis-à-vis l-ilma li jkollu jgħaddi kull sena miż-żona?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt fil-Mistoqsija Parlamentari 563.

Is-Siġġiewi – żieda ta’ spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa fis-Siġġiewi? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm pjanati spazji miftuħa skont kif ġej: • Reading Garden fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi (qiegħed f'fażi ta' permessi) • Family Park fi Triq Salvu Borg Olivier (Proġett mill-INDIS) • Community Project f'Ramija (proġett minn The Malta Foundation for the Wellbeing of Society)

Ħal Qormi – żieda ta’ spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Qormi? Tista’ tagħti dettalji dwar dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ Greenserv, bħalissa jinsab diġà għaddej ix-xogħol sabiex parti mill-culverts fiż-żona tal-wied ta’ Ħal Qormi tissaqqaf u tinbidel fi spazju miftuħ għat-tgawdija tar-residenti. Ma’ dan, il-Gvern huwa wkoll impenjat li jrodd lill-poplu l-akbar proġett ta’ spazji miftuħin kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali Malta Flimkien. Għal dan se jkunu qed jiġu allokati €700 miljun. Il-proċess għall-iżvilupp ta’ pjanijiet t’azzjoni għal kull spazju miftuħ huwa wieħed kontinwu u d-dettalji ta’ kull proġett jitħabbru fil-mument opportun.

Ħal Luqa – żieda ta’ spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Luqa? Tista’ tagħti dettalji dwar dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa impenjat li jrodd lill-poplu l-akbar proġett ta’ spazji miftuħin, kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali 'Malta Flimkien'. Il-proċess għall-iżvilupp ta’ pjanijiet t’azzjoni għal kull spazju miftuħ huwa wieħed kontinwu u d-dettalji ta’ kull proġett jitħabbru fil-mument opportun.

Persuni ta’ Nazzjonalità Maltija li telqu mill-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni (ta’ Nazzjonalità Maltija) telqu minn pajjiżna u ma ġewx lura għal perjodu twil (minn tal-inqas tliet xhur)? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel u l-età tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jezistix reġistru u m'hemm l-ebda sors amministrattiv wieħed li jagħti informazzjoni b’mod preċiz dwar il-flussi ta’ emigrazzjoni ta’ ċittadini Maltin.

Studju fuq l-impatt tal-inflazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru mill-Gvern Ċentrali dwar l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-poplu Malti, partikolarment il-pensjonanti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li saru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-baġit li għadda ntqal hekk: “Il-prezzijiet tal-enerġija u b’mod aktar wiesgħa l-inflazzjoni inġenerali jistgħu jkunu l-isfidi tas-sena d-dieħla. Għalhekk it-tbassir tad-defiċit jista’ jiġi rivedut b’1.4% u jilħaq is-7% ġaladarba l-Gvern ikun irid inaqqas l-impatt mil-lat finanzjarju fuq il-familji u n-negozji.” Minkejja dan, pajjiżna għad għandu l-inqas rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Minħabba li dak li tbassar ġara, u ġie iktar aggravat bil-gwerra fl-Ukrajna, il-Gvern nieda diversi miżuri soċjali kemm fil-baġit kif ukoll wara. Fosthom insemmi l-għajnuna diretta li ngħatat lill-pensjonanti u lill-familji kif ukoll il-politika li wasslet biex għaż-żmien li ġej Malta jkollha prezzijiet stabbli tal-enerġija u tal-fuels. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed il-ħin kollu jsegwi ċ-ċaqliq fil-prezzijiet kif qed jiżvilppa fid-diversi oqsma tal-ekonomija.

Ġwież għall-annimali — Skema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk spejjeż relatati mal-ġwież tal-annimali hux se jkunu koperti mill-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.