Legislature:
Category:
Reset
Active:

Importazzjoni, manifattura u bejgħ ta’ Qamħ – skemi ta’ għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Importazzjoni, manifattura u bejgħ ta’ Qamħ – miżuri ta’ għajnuna long-term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għal miżuri long-term li minnhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ, minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fl-ispejjeż?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għadu kif nieda Skema ta’ Sussidju Temporanja għal Stabilizzazzjoni tal-Prezzijiet (Miżura ta’ Emerġenza) sabiex jiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel lokali u jimmitiga ż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel li laqtet is-swieq dinjija tal-materja prima. Din l-Iskema tapplika għal importazzjoni ta’ ċereali u dqiq għall-konsum uman, u għal għalf għall-annimali għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem intiżi għas-suq lokali. Għaldaqstant, b’dan ser nassiguraw illi prodotti maħduma miċ-ċereali msemmija jibqgħu bi prezz stabbli fix-xhur li ġejjin u li Malta jkollha provvista suffiċċjenti. Il-Ministeru qed janalizza s-sitwazzjoni b’mod kontinwu sabiex ikun f’pożizzjoni li jwettaq il-miżuri neċessarji.

Importazzjoni, manifattura u bejgħ ta’ Qamħ – skemi ta’ għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Qormi – Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jsir rinnovar b’mod ħolistiku fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ta’ manutenzjoni ġenerali u mmodernizzar li għandu jwassal għal rinnovar b’mod ħolistiku taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi ilu li beda xahrejn u qieħhed fi stadju avvanzat.

Ħal Qormi – Żona ta’ madwar Triq Fonzu Meli, Triq G.M. Camilleri u Triq Dun Alwiġ Psaila — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li jingħataw ir-riżorsi kollha li hemm bżonn biex iż-żona ta’ madwar Triq Fonzu Meli, Triq G.M. Camilleri u Triq Dun Alwig Psaila, f’Ħal Qormi, tinżamm nadifa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, illi l-istess Kunsill jieħu ħsieb li jsir knis u tindif b’mod regolari fit-toroq imsemmija. Infurmat ukoll li dawn it-toroq jinkinsu darbtejn fil-ġimgħa.

MFSA – administrative penalties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm administrative penalties maħruġa mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) matul is-sena 2021? Jista' jgħid kemm minnhom (numru u total tal-ammonti rispettivi) kienu riżultat ta’ irregolaritajiet li nstabu waqt onsite inspections?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ penalitajiet amministrattivi fl-2021 imponuti mill-MFSA jammontaw għal total ta’ 55. Dawn jistgħu jkunu kemm riżultat ta’ irregolaritajiet li nstabu waqt “onsite inspections” kif ukoll, permezz ta’ “offsite supervisory work” ieħor imwettaq mill-MFSA rigward l-entitajiet liċenzjati/awtorizzati minnha. Barra minn hekk, l-Awtorità timponi wkoll azzjonijiet f’każijiet ta’ twettiq ta’ attività mingħajr il-liċenzja/awtorizzazzjoni neċessarja.

Malta Development Bank — kumpaniji li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li bbenefikaw mill-Malta Development Bank? Jista’ jgħid f’liema qasam ekonomiku joperaw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi — Triq San Edwardu u Triq Bellic Belliċ – qtugħ ta’ dawl

Question

Peress li kien hemm numru ta’ lmenti minn residenti fi Triq San Edwardu u Triq Bellic, f’Ħal Qormi u żoni fil-madwar dwar qtugħ ta’ dawl b’mod frekwenti ħafna matul il-perjodu tas-sajf u li dan qed joħloq inkonvenjenrt kbir għar-residenti Qriema, tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir b’mod konkret biex din il-problema tiġi indirizzata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għaddejja b’programm vast ta’ xogħlijiet biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni inkluż f’Ħal Qormi. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju saru xogħlijiet ta’ bbilanċjar fuq il-low voltage fi Triq Belliċ. Sa nofs Ottubru huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol ta’ rinfurzar inkluż tqieħed ta’ LV feederġdid. Dan għandu isaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku fi Triq San Edwardu.

Lotterija Rċevuti Fiskali — rebbieħa ripetuti

Question

Jista’ l-Ministru jindaga jekk fil-Lotterija Rċevuti Fiskali hux qed jiġi osservat livell aċċettabbli ta’ trasparenza, in vista tan-numru ta’ drabi ta’ rebħ mill-persuna li qed tiġi indikata separatament? Jistax jgħid jekk infetħitx diġà investigazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar il-kontijiet pubbliċi 2017 li ġie ppubblikat fl-2018 kien għamel numru ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-Lotterija tal-Irċevuti Fiskali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati kif irrappurtat fil-ħarġa “Governance Action on the annual report by NAO on public accounts 2017 and other NAO reports 2018” maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Lulju tas-sena 2019. Nistaʾ nikkonferma li x-xogħol fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet li kien ġie rrappurtat u li kien għadu għaddej fosthom urna ġdida u post ġdid minn fejn tittellaʾ l-lotterija tlesta kollu. Fuq okkorenzi simili li kienu seħħu fil-passat id-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet kien għamel investigazzjoni finanzjarja li ġiet konkluza f’Diċembru 2021 u ma nstabet ebda irregolarità. Minkejja dan kollu, id-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet xorta reġa’ ntalab biex jinvestiga. Din l-investigazzjoni ġiet konkluża fit-18 ta’ Lulju 2022 u għal darb’oħra l-proċess instab li kien trasparenti u ma ġew innutati ebda anomaliji.
Leg 14 PQ #11 Sitting 27 2022-10-03 Written · Final From: JEROME CARUANA CILIA (Partit Nazzjonalista)

Ħal Qormi – Skola Primarja ta’ San Ġorġ – xogħlijiet

Question

Fid-dawl li l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi tinsab f’stat ħażin kemm għall-istudenti kif ukoll għall-edukaturi, u peress li ilu jingħad li se jibda x-xogħol dwar din l-iskola imma s’issa jidher li għadu ma sar xejn fil-konkret u peress li ftit tal-ġimgħat oħra terġa’ tibda s-sena skolastika l-ġdida, jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ix-xogħol fuq l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi għadu ma bediex? Jista’ jagħti d-dettalji tat-timeframes dwar ix-xogħlijiet u meta effettivament għandu jispiċċa x-xogħol fuq din l-iskola?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju kruċjali fejn qegħdin isiru diskussjonijiet dwar l-arranġamenti loġistiċi.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 918.

Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – direct orders

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Leg 14 PQ #972 Sitting 27 2022-10-03 Oral · Final From: JEROME CARUANA CILIA (Partit Nazzjonalista)

Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – direct orders

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Leg 14 PQ #975 Sitting 27 2022-10-03 Oral · Final From: JEROME CARUANA CILIA (Partit Nazzjonalista)

Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – direct orders

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking) mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 923.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking) mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li l- persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking) mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu huma inklużi mal-figuri tal-Mistoqsija Parlamentari 930.