Legislature:
Category:
Reset
Active:

Low Wage Commission – ħidma rigward il-paga minima

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2324, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena mil-Low Wage Commission b’rabta mal-iżviluppi dwar il-paga minima f’pajjiżna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ – persuni reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, residenti Ħaż-Żebbuġ, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Is-Siġġiewi – Triq li tagħti għal Għar Lapsi – Miżuri ta' Sigurtà

Question

B’referenza għall-kwistjoni tal-istat li tinsab fiha parti mit-triq li tagħti għal Għar Lapsi fis-Siġġiewi, u peress li s-saħħa u s-sigurtà tan-nies għandhom ikunu ta’ prijorità, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1451 u jgħid xi studju sar dwar l-istat ta' din it-triq? X'azzjoni se tittieħed biex il-periklu li jista' jkun hemm jitneħħa u x'se jsir biex ir-riskji jkunu mitigati? Hemm target dates in place? Saret konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi dwar dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet pjan għal traffic calming fiż-żona, liema pjan ġie implimentat minn Infrastructure Malta. Dan jikkonsisti fi bdil ta’ barrikati tal-konkos għal oħrajn ġodda, li kien hemm biswit il-barriera, u kkumplimentati b’sinjali u żebgħa tat-triq. Dan sar sabiex it-traffiku jnaqqas il-veloċità u jassigura s-saħħa u s-sigurtà tan-nies.

Problema tal-Bagħal taż-Żunżan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi indirizzata l-problema minħabba l-bagħal taż-żunżan f'pajjiżna?

Response (REFALO, ANTON)

Id-Direttorat tal-Agrikoltura qiegħed isegwi mill-qrib l-iżvilupp ta’ din is-sitwazzjoni. Konxji li dan is-sajf il-popolazzjoni ta’ dan l-insett żdiedet b’mod esponenzjali u kien hemm impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tan-naħal f’Malta. Għaldaqstant il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli qiegħed f’taħdidiet ma’ esperti fil-Mediterran u l-informazzjoni hi li s-sitwazzjoni hija allarmanti fil-baċir Mediterranju kollu, mill-Greċja sal-Marokk. Qegħdin f’diskussjoni attiva ma’ dawn il-pajjiżi sabiex inkunu nistgħu nsibu soluzzjoni u fix-xhur li ġejjin il-Ministeru ser ikun qiegħed jikkomunika numru ta’ azzjonijiet sabiex nibdew nikkontrollaw l-impatt ta’ dan l-insett. Ta’ min wieħed jifhem li bħala Ministeru qed niffukaw primarjament fuq l-effett li dan l-insett għandu fuq l-agrikoltura u għalhekk kull azzjoni ser tkun qed tiffoka sabiex jiġi mitigat l-effett ta’ dan l-insett fuq is-settur.

Ħal Qormi – Naħħala rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni rreġistrati bħala naħħala residenti f’Ħal Qormi full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Siġġiewi-Ħaż-Żebbuġ junction — studji

Question

Peress li residenti Siġġiwin jinsabu mħassba rigward xogħol li tħabbar li se jsir fil-junction Siġġiewi-Ħaż-Żebbuġ, jista’ l-Ministru jgħid xi studji saru dwar dan? Saret junction analysis kif suppost jew microsimulation biss? Min hu f’awtorità ħa inkonsiderazzjoni l-attività kummerċjali fiż-żona? Jekk saru l-istudji, jista’ jippubblikahom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2192.

MRI – waiting list

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1164 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list biex jagħmlu MRI?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Mater Dei isiru medja ta 738 MRI fil-ġimgħa. Bħalissa hemm 9163 persuna tistenna data biex taghmel MRI .F’kazijjiet urgenti l-appuntament jingħata anke fl-istess gimgħa.

Birżebbuġa – Skola Primarja (Kulleġġ San Benedittu) – nuqqas ta’ indafa

Question

Peress li kien hemm numru ta’ lmenti dwar in-nuqqas ta' indafa u telqa li hemm fl-Iskola Primarja ta' Birżebbuġa (Kulleġġ San Benedittu), jista' l-Ministru jgħid x'qed isir dwar dan? Jekk mhu qed isir xejn, jista’ jara li tittieħed azzjoni mingħajr dewmien żejjed?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija ma tinsabx fi stat ta’ abandun. Il-Ministeru, permezz ta’ uffiċjali responsabbli mill-manutenzjoni tal-Kulleġġ u dawk responsabbli mit-tindif, jgħamel spezzjonijiet b’mod regolari biex jaċċertaw li l-iskola tinżamm fi stat tajjeb u li titnaddaf b’mod regolari. Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sajf sar ukoll xogħol estensiv li jinvolvi tibjid, kisi u tiswijiet neċessarji.

Ħal Qormi – persuni reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, residenti Ħal Qormi tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Luqa – persuni reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, residenti Ħal Luqa tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Is-Siġġiewi – persuni reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, residenti s-Siġġiewi, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ftehim ma’ Manchester United tramite VisitMalta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont totali u jgħid kemm jiswa l-ftehim li sar ma’ Manchester United, tramite VisitMalta ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi huwa ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Ministru għat-Turiżmu – mawra f’Manchester

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa totali tal-mawra tiegħu u ta’ uffiċjali tal-Gvern sa Manchester biex iġeddu l-ftehim mal-Manchester United?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa totali tal-mawra tal-Ministru flimkien ma’ uffiċjali tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu saret skont iċ-ċirkulari MFE Circular No. 3/2022 u tammonta għal €6,600.

Operazzjonijiet tal-Katarretti – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1163 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-katarretti?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kummissjoni Ewropea – Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Pjan ippreżentat minn Malta

Question

Wara li Malta kienet ippreżentat pjan lill-Kummissjoni Ewropea li jikkonsisti fi 17-il investiment u 30 riforma li kienu se jiġu ko-finanzjati bl-ammont ta’ €316.4 miljun f’fondi taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidliet fl-investimenti u/jew ir-riformi msemmija vis-à-vis il-fondi allokati taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.