Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f'Ħal-Luqa sal-aħħar ta' din is-sena u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lokalità ta’ Ħal Luqa, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq Valletta, Triq in-Noqor, Triq Dun Giulio Muscat, Triq id-Disgħa t’April, Triq Ġorġ Zahra, Triq Indri Micallef, Triq Wiġi Briffa, Triq l-Iskola, Triq il-Ġdida, Triq Dun Pawl, triq bla isem fi Triq Garibaldi, triq bla isem fi Ħal Luqa, triq bla isem ħdejn Triq Ħal Farruġ, Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, ir-rotta ewlenija bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa.
Din il-lokalità ser tibbenefika mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku fl-inħawi tal-madwar.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Qormi, Infrasrtucture Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq l-Għargħar 1979, Triq maġenb Triq il-Mitħna, Triq Dun G Cilia, Triq Ġorġ Zammit, Triq l-Imdina (lejn in-nofsinhar), Triq il-Poeżija, il-Bypass tal-Imrieħel u n-niżla li għall-mini ta’ Santa Venera, Triq it-Tapizzara, Triq Angelo Borg, Triq in-Naħal, Triq l-Isqof Depasquale, Triq Ġorġ Borg, toroq bla isem f’Tal-Ħlas, f’Tal-Ħandaq, fil-limiti Tal-Ħammieri u ħdejn Triq il-Belt Valletta,Triq Għarrqam u Triq il-Ħarrub.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Imdina (lejn it-tramuntana).
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Attività quddiem il-Berġa ta’ Kastilja – rendikont tal-ispejjeż
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-attività li saret quddiem Kastilja wara d-Diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Is-Siġġiewi – Misraħ il-Vittmi tal-Gwerra – qtugħ ta’ dawl
Question
Peress li kien hemm ilmenti rigward qtugħ ta' dawl f'xi toroq u żoni fis-Siġġiewi, partikolarment f'Misraħ il-Vittmi tal-Gwerra, tista’ l-Ministru tgħid x'qed isir dwar dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li min-nofs Awwissu ’l quddiem, fiż-żona tal-Misraħ il-Vittmi tal-Gwerra, kien hemm każ wieħed ta’ sospensjoni tal-provvista tal-elettriku fid-19 t’Awwissu u dan kien għal raġunijiet ta’ manutenzjoni. Rigward żoni u toroq l-oħra fis-Siġġiewi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant tajjeb li jingħataw dettalji speċifiċi biex tingħata risposta eżatta.
B’mod ġenerali, meta s-sospensjonijiet ikunu ppjanati, il-kumpanija Enemalta toħroġ avviż minn jumejn qabel u l-klijenti li jirreġistraw għal dan is-servizz jirċievu notifika b’messaġġ personali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1163 u 2798 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-katarretti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jitwettqu bħala medja, bejn 70 – 80 proċedura tal-katarretti kull ġimgħa. Individwi fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-katarretti iktar minn dak stipulat fil- Patients Charter hemm 193 persuna.
VisitMalta – ftehim ma’ Manchester United — rendikont
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2779 u jagħti rendikont totali u jgħid kemm jiswa l-ftehim li sar mal-Manchester United, tramite VisitMalta?
Jista’ l-Ministru jindika liema huma l-miżuri/punti li ma twettqux, mill-baġit ippreżentat is-sena li għaddiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont prattika li ġiet introdotta disa’ snin ilu, għadu kemm ġie ppubblikat ‘It-Twettiq tal-Baġit 2022’, li jikkonsisti f’rapport fejn jingħata kont dwar kull miżura li tkun tħabbret fil-baġit fis-sena preċedenti.
Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi għal dan ir-rapport fejn tinsab risposta ddettaljata għal din il-mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2938 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2939 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
National Cyber Secuirty Strategy Steering Committee
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena, inkluż kemm-il darba ltaqa', xahar b'xahar, in-National Cyber Security Strategy (NCSS) Steering Committee?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li wara t-tħejjija tal-istrategija, il-Kumitat kompla bil-ħidma tiegħu fejn ġie mwaqqaf ‘Ad Hoc Core Group’ magħmul minn membri tal- istess Kumitat, bi pjan ċar, sabiex ikun mfassal National Incidence Response Plan. Dan il-Pjan wasal fl-aħħar stadju u se jkun ippre¿entat u approvat minn National Cyber Security Strategy (NCSS) Steering Committee. Il-Kumitat kien ukoll f’kuntatt kontinwu permezz ta’ korrispondenza elettronika u fejn kien hemm il-ħtieġa ġiet iċċirkulata korrispondenza/informazzjoni dwar cyber security issues għall-attenzjoni u l-feedback tal-Kumitat. Il-Kumitat iltaqa’ 11 il-darba bejn Jannar u Awwissu tas-sena 2022. Il-Kumitat għamel ukoll diversi laqgħat ma l-istakeholders maġġuri.
Saru ukoll ¿ewg laqgħat Ad Hoc f’ Ġunju u t’Ottubru tas-sena 2022, fejn l-istess membri tal Kumitat kienu mistiedna għal diskussjonijiet innformali rigward Cyber Incidence Response, organizzati mid-dipartiment tal- Critical Infrastrucure Protection.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena, inkluż kemm-il darba ltaqa', xahar b'xahar, ir-Residual Balances Fund Committee?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att Dwar il-Fond għall-Bilanċi Residwi daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Awwissu 2020, fejn l-iskop u l-għan prinċipali huwa sabiex jiġi faċilitat il-proċess ta’ xoljiment u stralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu konformi mal-kriterji stabbiliti f’dan l-Att, fil-waqt li jiġi permess li jsir rilaxx kontrollat tal-bilanċi residwi trasferiti minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu li jkun jiżgura l-prevenzjoni ta’ money laundering u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.
L-ewwel laqgħa tal-Kumitat saret fis-16 ta’ April 2021 fejn matul is-sena 2021 saru 10 laqgħat u minn Jannar ta’ 2022 sal-lum saru 15-il laqgħa kif imniżżel hawn taħt:
Xahar
Numru ta’ laqgħat
Jannar
1
Frar
1
Marzu
1
Mejju
3
Gunju
3
Lulju
3
Awwissu
1
Settembru
1
Ottubru
1
15
Minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi, il-kumitat iltaqa' biex jipprepara għall-eventwalità tat-trasferiment tad-depożiti passivi skont it-termini tal-Att rispettiv.
Ix-xogħol li sar kien xogħol preparatorju għal meta l-Fond isir operattiv. Dan kien jinkludi l-proċess ta’ reklutaġġ ta' ħaddiema, uffiċini, tagħmir u sistemi tal-informatika u kumnikazzjonijiet, faċilitajiet bankarji, budgeting u proċeduri interni fost l-oħrajn.
Saru wkoll diversi laqgħat ma' entitajiet u awtoritajiet li għandhom rwol fit-trasferiment ta' l-imsemmija bilanċi residwi.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena, inkluż kemm-il darba ltaqa', xahar b'xahar, il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti huwa mwaqqaf u regolat mill-artikoli 64 sa 72 ta’ LS601.03. Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti jkun magħmul mid-Direttur tal-Kuntratti, li jkun ex officio chairman, flimkien ma’ membri oħra li ma jkunux inqas minn erbgħa iżda mhux aktar minn għaxra.
Il-ħidma tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ikkonsistiet/tikkonsisti f’dan li ġej:
(a) ta pariri fuq kull kwistjoni li tirrigwarda kuntratti pubbliċi, kif ukoll fuq l-akkwist pubbliku ta’ materjali, xogħlijiet u servizzi;
(b) għarbel rapporti u rakkomandazzjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u jagħmel rakkomandazzjonijiet definittivi għall-għoti ta’ kuntratti waqt li jiżgura li jintlaħaq l-aħjar valur għall flus;
(ċ) jirrapporta kull irregolarità li tista’ tinġieb għall-għarfien tiegħu jew li tista’ tiġi osservata fil-proċess ta’ offerti u jagħmel rakkomandazzjonijiet fuqhom;
(d) jittratta kwistjonijiet li, skont il-kuntratt, għandhom jiġu riferiti lilu, u jisma’ u jwettaq medjazzjoni fuq tilwim kif ikun il-każ;
(e) formalment jinvestiga lmenti li jirrigwardaw kuntratti pubbliċi u akkwisti pubbliċi u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwarhom; u
(f) assista lid-Direttur fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu skont dawn ir-regolamenti.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena, inkluż kemm-il darba ltaqa', xahar b'xahar, il-Bord Konsultattiv dwar id-Disinji tal-Bolol?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura ta’ kull ħruġ ta’ bolla ġdida tinkludi x-xogħol preparatorju tal-bolla mill-MaltaPost, internament jew minn disinjatur/artist maħtur; kull proposta tal-immaġni tat-timbru għandha tiġi ppre¿entata lill-bord Stamp Design Advisory Board (SDAB).
Qabel il-Covid, il-Bord kien jiltaqa’ b’mod regolari u jkollu pre¿entazzjoni vi¿iva. Waqt Covid ma baqax isiru laqgħat b’mod fi¿iku u x-xogħol tal-bord beda jsir kollu permezz ta’ emails iċċirkolati lill-membri kollha. Din hija prassi li baqgħet tin¿amm peress li nhass li kientet aktar effiċjenti. L-immaġini u l-pre¿entazzjoni issa qed jiġu ppre¿entati bl-email b'deskrizzjoni qasira lill-membri kollha tal-bord, biex jiddeċiedu dwar l-adattabilità tagħhom kemm legalment kif ukoll fattwalment.
L-SDAB għalhekk iwettaq il-biċċa l-kbira tad-deċi¿jionijiet online bejn il membri kollha tal board u l-proċess hu wieħed kontinwu.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena, inkluż kemm-il darba ltaqa', xahar b'xahar, il-Bord tal-Parole?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2021 il-bord tal-parole iddeċieda fuq sitta u ħamsin każ. Infurmat li fir-rigward ta’ emendi, sospensjoni u revoki tal-liċenzji tal-Parole, kien hemm ukoll seba’ (7) liċenzji tal-Parole li ġew mibdula.
Is-Siġġiewi – Triq il-Kbira u Sqaq il-Qajjied – qtugħ ta’ dawl
Question
Peress li kien hemm ilmenti rigward qtugħ ta' dawl f'xi toroq fis-Siġġiewi, partikolarment f'partijiet minn Triq il-Kbira u Sqaq il-Qajjied, tista’ l-Ministru tgħid x'qed isir dwar dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li min-nofs Awwissu ’l quddiem, fiż-żona li qed issir referenza għaliha fil-mistoqsija, kien hemm ħames każijiet ta’ sospensjoni tal-elettriku li erbgħa minnhom kienu ppjanati minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni. Il-każ l-ieħor kien ikkaġunat minn ħsara fil-linji tal-elettriku.
B’mod ġenerali, meta s-sospensjonijiet ikunu ppjanati, il-kumpanija Enemalta toħroġ avviż minn jumejn qabel u l-klijenti li jirreġistraw għal dan is-servizz jirċievu notifika b’messaġġ personali.
Siġġiewi-Ħaż-Żebbuġ junction – konsultazzjoni ma’ stakeholders
Question
Peress li residenti Siġġiwin jinsabu mħassba rigward xogħol li tħabbar li se jsir fil-junction Siġġiewi-Ħaż-Żebbuġ, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni minn qabel ma tħabbar il-proġett ma' numru ta' stakeholders? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-konsultazzjoni li saret?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2192.
Peress li residenti Siġġiwin jinsabu mħassba rigward xogħol li tħabbar li se jsir fil-junction Siġġiewi-Ħaż-Żebbuġ, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx alternattivi oħra għal dan l-arranġament? Jekk iva, għalfejn ma tteħdux inkonsiderazzjoni? Jista’ jagħti iktar dettalji dwar it-timeframes stipulati tal-proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2192.
Peress li residenti Siġġiwin jinsabu mħassba rigward xogħol li tħabbar li se jsir fil-junction Siġġiewi-Ħaż-Żebbuġ, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ħolistiku għaż-żona, liema pjan għandu jinkludi żoni bħal Ta’ Farsina f’Ħal Qormi sa fejn l-iskola ta’ St Dorothy’s f’Ħaż-Żebbuġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2192.
Implementing Decision Communicaion COM 2021 584 — tibdil
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2297, peress li t-tweġiba mogħtija mill-Ministru tista' tindika li hemm bidliet minn dak li ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea hekk kif stipulat fl-Implementing Decision Communication (COM(2021) 584), jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' dawn il-bidliet u f'kull każ jispjega għalfejn saru l-bidliet rispettivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-informazzjioni provduta lili mis-Segretarjiat Parlamentari hija fl-imsemmija Implementing Decision Communication (COM(2021)584) ma kien hemm l-ebda tibdil
Low Wage Commission – ħidma rigward il-paga minima
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2324, jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena mil-Low Wage Commission b’rabta mal-iżviluppi dwar il-paga minima f’pajjiżna?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Low Wage Commission għamlet numru ta’ laqgħat informali ma’ stakeholders f’dan il-qasam, fejn ġie stabbilit il-bżonn ta’ data u statistika biex tippermetti analisi dettaljata tal-Kwistjoni tal-Paga Minima. Għal dan il-għan il-Low Wage Commission qed tikkomunika mal-entitajiet relevanti biex tinkiseb din l-informazzjoni.