Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li ż-żona ta’ Pjazza Federico Maempel, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li t-tindif fi Pjazza Federico Maempel isir darbtejn fil-ġimgħa, mill-kuntrattur responsabbli mit-tindif tal-ġonna.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Nicolo’ Baldacchino, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Muża, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq l-Andar, fis-Siġġiewi, ikollha tindif aktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq in-Nirien, fis-Siġġiewi, ikollha tindif aktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3192, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument 'It-Twettiq tal-Baġit 2022’?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba diġà saret pubblika fl-aħħar jiem, imma qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3193, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3194, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq it-Tabib Nikol Zammit, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet mil-lokalità ta’ Ħal Luqa għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ? F'kull każ, meta hu maħsub li din is-sistema titwassal fl-inħawi fejn s’issa għad m’hemmx tali sistema? Xi studji wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tipprepara għal din l-estensjoni fis-sistema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema parti qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet mil-lokalità tas-Siġġiewi għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ? F'kull każ, meta hu maħsub li din is-sistema titwassal fl-inħawi fejn s’issa għad m’hemmx tali sistema? Xi studji wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tipprepara għal din l-estensjoni fis-sistema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema parti qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet mil-lokalità ta’ Ħal Qormi għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ? F'kull każ, meta hu maħsub li din is-sistema titwassal fl-inħawi fejn s’issa għad m’hemmx tali sistema? Xi studji wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tipprepara għal din l-estensjoni fis-sistema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema parti qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Salvu Curso, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Karmenu Vassallo, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2940 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2941 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti is-Siġġiewi, full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta' din is-sena u tul is-sena 2023? F’liema xahar hu pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-lokalità tas-Siġġiewi, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq Nikola Azzopardi, Triq it-Tiġrija, Triq is-Siġġiewi, Triq id-Dar tal-Providenza, Sqaq tal-Ħandaq, Triq ta’ Djar il-Baqar, Triq il-Fawwara, Triq San Dawdar, Triq taż-Żiri, Bur il-Kbir, Triq Mons Mikiel Azzopardi, Triq Ta’ Karlozzu, Triq Wied tal-Lewża, Bur ix-Xewk, Triq Nicolo Baldacchino, Triq Għar Lapsi (Tal-Providenza), Triq San Nikola, Triq il-Parroċċa, Triq Ta’ Bur it-Tokk, Triq Ta’ Bur Gabrun, Triq Għar Lapsi (Ta’ Srug), Sqaq iż-Żebbiegħ, Sqaq tal-Farrad, Sqaq Ta’ Ngħajsa, Sqaq it-Twil, Triq Ta’ Lawrenti, Wied Ħesri, Triq Manduka, Triq Ta’ Żmetta, Trejqe Sant’Andrija, Triq ix-Xagħra tal-Gżira u ta’ Għar Lapsi, Triq il-Vitikulturisti, triq bla isem fir-runway l-antika fl-inħawi ta’San Niklaw, tirq bla isem fl-inħawi tal-Mitħna ta’ Laroka, triq bla isem li tmiss ma’ Trejqa tal-Providenza, triq bla isem li tmiss ma’ Triq Inżul ix-Xemx, triq bla isem li tmiss ma’ Triq San Lawrenz tal-Għolja, triq bla isem li tmiss ma’ Triq is-Siġġiewi, triq bla isem li tmiss ma’ Triq Bur ix-Xewk, triq bla isem li tmiss ma’ Triq San Niklaw, triq bla isem oħra fl-inħawi ta’ San Niklaw, triq bla isem fil-limiti tal-Buskett, triq bla isem fl-inħawi tal-Ħofra u Tal-Lenza, Triq Wied Xkora.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Sqaq tan-Nadur, Triq Lapsi, Triq tal-Bajjad u triq ġdida fil-Mogħdija ta’ Fuq Djar il-Bniet.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.