Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3805 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u d-9 ta’ November 2022, kien hemm 70 persuna li sfaw vittmi ta’ omiċidju.
Vittmi ta’ omiċidju: 2012 - 2022¹
Sena
Total
2012
12
2013
7
2014
6
2015
4
2016
5
2017
9
2018
7
2019
5²
2020
7
2021
2
2022¹
6
¹ It-total għas-sena 2022 ikopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u d-9 ta' November 2022.
² It-total jinkludi persuna li kienet irrappurtata nieqsa fl-2008, u nstabet mejta fl-2019.
Sors: NSO
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – direct orders lil Kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa – Direct orders lil Kumpanija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru tas-Saħħa, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – direct orders lil Kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu li qed jirreferi għalih, kien hemm tliet kampanji mifruxa u importanti biex il-pubbliku jkun mgħarraf dwarhom.
Waħda f’Marzu dwar il-proġett ‘EFSA Smart Monitoring of Airborne Plan’. Oħra 7 intervisti relatati mas-settur, bejn Marzu u April. Ta l-ahhar hija konsultazzjoni pubblika b’rabta mal-White Paper għar-riforma fil-qasam tar-raba’, li saret bjen Ottubru u Novembru. It-total minfuq kien ta’ €12,840.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – direct orders lil Kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħala parti minn kampanji t’għarfien indirizzati lill-pubbliku inġenerali, fil-perjodu indikat ingħataw żewġ direct orders mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-kumpanija msemmija għall-ammont sħiħ ta’ €2,833.06.
Korpi Dixxiplinarji ta’ Malta – ex ħaddiema tas-servizzi li għadhom ma laħqux l-età pensjonabbli
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2207 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ eks ħaddiema tas-servizzi, ċjoè Korpi Dixxiplinarji ta' Malta li huma: il-Pulizija, il-Forzi Armati, il-Faċilità Korrettiva u l-Protezzjoni Ċivili, dwar in-numru ta’ persuni li għadhom ma laħqux l-età pensjonabbli, li jirċievu biss il-Pensjoni tat-Teżor u mhux f'impjieg għas-sena 2021?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’ eks ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinari li għadhom ma laħqux l-età pensjonabbli u li mhumiex f’impjieg u rċevew biss Pensjoni tas-Servizz jammonta għal 617.
Peress li kien hemm bosta lmenti mingħand ġenituri ta’ studenti u edukaturi fi ħdan l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għall-fatt li s-sala prinċipali qed tintuża bħala store għal tagħmir mediku, jista' l-Ministru jgħid meta s-sala tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi se tkun tista’ terġa’ tibda tintuża b’mod regolari għall-attivitajiet edukattivi u soċjali kemm mill-Edukaturi kif ukoll mill-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja ħidma intensiva biex is-swali tal-iskejjel, inkluż dik msemmija, jitbattlu kollha.
Miżura ta’ €300 lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għall-attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżura ta’ €300 fis-sena għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għal attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali hix se tkun għal kull wild?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi t-target completion date biex tinbena Skip Management Facility kif tħabbar fid-Diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-pjanijiet huma li dan il-proġett jitlesta sal-aħħar tal-2025.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders lil kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lil One Productions Limited?
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Ferdinand Hompesch, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Ħsad, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3195, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3196, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.
Attività quddiem il-Berġa ta’ Kastilja – rendikont tal-ispejjeż
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3441 u jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-attività li saret quddiem Kastilja wara d-Diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li wara li nġabru tliet stimi f’kull każ, il-kumpaniji li ntagħżlu biex jipprovdu s-servizzi waqt il-konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-Baġit 2023 nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru 2022 kienu Que Sound Ltd (€6,037), iCan Ltd (€5,300) u Nexos Ltd (€3,000).
Miżura ta’ €300 lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għall-attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżura ta’ €300 fis-sena għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għal attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali hix se tkun għal kull wild?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dettalji dwar mizuri speċifiċi tal-budget ikunu stabbiliti permezz tal-att dwar l-implimentazzjoni tal-mizuri tal-budget, hekk kif approvat mill-Parlament.
Il-mizura li ssir referenza għaliha tirrigwarda provvediment li bħalissa japplika kif ġej, għal kull wild:
(i) sa massimu ta’ €100 tnaqqis mid-dħul taxxabbli għar-rigward ta’ spejjez konnessi ma’ attivitajiet sportivi (Art 14E tal-ITA), u
(ii) sa massimu ta’ €100 tnaqqis mid-dħul taxxabbli għar-rigward ta’ spejjez konnessi ma’ attivitajiet artistiċi jew kulturali (Art 14G tal-ITA).