B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu dwar l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-istqarrija tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tas-Servizz Pubbliku, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, ta’ nhar it-Tlieta, 22 ta' Novembru 2022, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati għal xiri ta' vetturi elettriċi minn dawk li qegħdin f'pożizzjoni ta' headship għas-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Ministeru u Dipartiment responsabbli għall-ġestizzjoni tal-fondi allokati fl-Estimi għall-2023, se jkun qiegħed jippjana n-nefqa tiegħu sabiex, fost infiq ieħor, jiddedika fondi neċessarji biex isir ix-xiri ta' vetturi elettriċi skont l-istqarrija imsemmija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha relatati mal-ftehim eżistenti vis-à-vis il-kura tal-anzjani fi djar residenzjali privati li qed jitħaddmu mill-Gvern?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistu l-ebda djar residenzjali privati li qed jitħaddmu mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha relatati mal-ftehim eżistenti vis-à-vis il-kura tal-anzjani fi djar residenzjali privati li qed jitħaddmu mill-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Estimi Finanzjarji 2023 – informazzjoni dwar line item 7256
Question
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif fl-Estimi Finanzjarji 2023, f’paġna 433, fl-appendiċi ‘Multi-year Projections of Capital Expenditure (excluding EU Funds) for items exceeding €5 million in 2023’, f’line item 7256 hemm miktub li għas-sena 2023 hemm allokat (stima) €11 miljun, iżda mbagħad il-Gvern innotifika lill-Kummissjoni Ewropea li lest jonfoq sa madwar €50 miljun bħala spiża kapitali għall-films barranin? Għalfejn din id-diskrepanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Baġit għal din l-iskema huwa l-massimu li jista' jiġi approvat mill-Kummissjoni Ewropea f’sena. L-allokazzjoni fil-Baġit 2023 huwa l-ammont li hu maħsub li ser jintefaq matul is-sena 2023.
Estimi Finanzjarji 2023 – informazzjoni dwar line item 7256
Question
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif fl-Estimi Finanzjarji 2023, f’paġna 433, fl-appendiċi ‘Multi-year Projections of Capital Expenditure (excluding EU Funds) for items exceeding €5 million in 2023’, f’line item 7256 hemm miktub li għas-sena 2023 hemm allokat (stima) €11 miljun, iżda mbagħad il-Gvern innotifika lill-Kummissjoni Ewropea li lest jonfoq sa madwar €50 miljun bħala spiża kapitali għall-films barranin? Għalfejn din id-diskrepanza?
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif qed jintefqu l-miljuni f’sussidji fuq l-enerġija? Jista’ jagħti break down u jinkludi d-dettalji pertinenti dwar dan għas-snin 2022 u 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif qed jintefqu l-miljuni f’sussidji fuq l-enerġija? Tista’ tagħti break down u tinkludi d-dettalji pertinenti dwar dan għas-snin 2022 u 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Pulizija – Rapporti dwar każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport dwar każijiet ta’ vjolenza domestika li ġew reġistrati fis-sistema tal-Pulizija mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Ottubru 2022, huwa kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
saOttunbru
Każi ta’ Vjolenza Domestika
1024
1048
1205
1272
1257
1341
1325
1645
1741
1480
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu, dwar l-operat fil-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), partikolarment il-mod ta' kif qed jingħataw il-multi lil numru ta' subject persons?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 4049.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat upgrade fin-network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fis-Siġġiewi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li r-rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku huwa proġett kontinwu li jsir skont il-prijoritajiet li jiġu indikati mill-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta.
Fis-Siġġiewi fl-aħħar xhur saru diversi xogħlijiet kemm fuq is-sistema tal-vultaġġ għoli kif ukoll fis-sistema tal-vultaġġ baxx u oħrajn huma ppjanati għax-xhur li ġejjin.
Il-provvista tal-elettriku fis-Siġġiewi ser tkompli tissaħħaħ is-sena d-dieħla b’żewġ cables tal-11kV li ser jgħaqqdu ċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni ta’ Ħal Kirkop ma substations fis-Siġġiewi.
Fost il-proġetti li saru hemm tliet feeders ġodda tal-400V fi tliet substations u hemm ippjanati żewġ feeders oħra.
Xogħlijiet oħra ta’ rinfurzar saru f’dawn it-toroq fis-Siġġiewi. Triq Santa Margerita, Triq l-Iskola, Triq Nikol Zammit, Triq Dun Anton Vella, Triq is-Salib, Sqaq il-Parroċċa, Triq il-Parroċċa, Triq San Nikola, Triq il-Qasira, Triq tan-Nofs, Sqaq numru 4 fi Triq tan-Nofs, Triq id-Dejqa, Triq il-Ġdida, Triq Dun Manwel Zammit, Triq Salvu Corso u parti mit-Triq Mons. Mikiel Azzopardi.
Ħal Qormi — Upgrade fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat upgrade fin-network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku f’Ħal Qormi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku huwa proġett kontinwu li isir skont il-prijoritajiet li jiġu indikati mill-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta.
F’Ħal-Qormi fl-aħħar xhur saru diversi xogħlijiet kemm fuq is-sistema tal-vultaġġ għoli kif ukoll fis-sistema tal-vultaġġ baxx. Hawnhekk tlestew sitt feeders tal-400kV f’żewġ substations.
Hemm ippjanati wkoll sitt feeders oħra fit-tliet substations oħra ta’ din il-lokalità. Il-Provvista tal-elettriku għar-residenti u n-negozji f’Ħal-Qormi ser tissaħħaħ wkoll b’żewġ cables tal-11kV.
Saru wkoll xogħlijiet ta’ infurzar fuq il-linji tal-elettriku f’dawn it-toroq: Triq Bartolomew, Triq Bertu Hyzler, partijiet minn Triq il-Vitorja, Triq San Edwardu, Triq Aniċi u Triq il-Kbira, Vjal De La Cruz, Triq ir-Rebbieħa, Triq il-Plajja, Triq il-Ħelsien, Triq tal-Ħlas, Triq Wenzu Gafa’.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat upgrade fin-network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku f’Ħal Luqa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku huwa proġett kontinwu li jsir skont il-prijoritajiet li jiġu indikati mill-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta.
F’Ħal-Luqa fl-aħħar xhur saru diversi xogħlijiet ta’ tisħiħ fi Triq Kan.Ġwann Borg , Triq Ġanni Vassallo, Sqaq il-Fdal tal-Ħadid u partijiet minn Triq Ħal Tarxien, Triq il-Ġdida u Triq Valletta.
Il-provvista tal-elettriku għar-residenti ta’ Ħal-Luqa ser tissaħħaħ ukoll b’cable tal-11kV li ser isir bejn il-Marsa u Ħal Qormi li jipprovdi servizz ukoll lil parti minn Ħal Luqa.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat upgrade fin-network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku f’Ħaż-Żebbuġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku huwa proġett kontinwu li jsir skont il-prijoritajiet li jiġu indikati mill-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta.
F’Ħaż-Żebbuġ fl-aħħar xhur saru jew qed isiru diversi xogħlijiet kemm fuq is-sistema tal-vultaġġ għoli kif ukoll fis-sistema tal-vultaġġ baxx. Fi tliet substations ser isiru ħames feeders ġodda tal-400V.
Il-provvista tal-elettriku għar-residenti u negozji f’Ħaż-Żebbug ser tkompli tissaħħaħ b’żewġ cables tal-11kV miċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Marsa South.
Fl-istess waqt tlestew xogħlijiet ta’ tisħiħ li jaffettwa r-residenti ta’ Triq Dun Salv Trevisani, Triq is-Sindku Vella, Triq Filippu Galea, Triq Dun Luret Callus, Triq Ġanni Bonniċi, l-Imgħażel, Triq Ġ. Abela u partijiet minn Triq l-Imdina u l-Għasfura.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4168 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Angelo Dorini, fis-Siġġiewi jkollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.