Legislature:
Category:
Reset
Active:

General Contracts Committee – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-General Contracts Committee, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sur Anthony Cachia Chairman 16 ta’ Novembru 2013 Is-Sa Lorraine Mangion Duca Sub Chairperson 27 ta’ Novembru 2013 Is-Sa Jacqueline Gili Sub Chairperson 15 ta’ Novembru 2015 Is-Sur Stephen Young Membru 27 ta’ Novembru 2013 Is-Sur Brian Farrugia Membru 27 ta’ Novembru 2013 Is-Sur Mario Borg Membru 5 ta’ Jannar 2016 Is-Sur David Magro Membru 10 ta’ Awwissu 2022 Is-Sur Jurgen Zammit Membru 6 ta’ Diċembru 2013 Is-Sa Anna Camilleri Membru 10 ta’ Awwissu 2022 Perit Vincent Cassar Membru 10 ta’ Awwissu 2022

Review Board for Registration Tax — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tar-Review Board for Registration Tax, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sur Michael Zammit Munro Chairman 17 ta’ Lulju 2020 Is-Sur Brian Farrugia Membru 25 ta’ Novembru 2014 Is-Sa Rhoda Garland Membru 25 ta’ Novembru 2014 Is-Sa Gail Spiteri Membru 5 ta’ Novembru 2021 Is-Sur Joseph Bugeja Membru 2 ta’ Ġunju 2022

Review Board for Registration Tax Exemption in Favour of Philanthropic Organisations — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tar-Review Board for Registration Tax Exemption in Favour of Philanthropic Organisations, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt. Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sur Michael Zammit Munro Chairman 17 ta’ Lulju 2020 Is-Sur Marvin Schembri Membru 7 ta’ Jannar 2015 Is-Sur Lino Agius Membru 7 ta’ Jannar 2015

MFSA – Kap Eżekuttiv – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għadu qed jitħallas eluf fix-xahar? Jista’ jippubblika l-kuntratt li kellu l-Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA – Minuti ta’ laqgħa tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), li fiha ġew approvati l-pagamenti li l-Eks Kap Eżekuttiv tal-MFSA, li ismu qed jintbagħat separatament, għadu qed jingħata fix-xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Anzjani – djar residenzjali privati – kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha relatati mal-ftehim eżistenti vis-à-vis il-kura tal-anzjani fi djar residenzjali privati li qed jingħataw sussidju mill-Gvern?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma jagħti l-ebda sussidju lil djar residenzjali privati.

MFSA – kumpaniji liċenzjati – proċeduri kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni, u jekk iva kemm hemm, li huma shareholders, diretturi jew uffiċjali bi rwol eżekuttiv, ta’ kumpanija liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), u li għaddejjin minn proċeduri kriminali kontrihom fil-qorti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex appuntat grupp ta' esperti biex janalizza l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – esperti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf biex janalizza l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – ħlas lill-esperti maħtura

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4051, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu, magħmul minn numru ta' esperti, dwar l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 4049.

Siġġiewi – Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali — allokazzjoni ta' fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Siġġiewi — Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali - allokazzjoni ta' fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Siġġiewi – Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Sussidji fuq l-enerġija

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4274 u tagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif qed jintefqu l-miljuni f’sussidji fuq l-enerġija? Tista’ tagħti break down u tinkludi d-dettalji pertinenti dwar dan għas-snin 2022 u 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjega tajjeb il-Ministru għall-Finanzi fid-Diskors tal-Budget, il-Gvern ħa deċiżjoni konxja li l-piżijiet li ġabet magħha il-gwerra fl-Ukrajna, fosthom iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel, ma jgħaddihomx fuq il-poplu u n-negozji tagħna. Minflok għażilna li nagħtu sostenn u noffru stabbiltà sabiex nevitaw katastrofi ekonomika u soċjali. L-investiment li jeħtieġ dan is-sostenn mhuwiex żgħir imma mingħajru pajjiżna kien jispiċċa f’sitwazzjoni ferm agħar. Fejn tidħol enerġija, pajjiżna seta’ jkompli jiggarantixxi prezzijiet stabbli tal-elettriku grazzi għall-investiment ta’ madwar 220 miljun ewro sa Ottubru. Dan l-ammont huwa wieħed proviżorju ġaladarba s-sena għadha miftuħa. Parti kbira mill-ammont tkopri ż-żieda qawwija fil-prezz tal-elettriku li jinxtara mill-interconnector. Iż-żieda fil-prezz tal-gass kienet aktar meqjusa grazzi għall-ftehim li permezz tiegħu, sa April ta’ din is-sena, konna qed nixtru l-gass bi prezz fiss. Minn April ’il quddiem, grazzi għal ftehim ġdid, il-prezz tal-gass beda jiġi indexed mal-prezz internazzjonali taż-żejt, fejn iż-żidiet huma inqas miż-żidiet fil-prezz tal-gass. L-Enemalta kellha terfa’ wkoll piż ikbar sabiex tixtri l-carbon credits, fejn sal-aħħar t’Ottubru ħallset 33 miljun ewro aktar. Għas-sena dieħla, sabiex il-konsumaturi jibqgħu jgawdu minn prezzijiet stabbli, huwa stmat li l-għajnuna meħtieġa tammonta għal 440 miljun ewro. Fil-qasam tax-xiri tal-fuels, il-Gvern ukoll ħa azzjoni deċiżiva favur il-konsumatur. Sal-lum, l-għajnuna f’dan ir-rigward tlaħħaq it-63 miljun ewro u għas-sena d-dieħla din mistennija li titla’ għal madwar 90 miljun ewro. Il-Gvern qiegħed isostni wkoll ix-xiri tal-gass LPG. L-għajnuna totali għas-sena 2022 hija stmata li se tlaħħaq is-16.3 miljun ewro, filwaqt li għas-sena d-dieħla dan is-sussidju hu mistenni jkun ta’ madwar 15-il miljun ewro. F’dan l-istadju l-istimi kkowtati għas-sena d-dieħla huma bbażati fuq ix-xejriet tas-suq u jibqgħu dejjem suġġetti għal bidliet. F’dan il-kuntest, il-Gvern għażel it-triq tal-istabilita u qiegħed jalloka 580 miljun ewro li, fid-dawl tal-inċertezzi li jeżistu, taħseb ukoll għal ċerta kontinġenza.

MFSA – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx vacancy għall-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), wara li tħabbar li l-Eks Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament, m’għadux jokkupa l-kariga?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Sport Malta – Bord tad-Diretturi – membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ SportMalta, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Kunjom Isem Date of Appointment Okkupazzjoni Decelis Andrew 30/11/2021 Chairman Pisani Matthew 12/07/2022 Deputy Chairman Bartolo Keith 06/05/2013 Direttur Bugeja Gianella 06/04/2020 Direttur Cachia Alfred 06/05/2013 Direttur Calleja Anna 01/12/2014 Direttur Marlow Mark 28/07/2016 Direttur Mizzi Alexandra 12/07/2022 Direttur Pace Bonello Julian 01/04/2014 Direttur Cassar Joseph 06/05/2013 Segretarju

Qrati – Ordnijiet ta’ protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ħarġu ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qorti, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma kintx tinżamm qabel l-2020. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni bejn l-2020 u l-aħħar ta’ Settembru 2022. SenaOrdnijiet ta’ ProtezzjoniOrdnijiet ta’ Protezzjoni Temporanja 202013150 202110332 2022102 sal-aħħar ta’ Settembru40 sal-aħħar ta' Settembru

Qrati – Ordnijiet ta’ protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ħarġu ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qorti, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – konklużjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4049, jista’ l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom il-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu, magħmul minn numru ta' esperti, dwar l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.