Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi – Triq l-Imdina — xogħlijiet

Question

Fid-dawl li numru ta’ residenti Siġġiwin qed jilmentaw dwar l-istat ħażin ta’ Triq l-Imdina fis-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

MFSA – kumpaniji liċenzjati – proċeduri kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4642 u jgħid jekk hemmx persuni, u jekk iva kemm hemm, li huma shareholders, diretturi jew uffiċjali bi rwol eżekuttiv, ta’ kumpanija liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), u li għaddejjin minn proċeduri kriminali kontrihom fil-qorti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li l-MFSA, fil-kors tas-supervizzjoni ta’ kumpaniji li1iċenzjati minnha, saret taf bl-esistenza ta’ ċerta proċeduri kriminali li jinvolvu persuni li huma shareholders, diretturi jew uffiċjali bi rwol eżekuttiv, ta’ tali kumpaniji, għall-finijiet ta’ korettezza ma jistax jingħata numru hekk kif qed jiġi mitlub għaliex informazzjoni li tirrigwarda tali proċeduri mhijiex uffiċjalment magħrufa għall-pubbliku, inkluża l-MFSA.

Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali – allokazzjoni ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Grant Review Board – membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grant Review Board, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sur Raymond Muscat Chairperson 27 ta’ April 2020 Is-Sur Joseph M Saliba Membru 27 ta’ April 2020 Is-Sur Charles Cilia Membru 27 ta’ April 2020

Ħal Qormi – Triq Dun René — xogħlijiet

Question

Fid-dawl li numru ta’ residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’parti ta’ Triq Dun René Cilia, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, u rċeviet lista ta’ prioritajiet għall-lokalità. S’issa t-triq imsemmija ma tinsabx f’din il-lista, madanakollu id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.

Ħal Qormi – Triq il-Mitħna — xogħlijiet

Question

Fid-dawl li numru ta’ residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’parti ta’ Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, u rċeviet lista ta’ prioritajiet għall-lokalità. S’issa t-triq imsemmija ma tinsabx f’din il-lista, madanakollu id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.

MFSA – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4638 u jgħid jekk ħarġitx vacancy għall-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), wara li tħabbar li l-Eks Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament, m’għadux jokkupa l-kariga?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-vacancy għar-rwol ta' CEO għadu ma nħariġx. Wieħed jista’ jżur il-Websajt tal-MFSA biex ikun jaf il-job vacancies li qed toffri l-Awtorità.

MFSA – Kap Eżekuttiv – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4639 u jgħid għalfejn l-Eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għadu qed jitħallas eluf fix-xahar? Jista’ jippubblika l-kuntratt li kellu l-Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA – Minuti ta’ laqgħa tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4640 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), li fiha ġew approvati l-pagamenti li l-Eks Kap Eżekuttiv tal-MFSA, li ismu qed jintbagħat separatament, għadu qed jingħata fix-xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Transfer of Residence Exemption (TORE) Board — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Transfer of Residence Exemption (TORE) Board, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sur Michael Zammit Munro Chairman 17 ta’ Lulju 2020 Is-Sur Martin Spiteri Membru 1 ta’ Jannar 2017 Is-Sa Shirley Spina Membru 1 ta’ Jannar 2017

Retail Price Index Advisory Committee (MSA) — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tar-Retail Price Index Advisory Committee (MSA), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella hawn taħt. Isem Kariga Il-data tal-ewwel appuntament Dr. Carl Camilleri Chairperson 14 ta’ Lulju 2022 Is-Sur Etienne Caruana Membru Ex-officio Is-Sur Alfred Camilleri Membru 29 ta’ Awwissu 2013 Is-Sa Marisa Xuereb Membru 14 ta’ Lulju 2022 Dr. Mario Brincat Membru 13 ta’ Novembru 2017 Prof. Rose Marie Azzopardi Membru 29 ta’ Awwissu 2013 Prof. Philip von Brocdorff Membru 6 ta’ Ġunju 2016 Is-Sa Abigail Mamo Membru 6 ta’ Ġunju 2016

Malta Stock Exchange – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Malta Stock Exchange, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Bord tad-Diretturi Malta Stock Exchange Kariga Kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord Mr Joseph Portelli Chairman 21 ta’ April 2015 Prof. Joseph Falzon Direttur 21 ta’ April 2015 Mr Steven Tedesco Direttur 21 ta’ April 2015 Dr Stephanie Fabri Direttur 16 ta’ Novembru 2021 Mr Michael Parnis Direttur 1 ta’ Mejju 2022 Mr Maurice Gruppetta Direttur 2 ta’ Gunju 2022

National Employment Authority – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tan-National Employment Authority, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malita Investment Company – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Malita Investment Company, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sa Marlene Mizzi Chairperson 22 ta’ Ġunju 2022 Is-Sur Victor Carachi Direttur 22 ta’ April 2021 Is-Sur Eric Schembri Direttur 1 ta’ Awwissu 2014 Is-Sur Miguel Borg Direttur 22 ta’ Ġunju 2022 Is-Sa Tania Brown Direttur 22 ta’ April 2021

Oil Exploration Committee – membri tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Oil Exploration Committee, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Oil Exploration Committee ma ġiex imwaqqaf u ilu ma jkun imwaqqaf għal snin twal. Għalhekk m’hemmx membri fuq dan il-Bord.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – ħlas

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-grupp ta' esperti li qal li kellu jappunta biex janalizza l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

Air Malta – Bord tad-Diretturi — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Data tal-ewwel appuntament Is-Sur David G. Curmi Chairman Eżekuttiv 1 ta’ Jannar 2021 Dr. Ernest Azzopardi Direttur 20 ta’ Lulju 2020 Is-Sur Reuben Fenech Direttur 30 ta’ Marzu 2021 Is-Sa Elvia George Direttur 30 ta’ Marzu 2021 Is-Sur Michael Grech Direttur 30 ta’ Marzu 2021 Prof. Philip von Brockdorff Direttur 20 ta’ Lulju 2020

Revenue Remissions Supervisory Board — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tar-Revenue Remissions Supervisory Board, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Dr John Consiglio Chairman 1 ta’ Ġunju 2015 Is-Sur Sergio Ebejer Membru 10 ta’ April 2019 Is-Sur Manfred Barbara Membru 18 ta’ Ġunju 2021 Is-Sur Bryan Degabriele Membru 18 ta’ Ġunju 2021