Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni – uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tan-numru ta’ uffiċjali li jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-grad tagħhom f’kull każ? Jista’ jgħid, f’kull każ, jekk il-postijiet humiex mimlija, meta mtlew, u jekk imtlewx wara sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni huma dawk kif murija fit-tabella hawn taħt: Grad Data ta'ingaġġ Ingaġġ wara sejħa ghall-applikazzjonijet Kap tas-Segretarjat 01.06.2022 Assistenta Personali 09.12.2014 Direttur tal-Kommunikazjoni 27.04.2021 x Senior Coordinator 05.09.2018 Senior Administrative Coordinator 01.08.2022 Senior Policy Officer 01.07.2022 Manager 1(Compliance) 05.11.2018 x Manager 1 (Project Management) 10.07.2019 x Receptionist 18.11.2022 Messaġier/Xufier 01.06.2022

Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – għoti ta’ liċenzja lill-AUM

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5118, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji speċifiċi li l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet lill-American University of Malta (AUM), biex din tkun tista’ tingħata l-liċenzja ħalli topera f’pajjiżna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2022 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-2021 l-FTS lestiet 35 proġett maġġuri b’investiment ta’ €84,800,800. Skejjel ġodda mill-2013 s’issa jinsabu hawn taħt; 2014-15 Skola Nazzjonali tal-Isports, Pembroke - €3 miljun 2015-16 Middle School' fil-Kulleġġ San Benedittu, Ħal Kirkop - €8 miljun 2015-16 'Senior School' fil-Kulleġġ San Nikola, Ħad-Dingli - €8 miljun 2017-19 Skola Primarja gdida fil-Kullegg San Tumas More, Marsaskala - €6 miljun 2016-2020 Skola Primarja gdida fil-Kullegg Maria Regina, fil-Qawra - €13 miljun

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2021 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2020 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Bini ta’ skejjel ġodda fl-2019

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2019 inbnietx skola ġdida? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-investiment li sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5828.

Ministeru għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – ħaddiema bir-remote working

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 5211.

Ministeru għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – ħaddiema bit-teleworking

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 5211.

Inkjesta pubblika dwar mewt ta’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se tinħatar inkjesta pubblika dwar it-traġedja li wasslet għall-mewt ta’ persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, nhar it-3 ta’ Diċembru 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar dan il-każ qed tinżamm inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Inkwirenti u hemm ukoll l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet relevanti oħra. Jekk tassew irridu ġustizzja, ix-xogħol ta’ dawn l-istituzzjonijiet għandu jitħalla jsir f’serenità. Fl-istess ħin irrid nappellalhom biex jagħtu importanza massima lil dan il-każ, biex issir ġustizzja b'ċelerità mal-familja tal-vittma, fuq quddiem nett, u mas-soċjetà.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari Ewlieni – vjaġġar barra minn Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ vjaġġar barra minn Malta li sar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni mill-elezzjoni tal-2022 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija; inkluż il-pajjiż li fih saret iż-żjara, l-għan taż-żjara, id-dati taż-żjara u, f’kull każ, min kien qed jakkumpanja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni?

Response (ABELA, ROBERT)

Bejn id-19 ta’ April u t-22 ta’ April, is-Segretarju Permanenti Ewlieni preċedenti attenda l-“Pre-opening of the 59th International Art Exhibition” f’Venezja akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta. Bejn l-10 u t-13 ta’ Mejju żar il-Portugall fuq xogħol marbut ma’ Heritage Malta fejn kien akkumpanjat minn persuna tal-istaff. Is-Segretarju Permamenti Ewlieni kurrenti, li nħatar fl-ewwel ta’ Ġunju, ma kellux xogħol barra l-pajjiż.

Kumpanija tas-servizz tat-trasport pubbliku – ħlas ta’ sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju mill-Gvern lill-kumpanija privata li tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku, sena b’sena, mill-bidu tal-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li kienet ingħatatlu għall-mistoqsija numru 3683, jien infurmat li għas-sena sħiħa 2022 l-ammont ta’ Public Service Obligation li tħallas kien ta’ €37,819,594.36, waqt li sa Jannar li għadda l-ħlas kien jammonta għal €2,433,333.33.

Ftehim ma' Manchester United tramite VisitMalta — spiża

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' x'jinkludi l-ftehim li sar minn VisitMalta ma' Manchester United, għal kemm tul ta' żmien u l-ispiża totali għall-Gvern Malti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim huwa kummerċjalment sensittiv, ninfurmah li l-ftehim imsemmi huwa għal ħames snin.

Bank Ċentrali ta’ Malta – Grievance Unit

Question

B'referenza għall-Grievance Unit imwaqqfa mill-Bank Ċentrali ta' Malta, u li l-persunal tal-Bank kien infurmat dwar din il-unit b'ittra datata 9 ta' April 2014, u li kellu jħares lejn l’hekk imsejħa inġustizzji li saru fis-seba' snin qabel il-31 ta' Marzu 2014, jista’ l-Ministru jgħid: a) min kienu l-membri ta' din il-Grievance Unit; b) fuq liema kriterji ntgħażlu dawn il-membri; ċ) kemm kienu l-persuni b'kollox li ngħataw ħlasijiet wara l-konklużjonijiet tal-istess Unit; d) kemm kienet in-nefqa totali tal-Bank fuq dawn l’hekk imsejħa inġustizzji; u e) kemm kien il-ħlas li ngħata lill-membri ta' din il-Unit għall-qadi ta' dan id-dmir?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – ħaddiema bir-remote working

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – ħaddiema bit-teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċajli, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – ħaddiema bir-remote working

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – ħaddiema bit-teleworking

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - persuni li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.