Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ skejjel tal-Istat li bħalissa għandhom nuqqas ta’ skrivani (staff klerikali)? Jista’ wkoll jindika n-numru ta’ skrivani neqsin għal kull skola?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm 15-il skola li għandhom bżonn skrivan u ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ċentrali ta’ reklutaġġ bil-għan li tiġi indirizzata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji f'Malta u Għawdex, maqsuma skont in-nazzjonalità u skont kull skola? Jista' jindika wkoll jekk l-iskola hijiex tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji f'Malta u Għawdex, maqsuma skont in-nazzjonalità u skont kull skola? Jista' jindika wkoll jekk l-iskola hijiex tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kulleġġ
Studenti Maltin
Studenti Barranin
Kulleġġ Għawdex
1,613
346
Maria Reġina
1,964
1,855
San Benedittu
2,119
340
Santa Klara
896
1,169
San Ġorġ Preca
966
557
San Injazju
2,008
461
Santa Margerita
1,268
152
San Nikola
1,605
228
Santa Tereża
1,289
863
San Tumas More
2,500
763
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, qabel inħarġet il-Komunikazzjoni Nru 05/2026 mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) dwar l-użu ta’ lingwi oħra, minbarra l-Ingliż u l-Malti, fit-tagħlim ta’ korsijiet akkreditati, saritx konsultazzjoni mal-istakeholders? Jista’ wkoll jispjega l-proċedura li permezz tagħha din il-komunikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li qabel il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni Nru 05/2026, l-MFHEA żviluppat regoli komprensivi li jiżguraw il-kwalità (
Quality Assurance
) fir-rigward tal-introduzzjoni ta' lingwi addizzjonali ta' tagħlim fi programmi akkreditati. Bħala parti minn dan il-proċess, ir-regoli ġew diskussi mal-Kumitat Konsultattiv tal-MFHEA, stabbilit skont il-liġi u magħmul minn rappreżentanti tas-settur pubbliku u privat. Ir-regoli ġew ukoll diskussi mall-
Committee for the Implementation and Monitoring of Quality Assurance in Maltese Higher Education
.
Infurmat ukoll li l-iżvilupp ta' dawn ir-regoli kien mitlub mill-Bord ta’ Governanza tal-MFHEA. Wara d-diskussjonijiet u l-konsultazzjonijiet meħtieġa, dawn ir-regoli ġew approvati mill-Bord qabel ma ġew ippublikati skont Komunikazzjoni Nru 05/2026.
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna, inkluż xi żviluppi kien hemm u t-timeline f’dan ir-rigward?
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna, inkluż xi żviluppi kien hemm u t-timeline f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jiġu rranġati l-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna, inkluż xi żviluppi kien hemm u t-timeline f’dan ir-rigward?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-edukaturi humiex involuti b’mod dirett fl-għażla, ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni tat-textbooks qabel ma jiġu introdotti fil-klassijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li li l-evalwazzjoni tar-riżorsi edukattivi hija proċess kontinwu li jsir permezz ta’ diversi mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u feedback. Id-Direttorat jaħdem b’mod regolari mal-edukaturi u mat-tmexxija tal-iskejjel sabiex jiġi żgurat li l-istudenti jkollhom aċċess għal riżorsi edukattivi ta’ kwalità li jwieġbu għall-ħtiġijiet tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti textbooks ġodda jew riveduti għas-sena skolastika 2026–2027? Jista’ jgħid ukoll jekk l-għalliema ngħatawx biżżejjed żmien biex jippreparaw ruħhom fid-dawl ta’ dawn il-bidliet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-Direttorati u d-Dipartimenti rispettivi jirrevedu u jevalwaw b’mod regolari r-riżorsi edukattivi u t-textbooks użati fl-iskejjel, sabiex jiġi żgurat li jibqgħu allinjati mas-sillabi u mal-ħtiġijiet edukattivi.
Meta jitqies meħtieġ, jiġu introdotti kotba jew edizzjonijiet ġodda, isiru aġġornamenti tar-riżorsi eżistenti jew jiġu adottati skemi differenti, wara l-evalwazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet meħtieġa mal-edukaturi u mal-partijiet konċernati.
Dan huwa proċess kontinwu li jsir skont il-ħtiġijiet pedagoġiċi u l-iżviluppi fil-kurrikulu, bil-għan li l-istudenti u l-edukaturi jkollhom aċċess għal riżorsi ta’ kwalità.
Infurmat li d-Dipartiment tal-Malti jevalwa b’mod regolari kotba ġodda li jiġu ppubblikati u sottomessi mill-pubblikaturi. Il-kotba li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sillabu u l-kriterji pedagoġiċi jiġu inklużi fil-lista tal-kotba approvati, minn fejn l-għalliema jagħżlu r-riżorsi li jqisu l-aktar xierqa għall-ħtiġijiet tal-istudenti tagħhom.
Matul dan il-proċess ġew introdotti xi kotba ġodda kemm fil-livell tal-Iskola Primarja kif ukoll tal-Iskola Medja fil-qasam tal-lingwa. Barra minn hekk, il-kotba tal-qari jiġu evalwati kontinwament kemm mid-Dipartiment tal-Malti kif ukoll mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, sabiex il-lista ta’ kotba rakkomandati tibqa’ aġġornata.
Fir-rigward tal-letteratura fil-livell Sekondarju, saret reviżjoni tal-ktieb preskritt u ġiet ippubblikata ristampa tiegħu.
Fil-qasam tal-Ingliż fil-Primarja, il-kotba wkoll jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni biex jiġi żgurat li jkunu allinjati mas-sillabu, filwaqt li l-iskejjel jagħżlu l-iskemi li l-aħjar jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-istudenti tagħhom.
F’oqsma oħra tas-sillabu, isiru evalwazzjonijiet perjodiċi bbażati wkoll fuq il-feedback tal-edukaturi. Pereżempju, fil-Primarja, qed tkun ippjanata evalwazzjoni tar-riżorsi tal-Istudji Soċjali li ser tibda matul din is-sena.
Fir-rigward tal-bidliet fl-iskemi ta’ kotba, ma sarux tibdiliet sostanzjali, ħlief fil-każ tal-Matematika fil-Primarja, fejn numru ta’ skejjel talbu li jadottaw skema differenti. F’dawn il-każijiet, il-bidla saret b’koordinazzjoni bejn l-iskejjel u t-timijiet tad-Dipartiment tal-Matematika sabiex tiġi żgurata preparazzjoni adegwata.
Fil-każ tas-suġġett tal-Engineering Technology, ġie introdott ktieb ġdid għal waħda mis-snin, żviluppat bil-kontribut dirett tal-edukaturi tas-suġġett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi għall-provvista tat-textbooks fl-iskejjel tal-Istat matul l-aħħar tliet snin u jekk din l-allokazzjoni żdiditx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-allokazzjoni għall-provvista tat-textbooks fl-iskejjel tal-Istat żdiedet fl-2024 u baqgħet tinżamm fil-livell meħtieġ fis-snin ta’ wara sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-proċess ta’ akkwist.
Infurmat ukoll li, matul l-aħħar snin, in-nefqa baqgħet dejjem fi ħdan il-fondi allokati għal dan l-iskop. Fir-rigward tas-sena 2026, in-nefqa finali tkun tista’ tiġi stabbilita biss wara li jitlesta l-proċess kollu tal-akkwist u d-distribuzzjoni tat-textbooks kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
Nefqa
2024
€1,731,762
2025
€1,478,698
2026
In-nefqa finali tiġi stabbilita wara li jitlesta l-proċess tal-akkwist u d-distribuzzjoni tat-textbooks.
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-proċess ta’ akkwist u distribuzzjoni tat-textbooks għas-sena skolastika 2026–2027 u jekk hemmx skeda pubblika ta’ milestones biex jiġi żgurat li kollox jasal fil-ħin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-proċess tal-akkwist u d-distribuzzjoni tat-textbooks għas-sena skolastika ta’ wara jibda immedjatament wara li tintemm is-sena skolastika preċedenti. Fl-ewwel fażi, l-uffiċjali edukattivi u l-iskejjel jidentifikaw il-kotba u l-kwantitajiet meħtieġa għas-sena skolastika li tkun ġejja.
F’ċerti suġġetti, l-iskejjel għandhom ukoll l-opportunità jagħżlu l-iskema ta’ kotba li jixtiequ jużaw minn lista approvata, filwaqt li jistgħu jipproponu wkoll skemi ġodda biex jiġu kkunsidrati. Din il-fażi ssir b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-għażla tal-kotba tirrifletti l-ħtiġijiet edukattivi tal-iskejjel.
Wara, jitħejjew id-dokumenti tat-tender, li jinkludu verifiki tekniċi u amministrattivi, fosthom il-konferma tal-ISBNs, il-validità tagħhom u li qed jiġu akkwistati l-edizzjonijiet korretti u l-aktar aġġornati tal-kotba.
Ladarba d-dokumentazzjoni tkun lesta u tgħaddi mill-verifiki u l-approvazzjonijiet meħtieġa mid-Direttorati u d-Dipartimenti kompetenti, inklużi l-Procurement Unit tal-Ministeru u d-Dipartiment tal-Kuntratti, it-tender jiġi ppubblikat. Minn hemm jibda l-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti, waqt li jingħataw ukoll il-kjarifiki meħtieġa lill-operaturi ekonomiċi fejn ikun il-każ.
Wara l-għeluq tas-sejħa, issir l-evalwazzjoni tal-offerti skont il-proċeduri stabbiliti, sabiex jiġi żgurat li l-proċess ikun trasparenti, ġust u effiċjenti. L-aħħar fażi hija d-distribuzzjoni tal-kotba lill-iskejjel, li titwettaq permezz ta’ pjan koordinat sabiex il-kotba jaslu fil-ħin għall-bidu tas-sena skolastika.
Jista’ l-Ministru jserraħ ras l-edukaturi u l-ġenituri li l-proċess ta’ ordni, stampar u distribuzzjoni tal-kotba se jkun komplut qabel il-ftuħ tal-iskejjel għas-sena skolastika 2026 – 2027?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-proċess għas-sottomissjoni tal-offerti mill-fornituri għall-kotba tal-Lingwi, is-suġġetti tal-Humanities, il-Matematika, is-suġġetti STEM u l-VET jagħlaq matul din il-ġimgħa. Minnufih wara tibda l-evalwazzjoni tal-offerti, flimkien mal-laqgħat meħtieġa bħala parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni.
Infurmat li L-intenzjoni hija li dan il-proċess jitlesta fil-ħin sabiex il-kotba jkunu jistgħu jiġu akkwistati u mqassma qabel il-ftuħ tas-sena skolastika.
Infurmat li Fir-rigward tat-tender għall-kotba tal-Malti bħala Lingwa Barranija, infurmat li l-proċess ġie konkluż u jinsab lest.
Sena skolastika 2025-2026 – Textbooks mhux disponibbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li wasslu biex xi textbooks ma kinux disponibbli fil-bidu tas-sena skolastika li għaddiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentati 1694, ninsab infurmat li kien hemm xi dewmien fil-proċess ta’ akkwist u distribuzzjoni ta’ ċerti riżorsi edukattivi minħabba diversi fatturi operattivi u amministrattivi.
Dawn kienu jinkludu kwistjonijiet relatati mal-proċess tat-tendering, bidliet fil-proċeduri ta’ provvista u distribuzzjoni, kif ukoll sfidi loġistiċi u ta’ stampar. Minkejja dawn id-dewmien, f’ċerti każijiet ir-riżorsi kienu diġà disponibbli f’format diġitali sabiex jiġi żgurat aċċess kontinwu għall-edukaturi u l-istudenti sakemm tlestew il-proċessi meħtieġa.
Sena skolastika 2025-2026 – Textbooks mhux disponibbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm textbooks li kienu għadhom mhux disponibbli fl-ewwel ġurnata tas-sena skolastika li għaddiet fl-iskejjel tal-Istat u f’liema suġġetti kien hemm l-akbar nuqqasijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fil-bidu tas-sena skolastika kien hemm dewmien fil-wasla ta’ għadd limitat ta’ textbooks f’ċerti suġġetti u livelli edukattivi. Madankollu, il-kontenut u r-riżorsi relatati kienu disponibbli permezz ta’ pjattaformi diġitali u materjal edukattiv ieħor.
Matul dan il-perjodu, l-għalliema u l-istudenti komplew bil-proċess tat-tagħlim billi għamlu użu minn kotba alternattivi, riżorsi online u għodod diġitali ta’ kwalità. Dan assigura li t-tagħlim seta’ jibqa’ għaddej b’mod regolari u mingħajr impatt sinifikanti fuq il-proċess edukattiv.
Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1195 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel u jinforma lill-Kamra dwar l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri qed jittieħdu biex jiġu mħarsa l-istudenti u l-edukaturi mill-effetti tas-sħana eċċessiva matul ix-xhur tas-sajf, b’mod partikolari fl-iskejjel li għad m’għandhomx sistemi ta’ arja kkundizzjonata?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Nitlob lil Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri qed jittieħdu biex jiġu mħarsa l-istudenti u l-edukaturi mill-effetti tas-sħana eċċessiva matul ix-xhur tas-sajf, b’mod partikolari fl-iskejjel li għad m’għandhomx sistemi ta’ arja kkundizzjonata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bħalissa 32 skola tal-Istat huma mgħammra kompletament b’sistemi ta’ arja kkundizzjonata. Inqis t-titjib tal-ambjent tat-tagħlim u tax-xogħol fl-iskejjel bħala prijorità.
Għalhekk, l-installazzjoni tal-arja kkundizzjonata fl-iskejjel li fadal se ssir b’mod gradwali matul is-snin li ġejjin. Dan jifforma parti minn programm usa’ ta’ xogħlijiet immirati biex itejbu l-ambjent fl-iskejjel, inkluż titjib fis-sistemi tal-ventilazzjoni, l-aperturi u infrastruttura oħra. Aktar dettalji dwar dan il-programm ser jitħabbru fiż-żmien li gej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità Maltija u kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalitajiet oħra li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-proċess ta’ reġistrazzjoni għat-Tallinja Card, li hija meħtieġa sabiex persuna tibbenefika mis-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn, ma tinġabarx informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-applikant. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mhijiex disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità Maltija u kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalitajiet oħra li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.