Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti Maġisterjali pendenti, liema huma u d-dati meta nħatru?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Qrati ta’ pajjiżna hemm 1698 inkjesti Maġisterjali pendenti. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-inkjesti minn liema sena ilhom miftuħa.
SenaAmmontSenaAmmont
2023186201115
202257420105
202127520096
202017220061
201915720054
201812619911
20178219921
20164419901
20151719881
2014819891
20131119791
20129
Uffiċjali tal-FIAU li attendew laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fis-17 ta' April 2023 kienx hemm laqgħa fil-Berġa ta' Kastilja li għaliha attendew uffiċjali tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)? Min kien preżenti u x’kien l-iskop ta’ din il-laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-laqgħat fuq livell tekniku jkunu diversi biex ikun analizzat kif l-awtoritajiet regolatorji, inkluż l-FIAU, jistgħu jibqgħu jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji u reati oħrajn.
Kienet din l-istrateġija li wasslet biex il-proċess li pajjiżna għadda minnu mal-Financial Action Task Force (FATF) ingħalaq favorevolment. Infakkar li l-ħruġ ta' pajjiżna fi żmien qasir ħafna mil-lista l-griża seħħ b'kordinament kontinwu bejn l-entitajiet konċernati u l-uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn bħala Prim Ministru anke' ltqajt mal-esperti tekniċi tal-FATF fl-on-site visit li għamlu ġewwa pajjiżna, qabel id-deċiżjoni finali tagħhom.
Il-pajjiż irid jibqa’ viġilanti u kontinwament janalizza l-iżviluppi li jkun hemm, inkluż dawk li jistgħu jheddu jew jinnewtralizzaw il-funzjoni ta’ infurzar tal-FIAU jew ta' entitajiet oħra li jaħdmu kontra l-kriminalità.
Inżid li huwa obbligu tal-Gvern li ma jkunx ċass quddiem realtajiet bħal dawn, u li jagħti d-direzzjoni strateġika tal-pajjiż lill-entitajiet biex imbagħad dawn jimplimentawha.
Jiena nittama li l-Oppożizzjoni għandha l-istess għanijiet tal-Gvern u għandi nifhem li m’għandha lil ħadd li trid tipproteġi billi timmilita favur xenarju fejn dawn is-sistemi t'infurzar ma jaħdmux jew jiġu mdgħajfa. Anke' jekk b’diżappunt, irrid infakkar li meta ġejna biex nikkodifikaw ċertu tisħiħ fil-funzjonijiet t'infurzar ta' dawn l-entitajiet regolatorji, u s-setgħat tagħhom, anke' permezz ta’ bidliet kostituzzjonali, l-Oppożizzjoni kienet kontra.
Uffiċjali tal-FIAU li attendew laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min sejjaħ il-laqgħa li saret fis-17 ta' April 2023 fil-Berġa ta' Kastilja u li għaliha attendew uffiċjali tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li ż-Żona Industrijali tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi, ikollha tindif aktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi illi ż-żona Industrijali Tal-Ħandaq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Madankollu, infurmat ukoll li minn naħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ser jitressqu talbiet għat-tindif ta’ din iż-żona industrijali lill-entità kkonċernata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li ż-Żona Industrijali tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-Żona Industrijali tal-Ħandaq ma taqax fir-remit amministrattiv tal-Indis. Madankollu l-Indis tiddedika budget mill-fondi tagħha stess sabiex isir tindif supplimentari taż-żona kull nhar ta' Sibt mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li t-tindif fi Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, isir regolarment u skont l-iskeda, jiġifieri mit-Tnejn sas-Sibt.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Ministeru għall-Ġustizzja — persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)