Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list biex jieħdu xi servizz minħabba l-kundizzjoni tal-Fibromyalgia?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-waiting list imsemmija minnu hemm 42 pazjent li kollha għandhom appuntament skedat sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew posposti day surgeries matul is-sena 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li ma tinżammx data separatament fuq day surgeries li jiġu posposti , tinżamm data tal-operazzjonijiet kollha li jiġu posposti. Matul is-sena 2022 ġew posposti 4.4% mill-operazzjonijiet kollha f’Mater Dei, il-maġġoranza mħabba raġunijiet mediċi. Waqt li saru 55,975 operazzjonijiet.
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċeka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li fis-Segretarjat Parlamentari ma jiġux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 7532.
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list biex jieħdu servizz mill-GU Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li talbu appuntament kollha għandhom appuntament skjedat. Il-GU clinic joffri wkoll servizz ta’ konsultazzjoni bit-telefon għal dawk bla sintomi. Każijiet urġenti, jew persuni li jkollhom xi sintomi, jiġu eżaminati fil-GU clinic jew l-iżjed fi żmien ġimgħatejn, ħafna drabi dak in-nhar stess, dejjem jiddependi fuq l-urġenza tal-każ.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list biex jieħdu servizz mill-Pain Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għal servizz tal-pain clinic ivarja skont l-urġenza tal-kas. F’kazijiet urġenti jew ta’ pazjenti b’cancer is-servizz jingħata fi żmien ftit jiem.
Waqt li f’kazijiet mhux urġenti iż-żmien ta’ stennija ivarja minn ftit ġimgħat sa ftit xhur.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti bid-dati, l-ammont u r-raġuni li saru lis-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, matul is-sena 2022 u s-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti bid-dati, l-ammont u r-raġuni li saru lis-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, matul is-sena 2022 u s-sena 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6980.
Trasferimenti ta’ proprjetà – dħul minn duty on documents
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern matul is-sena 2022 minn duty on documents relatati ma' trasferimenti ta' proprjetà?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Gvern matul is-sena 2022 minn taxxi fuq dokumenti (duty on documents) relatati ma' trasferimenti ta' proprjetà kien jammonta għall- €96,645,845.
Trasferimenti ta’ proprjetà – dħul minn capital gains tax
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern fl-2022 minn capital gains tax relatati ma' trasferimenti ta' proprjetà?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta' dħul minn taxxi fuq il-qligħ kapitali fuq proprjetà immobbli, u taxxi finali fuq trasferimenti ta’ proprjetà immobbli (inklużi t-taxxi finali fuq il-waqfien tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli), kienu jammontaw għal €142,752,091 matul l-2022.
Nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-taxxa fuq il-qligħ kapitali fuq trasferimenti ta’ ishma mhijiex inkluża.
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li fis-Segretarjat Parlamentari ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Uffiċjali tal-FIAU li ltaqgħu ma’ uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) iltaqgħux ma' uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fis-17 ta' April 2023 fil-Berġa ta' Kastilja?
Dħul tal-Gvern mill-VAT fuq l-Industrija tal-Pubblikazzjoni u l-Kotba
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern bħala Value Added Tax mill-industrija tal-pubblikazzjoni u l-kotba matul is-sena 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ VAT dikjarat bil-5% fuq il-bejgħ tagħhom matul is-sena 2022 minn persuni taxxabbli reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi bħala:
· “book publishing” (NACE code 58.11),
· “Publishing of newspapers” (NACE code 58.13),
· “Publishing of journals and periodicals” (NACE code 58.14), u
· “Other publishing activities” (NACE code 58.19),
kien ta’ € 233,558.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet magħżula l-kumpanija Aviation Services Handling (ASH) Limited li minn Jannar 2023 ħadet f'idejha l-immaniġġar tal-merkanzija u tal-bagalji eċċ. fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta meta sal-aħħar tas-sena 2022 kienet timmaniġġjahom l-Air Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Aviation Services Handling (ASH) Limited intgħażlu wara sejħa għal proposti (Request for Proposals) għall-immaniġġar ta’ passiġġieri, bagalji u merkanzija fl-Ajruport ta’ Malta li kienet ħarġet f’Jannar 2022 u li kienet intbagħtet lil lista ta’ ground handlers internazzjonali hekk kif suġġerit mill-Malta International Airport.
L-għażla ta’ Aviation Services Handling (ASH) Limited saret fuq bażi ta’ numru ta’ kriterji li kienu jinkludu li jwaqqfu joint venture f’Malta, li jibdew joperaw malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-1 Jannar 2023, il-qagħda finanzjarja u l-investiment li kienu lesti jagħmlu f’Malta.
Aviation Services Handling (ASH) Ltd. hija sussidjarja tal-kumpanija Aviation Services SpA li għandha l-bażi tagħha ġewwa l-Ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma. Il-klijenti ta’ Aviation Services SpA fl-Italja jinkludu Air France, KLM, Ryanair, Turkish Airlines, Vueling, IAG, Qatar, British Airways etċ.
Ajruport internazzjonali ta' Malta — Sejħa għal offerti tal-immaniġġar tal-merkanzija, bagalji eċċ.
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għal offerti għall-immaniġġar tal-merkanzija u tal-bagalji eċċ. fi ħdan l-ajruport internazzjonali ta’ Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa għal proposti għall-immaniġġar ta’ passiġġieri, bagalji u merkanzija ħarġet f’Jannar 2022.