Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Regeneration Corporation jikru l-post bħala uffiċini 11, Transport House, Triq Pietro Floriani, Floriana, kirja minn Novembru 2017 sa Ottubru 2027. Il-ħlas tal-ewwel 5 snin €90,000 fis-sena u tieni 5 snin €100,000 fis-sena. Sid il-post huwa Hili Properties, Nineteen Twenty Three, Valletta Road, Marsa. L-Awtorità tat-Trasport tikri l-Malta Transport Centre fi Triq Pantar, Lija. Il-kirja bdiet fid-19 ta’ Jannar 2017 għall-perjodu ta’ 10 snin, li jista’ jkun estiż għal ħames snin b’reviżjoni tal-kera, il-ħlas huwa ta’ €1,864,843.68 lil Sudvel Ltd. Tikri ukoll A3 Towers Triq L-Arkati, Paola. Il-kirja bdiet fid-29 ta’ Awwissu 2014 għall-perjodu ta’ 5 snin u estiż għal 5 snin b’reviżjoni tal-kera skont iż-żieda fl-Indiċi tal-Bejgħ, il-ħlas huwa ta’ €489,775.70 lil Paola Estates Ltd. Tikri ukoll Tiġrija Palazz, ir-Rabat Għawdex. Il-kirja bdiet fil-15 ta’ Marzu 2015 għall-perjodu ta’ 6 snin u estiż għall-perjodu ta’ sentejn, il-ħlas huwa ta’ €11,304.44 lil Tiġrija Developments Ltd.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Individwi li ddikjaraw dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 fis-sena 2021? Jista' jagħti break down skont il-lokalitajiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandu l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, hemm 4,900 individwu li għandhom indirizz lokali u li għas-sena 2021 iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000. Il-lokalitajiet ta’ dawn l-individwi huma skont it-tabella indikata hawn taħt: ATTARD 240 BAHAR IĊ-ĊAGĦAQ 10 BALZAN 102 BIRGU 10 BIRKIRKARA 190 BIRŻEBBUĠA 38 BORMLA 5 BURMARRAD 10 DINGLI 25 FGURA 29 FLORIANA 34 FONTANA 3 GĦAJNSIELEM 13 GĦARB 8 GĦARGĦUR 68 GĦASRI 2 GĦAXAQ 24 GUDJA 19 GŻIRA 79 ĦAMRUN 21 IKLIN 64 ISLA 2 KALKARA 19 KERĊEM 4 KIRKOP 14 LIJA 75 LUQA 45 MADLIENA 31 MARSA 14 MARSALFORN 5 MARSASKALA 118 MARSAXLOKK 30 MDINA 12 MELLIEĦA 150 MĠARR 38 MOSTA 229 MQABBA 36 MRIEĦEL 19 MSIDA 94 MTARFA 17 MUNXAR 4 NADUR 17 NAXXAR 330 PAOLA 16 PEMBROKE 38 PIETA' 29 QALA 11 QORMI 79 QRENDI 23 RABAT 157 RAĦAL ĠDID 5 SAFI 9 SAN ĠILJAN 294 SAN ĠWANN 185 SAN LAWRENZ 4 SAN PAWL IL-BAĦAR 128 SANNAT 4 SANTA LUĊIJA 10 SANTA VENERA 38 SIĠĠIEWI 84 SLIEMA 526 SWATAR 5 SWIEQI 354 TA' XBIEX 90 TARXIEN 35 VALLETTA 105 VICTORIA 5 VITTORIOSA 2 XAGĦRA 26 XEMXIJA 4 XEWKIJA 10 XGĦAJRA 12 ŻABBAR 59 ŻEBBUĠ 133 ŻEJTUN 59 ŻURRIEQ 64

Kumpaniji li ddikjaraw profitt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ddikjaraw profitt ta' iktar minn €100,000, iktar minn €500,000 u iktar minn €1 miljun fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella, t’hawn taħt, turi n-numru ta’ kumpanniji li fid-dikjarazzjoni tat-taxxa għas-sena 2021 iddikjaraw profitt qabel it-taxxa ta’ iktar minn €100,000, iktar minn €500,000 u iktar minn €1 miljun: Iktar minn 100,000 1,139 Iktar minn 500,000 308 Iktar minn 1,000,000 546

MFSA – ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw ħaddiema mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: 2013 – 8 2014 – 14 2015 – 9 2016 – 33 2017 – 34 2018 – 56 2019 – 42 2020 – 37 2021 – 74 2022 – 72 2023 – 25

Ministeru għall-Finanzi u Xogħol – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba minnu.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Segretarju Parlamentari – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li s-Segretarjat Parlamentari kkonċernat nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali ma ingaġġat l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali tagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal servizzi ta' fotografija, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' €2,770.80.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Segretarju Parlamentari – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid jekk ingaġġatx persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġat, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista’ jgħid l-ammont ta' flus li s-Segretarjat Parlamentari kkonċernat nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza ma ngaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien is- Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi kollha, mhux fotografija biss, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' € 3,937.75.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid jekk ingaġġatx persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġat, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li s-Segretarjat Parlamentari kkonċernat nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien is-Segretarjat Parlamentari jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi kollha, mhux fotografija biss, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta’ €6,140.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ngaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien il-Ministeru jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal servizzi ta' fotografija, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' €14,600.

Ħal Qormi – Triq Ġorġ Mifsud Chircop – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li ssir Triq Ġorġ Mifsud Chircop, f’Ħal Qormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qiegħda taħdem mal-Kunsilli Lokali u x-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom. Sakemm l-aġenzija tagħmel l-intervent min-naħa tagħha, huwa fl-obbligu tal-Kunsilli Lokali li għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ingaġġatx persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġat, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Tista' tgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda persuna ma ġiet ingaġġata għall-fotografija, la full-time u lanqas part-time. Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni dwar spejjeż għal servizzi ta’ fotografija matul l-2022.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien il-Ministeru jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu. Dawn jinkludu wkoll il-fotografija. L-ispiża għas-sena 2022 kienet ta’ €24,800.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8650 u jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li għas-sena 2022 l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rrikora spiża ta' €9,250 għal servizz ta' fotografija.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari – spiża fuq servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li s-Segretarjat Parlamentari kkonċernat nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien is-Segretarjat Parlamentari jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi, l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' €2,190.Ix-xogħol kien marbut mal-MCESD u l-Premju Ħaddiem tas-Sena.