Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – karozzi leased/mikrija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6204 u 6223, qed inpoġġi l-kumplament tal-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6224, il-kumplament tal-informazzjoni għad-dekasteru tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCC — infiq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienu l-ispejjeż u l-infiq tal-Mediterranean Conference Centre (MCC), sena b'sena, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda fit-tabella t’hawn taħt: Sena Spejjeż rikorrenti qabel id-deprezzament € Spejjeż kapitali – Investimenti € Perċentwal Spejjeż Rikorrenti vs Dħul Totali 2013 1,129,083 99,091 99.2% 2014 1,081,527 57,769 91.4% 2015 1,392,055 1,234,411 76.4% 2016 1,764,623 714,519 81.5% 2017 2,579,409 602,727 79.9% 2018 2,199,001 349,881 68.8% 2019 2,500,453 289,351 86.1% 2020 1,701,065 4,047,048 73.4% 2021 1,726,747 567,957 77.4% 2022 2,441,294 640,284 60.0% Dawn il-figuri huma turija ċara tal-għaqal tal-amministrazzjoni tal-MCC fejn sar investiment illi kabbar l-opportunitajiet offruti ġewwa l-MCC bir-riżultat li żdied ir-rikav.

Ħal Qormi – rondi mill-Pulizija fiż-żona ta’ Triq il-Wied

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru aktar rondi tal-Pulizija fiż-żona ta’ Triq il-Wied, f’Ħal Qormi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi, kif ukoll dawk tal-RIU, jagħmlu ronda regolari fiż-żona ta’ Triq il-Wied, f’Ħal Qormi u ser ikomplu jkopru u jżidu r-ronda f’din iż-żona flimkien ma' oħrajn f’din il-lokalità.

Ħal Luqa – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Luqa mhix qed tkun miftuħa 24 siegħa kuljum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-maġġoranza taż-żmien l-għassa ta’ Ħal Luqa tkun miftuħa erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Meta minħabba impenji u attivitajiet oħra l-għassa tingħalaq, il-lokalità xorta tibqa’ tkun milħuqa mir-ronda li dejjem issir permezz ta’ uffiċjali b’vetturi tal-RIU, kif ukoll dawk tad-Distrett. B’hekk il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalità jintlaħqu. Barra minn dan, ma' din l-għassa hemm istallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista' jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, minn fejn tingħata kull assistenza mitluba.

Ħal Qormi – rondi tal-Pulizija fi Triq l-Imdina

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru aktar rondi tal-pulizija fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi, partikolarment il-parti t’isfel tat-triq qabel ma tidħol għall-Marsa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kemm l-Pulizija tad-Distrett, il-Pulizija tal-Komunità, kif ukoll dawk tal-RIU, jagħmlu ronda regolarment fil-lokalità msemmija mill-Onor. Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra, u din ser tkompli, anke iktar frekwenti.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8910 u jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif ingħatat lili mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8905 u jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8906 u jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpaniji li ġew aċċettati minn CEMalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kumpaniji li ġew aċċettati minn Circular Economy Malta (CEMalta) li jaqgħu taħt Artiklu 3, Regolament 4 tar-Regolament Prinċipali taħt il-Legal Notice 299 tal-2019?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ġejt infurmata illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi pprovduta peress li hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Ħal Qormi — Triq San Bartolomew - miżuri minħabba sewqan perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi installata speed camera jew inkella hux se jittieħdu xi miżuri oħra minħabba sewqan perikoluż fi Triq San Bartolomew, f'Ħal Qormi, fil-parti quddiem il-Knisja parrokkjali ta' San Sebastjan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tipproċessa kull talba għal speed camera li tirċievi, fl-istess waqt li tlabt reviżjoni tal-proċess biex dan isir b’mod iktar spedit. TM tkun trid tistabilixxi jekk hemmx lok li ssir speed camera, kif issuġġerit, jew jekk hemmx soluzzjonijiet alternattivi biex tiġi indirizzata l-kawża inkwistjoni.

Dwana – transfer lil ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-ebda ħaddiem tad-Dwana mhu se jingħata transfer (sakemm mhux mitluba mill-ħaddiema stess) u jintbagħat jaħdem ma' dipartiment ieħor fi ħdan l-istess Ministeru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tad-Dwana, bħal ħaddiema oħra ser ikomplu jgawdu mill-istess benefiċċji u kundizzjonijiet, kemm dawk settorjali kif ukoll dawk ġenerali għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8901 u jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija dwar il-Governanza tal-Bijoriżorsi Agrikoli twaqqfet fl-2017 u li bħalissa qed topera minn Regent Buildings fil-Marsa, liema bini huwa kondiviż mal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali. L-ewwel kuntratt sar fl-2016 għal tliet snin b’rata fis-sena ta’ €22,500 VAT eskluża. Il-kirja tal-binja ġiet estiża fl-2019 għal tliet snin oħra bir-rata ta’ €23,625 fis-sena VAT eskluż. F’April 2023 ta’ din is-sena ġie ffirmat kuntratt ġdid għal 33 xahar ieħor b’rata fis-sena ta’ €27,600 VAT eskluż.