Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika vettura mikrija f’dan id-dekasteru hi dik imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 6194.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8905 u 9330 u jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpaniji li ġew struck off

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9333 u jgħid kemm kumpaniji ġew struck off u kemm tpoġġew għal-liquidation, xahar b'xahar mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji li ġew struck off b’mod volontarju, struck off bil-Qorti, struck off wara merger jew division jew struck off bid-defunct procedure, jinsabu hawn taħt: Sena Kumpaniji Struck off 2018 1,453 2019 3,102 2020 13,474 2021 7,740 2022 2,974 Jan-Ġunju 2023 1,422 L-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji li tpoġġew għal-liquidation, jinsabu hawn taħt: Sena Kumpaniji għal-liquidation 2018 1,662 2019 1,944 2020 2,296 2021 2,108 2022 1,740 Jan-Ġunju 2023 857

MBR — multi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9089 u jgħid kemm ħarġu multi l-Malta Business Registry, xahar b'xahar, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm tħallsu xahar b'xahar għall-istess perjodu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ingħatat lili mill-MBR.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 21710, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għal Għawdex – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 5765, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għat-Turiżmu – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet Parlamentari 6203 u 6222, ninformah li attwalment qed jiġu mikrija 30 vettura mill-entitajiet fi ħdan il-Ministeru: Supplier € 2000 Ltd 3,577 8,399 3,577 3,577 4,532 3,577 Aquarius Rent a Car 4,380 4,380 Blue Bird 3,285 3,650 3,285 Burmarrad Commercials 7,201 4,490 4,625 4,800 4,800 8,400 11,904 14,600 9,034 12,220 EV Green Power Ltd. 16,425 Garden of Eden 3,650 5,475 Jason's Cab Service 3,380 Meli Car Rental 4,004 5,460 Sterling 4,490 5,475 Zarb Coaches 10,826

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6226, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6221, tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6227, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6215, tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 3940, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6904, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li nghataw ghall-mistoqsijiet parlamentari bin-numru 6212 u 6193, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet numru 6225 u 6911, l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Entita Kumpanija Meta ġew leased/mikrija Total tal-kirja (exc VAT) FITA AVIS Ġunju - 2022 €4,176 (p.a) FTS Burmarrad Group Mejju - 2023 €2,912 (p.a) Equestri Sterling Car Rentals Awwissu - 2021 €8,040 (p.a) NLA Drifter Car Rentals Ltd Ottubru 2022 – Marzu 2023 €1,897.50 (p.a) Freeway auto Rentals Novembru 2022 – April 2023 €1,321.60 (p.a) eCabs April 2023 – Ġunju 2023 €359.70 (p.a) Sterling Car Rentals April 2023 – Ġunju 2023 €658.44 (p.a) Sport Malta Go Hire Ltd Jannar 2021 – €9,844.47 (p.a) Meli Car Rentals Marzu 2022 – Mejju 2022 €1,559.40 (p.a) MSG Ltd Ġunju 2022 €100 (p.a) Aquarius Rent a Car Ottubru 2022 – Ottubru 2023 €4,425 (p.a) Education Malta Six Rent a Car Settembru 2019 € 3,294 (p.a) University of Malta Burmarrad Commercials N/A €6,480 (p.a) Percius Car Hire €58,497.96 (p.a) Super Lease Ltd €4,800 (p.a) JS Car hire €15,050.76 (p.a)

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (GALDES, RODERICK)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6216, tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni, hekk kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Entità Vetturi Mikrija Data Ditta Prezz (VAT eskluża) Min jużahom SPML 2 Mikrija April 2019 sa April 2024 Europcar €6365.28 (VAT Excl) Site Officers HME 1 Mikrija Ottubru 2020 sa Ottubru 2025 Bjorn Rent a Car €4015 (VAT Excl.) Site Officers Housing Authority 11 Mikrija Mejju 2021 sa April 2025 Go Hire Ltd €36,449 (VAT Excl.) Impjegati tal-Housing Authority 1 Mikrija Marzu 2023 sa Settembru 2023 London Services Ltd €4574.80 (VAT Excl.) CEO tal-Housing Authority

Grant għall-first-time buyers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-€10,000 grant għal first-time buyers fuq medda ta’ għaxar snin tingħatax biss lil min ħa self minn bank lokali jew lil kull first-time buyer li jakkwista proprjetà ta’ valur li ma jaqbiżx il-€500,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Grant għall-first-time buyers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-€10,000 grant għal first-time buyers fuq medda ta’ għaxar snin tingħatax biss lil min ħa self minn bank lokali jew lil kull first-time buyer li jakkwista proprjetà ta’ valur li ma jaqbiżx il-€500,000?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal 10 snin hija intiża għal persuni li akkwistaw l-ewwel proprjetà residenzjali wara l-1 ta’ Jannar 2022. Sabiex applikant jikkwalifika għal din l-għotja jrid ikun akkwista l-proprjetà permezz ta’ self minn Bank (home loan). Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ma hemmx capping fuq il-prezz tal-proprjetà.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għas-Saħħa – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6192, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.