Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir bħalissa fiż-żona Ta' Farsina, partikolarment fi Triq id-Deheb Fin u l-madwar f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li nbeda x-xogħol ta’ resurfacing minn Infrastructure Malta.
Il-proġett jinvolvi xogħol fi Triq id-Deheb Fin, Triq il-Ħarifa, parti minn Triq ix-Xitwa u Triq id-Dielja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għadha ma nħatritx inkjesta pubblika dwar it-traġedja li wasslet għall-mewt ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-Tweġiba Parlamentari numru 5591 u għad-dibattitu parlamentari tal-Ħamis 6 ta’Lulju 2023.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex nimxu lejn il-mudell Olandiż ta' high-skilled labour, kif semma hu stess fil-Kamra tar-Rappreżentanti fil-jiem li għaddew?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istrateġija tal-Gvern jista’ jsibha fil-Politika Nazzjonali għas-Suq tax-Xogħol li ġiet ippubblikata f’Ottubru 2021.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex nimxu lejn il-mudell Olandiż ta' high-skilled labour, kif semma l-Ministru għall-Finanzi stess fil-Kamra tar-Rappreżentanti fil-jiem li għaddew?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-Tweġibiet Parlamentari numri 10652 u 11002.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ngħatalhom l-istatus ta' refuġjat mill-2015 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-5 ta’ Lulju 2023, ingħataw status ta’ refuġjat 1090 persuna mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali. Dan ma jinkludix dawk il-persuni li ngħataw protezzjoni sussidjarja mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Lapsi, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi t-toroq jitnaddfu skont l-iskeda kif imniżżel fl-istess kuntratt ta’ tindif.
Is-Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi — tindif
Question
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi t-toroq jitnaddfu skont l-iskeda kif imniżżel fl-istess kuntratt ta’ tindif.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma rċeviex mid-Dipartiment tat-Taxxi dak li qed jinsisti li hu dovut lilu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni mitluba fuq persuna speċifika ma tistax tiġi pprovduta minħabba d-dispozizzjonijiet dwar is-segretezza uffiċjali. Il-persuna inkwistjoni tista' tikkuntattja lit-Taxpayer Services, sabiex l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jkun jista' jassistih.
Politika Ekonomika tal-Gvern – setturi ekonomiċi ġodda
Question
Fid-dawl ta’ dak li qal il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol dwar il-politika ekonomika tal-Gvern u ż-żieda fil-popolazzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jattira setturi ġodda fl-ekonomija tagħna matul is-snin li ġejjin? Jista' jindika liema huma dawn is-setturi l-ġodda?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10283, infakkru wkoll kif qabel l-2013 l-ekonomija Maltija kienet fi stat ta’ apatija, bil-prodott gross domestiku ras għal ras nieżel meta mqabbel mal-medja Ewropea u b’rata ta’ impjiegi fost l-agħar fl-Ewropa.
Grazzi għall-bidla fid-direzzjoni pajjiżna rnexxielu jilħaq il-medja Ewropea fejn jidħol prodott gross domestiku ras għal ras u issa għandna fost l-ogħla rati ta’ ompjiegi fl-Unjoni Ewropea.
L-istrateġija ekonomika li ħaddan dan il-Gvern kienet waħda ta’ suċċess kbir u wasslet għal titjib fir-ratings ta’ pajjiżna u f’ċertifikati pożitivi mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea.
Biex pajjiżna jibqa’ mixi 'l quddiem il-viżjoni ekonomika trid tibqa' tiġġedded. Kien proprju għalhekk li fl-2020, meta ħaddieħor kien qed ibeżża' li l-pandemija se tkisser l-ekonomija tagħna, jiena kont ħabbart viżjoni bbażata fuq ħames pilastri. Dawn huma l-kwalità tal-ħajja, il-qalba ambjentali, il-governanza, l-edukazzjoni u l-infrastruttura. Din il-viżjoni hija maħsuba biex pajjiżna jwettaq b’suċċess il-qalba għall-ekonomija ffukata fuq il-ħiliet, id-diġitalizazzjoni tas-soċjetà tagħna kif ukoll biex insiru pajjiż climate neutral.
F’kull budget li ħabbarna mill-2020 dejjem enfasizzajna miżuri li jħaddu din il-viżjoni.
Fid-dawl ta’ dak li qal il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol dwar il-politika ekonomika tal-Gvern u ż-żieda fil-popolazzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jinvesti f’industry verticals eżistenti? Jista' jindika x’tip ta’ investiment se jkun qed isir?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10652.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq San Nikola, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi it-toroq jitnaddfu skont l-iskeda kif imniżżel fl-istess kuntratt ta’ tindif.