Uffiċċju tal-Prim Ministru — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Prim Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-impjegati fid-dipartimenti tal-Gvern għandhom pagi ppeggjati ma' skali taċ-Ċivil filwaqt illi fir-rigward ta' entitajiet il-pagi huma riflessjoni tas-suq tax-xogħol fis-settur partikolari.
Ministeru għas-Saħħa — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090.
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin fiż-żona ta’ Farsina f’Ħal Qormi u l-madwar, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir dwar ir-riħa tinten u qawwija li qed ikun hemm wara nżul ix-xemx, minħabba xi ħruq ta’ materjal? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir biex jiġi identifikat jekk is-sors jistax ikun ta' periklu, u jekk hu l-każ, x’inhu jsir biex tkun protetta s-saħħa tar-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li l-istess Kunsill ma rċieva l-ebda rapporti dwar irwejjaħ jintnu u qawwija fiż-żona ta’ Farsina, matul is-sena 2023.
Madankollu, infurmat li l-Kunsill relattiv ser jagħmel il-verifiki tiegħu sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja jekk ikun il-każ.
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Bonċ, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11674.
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Bonċ, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Bonċ, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li t-triq imsemmija ngħatat konkos ġdid fis-sena 2018, taħt il-kuntratt bl-isem ‘Upgrading (including resurfacing) of Farm Access Roads in Ħal Qormi’.
Madankollu, infurmat mill-istess Kunsill li ser isiru l-verifiki neċessarji sabiex tittieħed azzjoni jekk ikun il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għotjiet bħala għajnuna finanzjarja lill-kumpaniji matul l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma kumpaniji Maltin u kemm minnhom huma barranin, maqsuma wkoll skont il-valur tal-għotjiet u l-valur totali ta’ kemm minnhom ġejjin minn fondi nazzjonali u kemm minnhom minn fondi Ewropej?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema għajnuna finanzjarja qed jirreferi għaliha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw għotjiet bħala għajnuna finanzjarja lill-kumpaniji matul l-2022? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom huma kumpaniji Maltin u kemm minnhom huma barranin, maqsuma wkoll skont il-valur tal-għotjiet u l-valur totali ta’ kemm minnhom ġejjin minn fondi nazzjonali u kemm minnhom minn fondi Ewropej?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema għotjiet qed jirreferi.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jelenka n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li hawn reġistrati f’pajjiżna? Jista’ l-Ministru jelenka kemm-il persuna hawn f’Malta maqsuma għal kull pajjiż u kemm huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ta’ nazzjonalità barranija hawn f’kull lokalità, maqsuma skont il-pajjiż tal-oriġini, u kemm huma nisa u kemm huma irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ta’ nazzjonalità barranija hawn f’kull lokalità, maqsuma skont il-pajjiż tal-oriġini, u kemm huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din l-informazzjoni tinsab fiċ-ċensiment. Nitolbok tirreferi għad-dokument impoġġi fuq il-mejda tal-kamra P.L.1024
Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ta’ nazzjonalità barranija hawn f’kull lokalità, maqsuma skont il-pajjiż tal-oriġini, u kemm huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin fiż-żona ta’ Farsina f’Ħal Qormi u l-madwar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir dwar ir-riħa tinten u qawwija li qed ikun hemm wara nżul ix-xemx, minħabba xi ħruq ta’ materjal? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir biex jiġi identifikat jekk is-sors jistax ikun ta' periklu, u jekk hu l-każ, x’inhu jsir biex tkun protetta s-saħħa tar-residenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin fiż-żona ta’ Farsina f’Ħal Qormi u l-madwar, tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir dwar ir-riħa tinten u qawwija li qed ikun hemm wara nżul ix-xemx, minħabba xi ħruq ta’ materjal? Tista’ tgħid ukoll x’qed isir biex jiġi identifikat jekk is-sors jistax ikun ta' periklu, u jekk hu l-każ, x’inhu jsir biex tkun protetta s-saħħa tar-residenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul din is-sena sal-bidu t’Ottubru ġew investigati mill-ERA seba’ każijiet dwar ħruq ta’ skart fl-akkwati ta’ Ħal Qormi viċin iż-żona Ta’ Farsina, kif indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-każijiet kienu jinkludu Wied is-Sewda u żoni oħrajn li jmissu ma’ Ta’ Farsina.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Ħaddiema ingaġġati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11177 fir-rigward ta’ persuni ingaġġati mal-Ministeru. Fir-rigward tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra rigward is-Servizz Pubbliku. Ninsab infurmat li fl-istess perjodu kien hemm 1,674 terminazzjoni mill-istess Servizz. Ninsab infurmat ukoll li fl-entitajiet li huma parti mid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien hemm ingaġġ ta’ 90 persuna u 136 terminazzjoni. Rigward l-RSSL fejn din assorbiet l-eks ħaddiema tal-Air Malta, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10529.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-miżuri/punti li ma twettqux s’issa, mill-baġit ippreżentat is-sena li għaddiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont prattika li ġiet introdotta għaxar snin snin ilu, ser jinħareġ rapport fejn jingħata rendikont dwar it-twettiq tal-mizuri li jkunu tħabbru fil-baġit tas-sena preċedenti.
Fid-dawl li bdiet sena skolastika ġdida u kien hemm bosta lmenti dwar l-istat ħażin li tinsab fih l-iskola primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, li ilu jingħad li beda x-xogħol fuq din l-iskola, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata tax-xogħol li sar fuq din l-iskola u d-dettalji tat-timeframes dwar ix-xogħlijiet, u meta effettivament għandu jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jelenka n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li hawn reġistrati f’pajjiżna? Jista’ l-Ministru jelenka kemm-il persuna hawn f’Malta maqsuna għal kull pajjiż u kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jelenka n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li hawn reġistrati f’pajjiżna? Jista’ l-Ministru jelenka kemm-il persuna hawn f’Malta maqsuma għal kull pajjiż u kemm huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.