Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Baġit 2024 - Spiża fuq Reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12904 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-bagit, li sar nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2023, b’rabta mal-Baġit 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Operaturi ta’ servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri u kiri ta’ vetturi — Liċenzji maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12906 u jgħid kemm-il Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) inħarġet mill-2019 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Leġiżlazzjoni Sussidjarja daħlet fis-seħħ f’ Settembru tas-sena 2020. Għalhekk it-tabella li ssegwi turi l-ammont ta’ liċenzji ta’ operatur li ħarġu minn Settembru 2020 sat-8 ta’ Novembru 2023 maqsumin sena b’sena. Numru Total ta’ Liċenzji ta’ Operatur MaħruġaSena li Ġew Maħruġa l-Liċenzji 582020 1,0862021 1,3652022 6292023

Benefiċċji soċjali – Persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew akkużati l-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2023 l-ammont ta’ persuni mressqa huwa ta’ 184.

Benefiċċji soċjali — Persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew akkużati l-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Skema ‘Business Start’ — Intrapriżi li bbenefikaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema ‘Business Start’ bejn is-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm ingħataw kull waħda minn dawn il-kumpaniji f'tax credit jew fi grant?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija marbuta bil-kunfidenzjalità imposta skont l-artikolu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-artikolu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act). It-tabella hawn taħt turi l-ammonti totali tal-assistenza mogħtija sena b’sena: 2015 €275,000 2016 €1,400,000 2017 €375,000 2018 €450,000 2019 €225,000 2020 €750,000 2021 €756,000 2022 €975,000 2023 €188,000 (s’Ottubru 2023)

Skema ‘Business Start’ – Bord

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min huwa kompost il-bord li jiddeċiedi fuq applikazzjonijiet tal-iskema ‘Business Start’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għal assistenza taħt l-iskema ‘Business Start’ jgħaddu minn proċess amministrattiv. Meta applikazzjoni tkun se tiġi rifjutata, din tiġi riferuta lill-kumitat għall-investiment (sotto kumitat tal-Bord tal-korporazzjoni) għal deċiżjoni finali.

Intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema ‘Business Development’

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Development’ bejn is-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-Business Development fil-format preżenti bdiet mill-2021. L-ammont totali tal-intrapriżi li bbenefikaw jinstab fit-tabella hawn taħt: 2021 2022 2023 Business Development 2021 27 61 59

Intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema ‘Business Development’

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema ‘Business Development’ bejn is-sena 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm ingħataw kull waħda minn dawn il-kumpaniji?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija marbuta bil-kunfidenzjalità imposta skont l- artikolu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-artikolu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act). Barra minn hekk, l-iskema tal-Business Development bdiet mis-sena 2021. L-ammonti totali tal-assistenza mogħtija jinstabu fit-tabella hawn taħt: 2021 2022 2023 Business Development 2021 €3,578,206 €6,064,019 €6,963,400

Skema ‘Business Development’ – Bord

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min huwa kompost il-bord li jiddeċiedi fuq applikazzjonijiet tal-iskema ‘Business Development’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Korporazzjoni japprova l-assistenza taħt l-iskema Business Development. Il-Bord huwa kompost minn William Wait (President), Peter Borg (Deputat President) u tmien membri li huma Paul Abela, Jessica Camilleri, Victor Carachi, Michele Cardinali, Michael Grech, Brian Muscat, Terry Zammit u Christopher Vella Cesareo.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ u f’kull każ jgħid ma’ liema Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) huma reġistrati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Driver’s Tag valida (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Driver’s Tag inħarġet (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

NACE code 49.32 – Tax payers eżentati milli jiġbru l-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tax payers li huma eżentati milli jiġbru l-VAT għaliex jaqilgħu anqas minn €30,000 taħt NACE code 49.32?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn 1,899 taxpayers attivi li huma eżentati milli jiġbru l-VAT għaliex jaqilgħu anqas minn €30,000 taħt NACE code 49.32.

Skema ‘Business Start’ — Intrapriżi li bbenefikaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Start’ bejn is-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2015 sal-lum kien hemm 201 intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema tal-Business Start.

Skema ‘Business Start’ — Intrapriżi li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Start’ bejn is-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Operaturi ta’ servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri u kiri ta’ vetturi — Liċenzji ta’ Operaturi u Vetturi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-Liċenzji ta’ Operaturi (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) u għal kull waħda jgħid kemm hemm vetturi reġistrati magħha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ u f’kull każ jgħid ma’ liema Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) huma reġistrati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Driver’s Tag valida (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) u jqassam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Drivers’ Tags (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.