Legislature:
Category:
Reset
Active:

Central Link – Belisha lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinxtegħlu l-belisha lights li jinsabu viċin l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), għall-ġid tar-residenti u l-ħaddiema li jiffrekwentaw iż-żona, peress li minn meta ġew stallati mal-proġett tas-Central Link sal-lum, għadhom qatt ma nxtegħlu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-Pelican Crossing li hemm fil-viċinanzi qed jaħdmu, il-Belisha Lights għadhom mitfija però qed isiru l-preparamaneti neċessarji biex jinxtegħlu.

Malta Enterprise — Start-Up Festival - Spiża

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista sħiħa tal-infiq li sar relatat mal-iStart-Up Festival li sar f'Ottubru ta’ din is-sena minn Malta Enterprise?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-bilanċ proviżorju tal-konferenza Startup Festival Malta li saret ix-xahar li għadda (Ottubru 2023) huwa’ ta’ €277,221.83. Dawn jinqasmu kif ġej: Ħlasijiet: €440,401.83 Dħul: €163,180.00 Total: €277,221.83 Għal dan l-avveniment, li kien mifrux fuq jumejn, irreġistraw 1,800 persuna bejn fundaturi ta’ kumpaniji startup, ħaddiema fi startups, investituri f’dawn il-kumpaniji, entitajiet privati u pubbliċi. Huwa kkalkulat ukoll li għal din il-konferenza attendew madwar 300 parteċipant barrani li ġew apposta f’pajjiżna għal din l-attività.

Kumpaniji Maltin li joperaw fil-Blockchain — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema jaħdmu f'Malta, ma' kumpaniji Maltin, li joperaw fil-blockchain?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-figura definittiva fuq l-impjieg f'dan ir-rigward ma tistax tingħata peress li l-NSO tuża l-klassifikazzjoni tal-attività ekonomika hekk imsejħa NACE biex ikunu kkalkulati l-livelli tal-impjiegi fl-intrapriżi. Din il-klassifikazzjoni ma tittrattax il-blockchain bħala settur separat, jiġifieri għalih innifsu.

Kumpaniji Maltin li joperaw fil-Blockchain — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema jaħdmu f'Malta, ma' kumpaniji Maltin, li joperaw fil-blockchain?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Blockchain hija teknoloġija u allura dak li qiegħed jistaqsi l-Onor. Interpellant huwa daqslikieku qiegħed jistaqsi kemm hawn kumpaniji joperaw fl-internet.

Operazzjoni tal-Katarretti — Lista ta' stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni tal-katarretti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni tal-katarretti għal aktar żmien minn dak stipulat fil-Patient Charter hemm 362.

Operazzjoni ta’ kirurġija – Lista ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12913 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ u f’kull każ jgħid ma’ liema Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) huma reġistrati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12913.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12914 u jgħid kemm hawn persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Driver’s Tag valida (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12914.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12915 u jgħid kemm-il Driver’s Tag inħarġet (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12915.

NACE code 49.32 – Tax payers eżentati milli jiġbru l-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12916 u jgħid kemm hawn tax payers li huma eżentati milli jiġbru l-VAT għaliex jaqilgħu anqas minn €30,000 taħt NACE code 49.32?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba diġà ngħatat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12916.

Skema ‘Business Start’ — Intrapriżi li bbenefikaw

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13060 u tgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Start’ bejn is-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 13060 fejn għandu tweġiba ċara għall-mistoqsija tiegħu.

Skema ‘Business Start’ — Intrapriżi li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13061 u jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Start’ bejn is-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13061.

Benefiċċji soċjali – Fondi rkuprati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi ġew irkuprati lura minn dawk li nstabu ħatja mill-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Iterpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Benefiċċji soċjali – Fondi rkuprati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi ġew irkuprati lura minn dawk li nstabu ħatja mill-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Operaturi ta’ servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri u kiri ta’ vetturi — Liċenzji ta’ Operaturi u Vetturi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12907 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-Liċenzji ta’ Operaturi (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) u għal kull waħda jgħid kemm hemm vetturi reġistrati magħha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista sħiħa tal-liċenzji ta’ operatur u il-vetturi bil-pjanċi jispiċċaw bl-ittri “GY” u “LY” abbinati ma’ kull liċenzja.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12908 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ u f’kull każ jgħid ma’ liema Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) huma reġistrati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ vetturi bil-pjanċi jispiċċaw bl-ittri “GY” u “LY” u l-Liċenzja ta’ Operatur abbinata magħhom. Inzid ukoll li dawk il-vetturi fil-lista mmarkati bil-kulur griz, huma vetturi ggaraxxjati jew bil-liċenzja taċ-ċirkulazzjoni skaduta minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-Legizlazzjoni Sussidjarja 499.68. Għaldaqstant is-sidien ta’ dawn il-vetturi, għalkemm infurmati, għadhom ma ġewx japplikaw għal Liċenzja ta’ operatur. Infurmat ukoll li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħadet il-mizuri meħtieġa sabiex qabel ma l-vetturi jiġu liċenzjati, s-sidien għandhom jiġu konformi mar-regolamenti msemmija.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12909 u jgħid kemm hawn persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Driver’s Tag valida (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) u jqassam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta sat-13 ta’ Novembru 2023, in- numru ta’ persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Driver’s Tag valida ta’ xufiera ta’ vetturi ¿għar għal ġarr tal-passiġġieri jammonta għal 13,901. Infurmat ukoll li l-Awtorità għat-Trasport f’ Malta ma ¿¿ommx rekords bin-nazzjonalità tal-persuna, i¿da bin-numru tal-karta tal-identità u / jew bid-dokument tar-residenza maħruġa minn Identità.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12910 jgħid kemm inħarġu Drivers’ Tags (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ permess ta’ xufier/ Tags maħruġa għax-xufiera ta’ vetturi żgħar għall-ġarr tal-passiġġieri mill-2017 sat-8 ta’ Novembru 2023 (maqsumin sena b’sena) kien kif isegwi: SenaAmmont 20172,138 20184,425 20193,090 20201,247 20211,205 20223,270 20233,079 TOTAL18,454

Skema ‘Business Development’ – Bord

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ltaqa' l-bord li jiddeċiedi fuq applikazzjonijiet tal-iskema ‘Business Development’ fis-sena 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13067, ninsab infurmata li l-Bord tal-Korporazzjoni jiltaqa’ mill-inqas darba f’xahar. Din is-sena l-Bord iltaqa’ fl-10 ta’ Jannar; 7 ta’ Frar; 6 ta’ Marzu; 13 ta’ Marzu; 4 t’April; 4 ta’ Mejju; 13 ta’ Ġunju; 4 ta’ Lulju; 8 t’Awissu; 5 ta’ Settembru; 10 t’Ottubru; 26 t’Ottubru u 7 ta’ Novembru.

Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11659 u jelenka n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li hawn reġistrati f’pajjiżna? Jista’ l-Ministru jelenka kemm-il persuna hawn f’Malta maqsuma għal kull pajjiż u kemm huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12732.