Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13456 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4,069 pazjent li qed jistennew operazzjoni relatata mal-kirurġija ġenerali għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter u 1514 minnhom għandhom id-data tal-operazzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas kollu li għamlet l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) lil media houses lokali u internazzjonali matul is-snin 2020, 2021, 2022 u bejn Jannar 2023 u t-23 ta’ Novembru 2023? Kemm kien il-ħlas, ta’ xiex kien, min approvah u x’servizz ingħata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Budget 2024 - Spiża fuq Reklamar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12904 u 13118, u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2023, b’rabta mal-Baġit 2024?
Response (ABELA, ROBERT)
Mal-mument li jitħabbar il-baġit ikunu mnedija wkoll numru ta’ servizzi biex il-pubbliku jkun mgħarraf dwar kif jista’ jibbenefika mill-miżuri mħabbra.
Fost oħrajn titnieda linja tat-telephone (8007 2207) li mill-għada tal-baġit tibda tirċievi t-telefonati tal-pubbliku kif ukoll jitnieda s-sit elettroniku budget.gov.mt li għandu l-għan li jinforma l-pubbliku bil-miżuri ewlenin. Għall-istess għan tintuża wkoll il-paġna tal-Gvern, MaltaGov.
Naturalment, dawn is-servizzi jridu jkunu reklamati.
Mill-mument li tħabbar il-baġit, kienu madwar 40,000 persuna li aċċessaw xi wieħed minn dawn is-servizzi msemmija.
L-iktar temi li dwarhom staqsew in-nies huma kif jidher hawn taħt.
• Iż-żidiet fil-pensjonijiet;
• L-allowance (€1,500 fuq tliet snin) għall-ġenituri li wliedhom jibqgħu jistudjaw;
• Il-mekkaniżmu addizzjonali tal-għoli tal-ħajja;
• Is-ceiling tal-pensjonijiet u l-miżuri biex jindirizzaw l-inġustizzja ma’ dawk li twieldu qabel l-1962;
• Iż-żieda fiċ-children’s allowance.
Għal din il-kampanja ta’ informazzjoni hemm allokati €165,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Operazzjoni ta’ kirurġija plastika – Lista ta’ stennija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija plastika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 147 pazjent li qed jistennew operazzjoni relatata mal-kirurġija plastika għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Operazzjoni ta’ newrokirurġija – Lista ta’ stennija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni relatata ma’ newrokirurġija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 43 pazjent li qed jistennew operazzjoni relatata ma’ newrokirurġija għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlesta x-xogħol fil-medical services Southern Regional hub, f’Raħal Ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fuq Vincent Moran Paola Regional Hub jinsabu fl-aħħar stadji u mistenni li jkun miftuħ għall-pubbliku s-sena d-dieħla.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13179 u 13180 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm fondi ġew irkuprati lura minn dawk li nstabu ħatja mill-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13179 u 13180 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol rispettivament, jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi ġew irkuprati lura minn dawk li nstabu ħatja mill-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill ammont li ġew assesjati fuq każijiet li ntalbu rifużjoni tal-ħlasijiet li saru, sa issa ġew irkuprati €626,653.87