Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13579 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13580 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13581 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13582 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-proġett taċ-chatbot bil-lingwa Maltija, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-finanzjament li ngħata lil dan il-proġett minn fondi pubbliċi jew Ewropej, direttament jew indirettament? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’inhuma l-għanijiet u r-riżultati mistennija minn dan il-proġett u jekk kienx hemm xi kundizzjonijiet jew rekwiżiti mehmuża ma’ tali finanzjament? Fl-aħħar nett jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’inhu l-impatt mistenni minn dan il-proġett fis-setturi bankarji u finanzjarji, b'mod partikolari f'termini ta' titjib fl-appoġġ lill-klijenti u l-effiċjenza operattiva?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għall-proġett taċ-chatbot bil-lingwa Maltija, tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-finanzjament li ngħata lil dan il-proġett minn fondi pubbliċi jew Ewropej, direttament jew indirettament? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll x’inhuma l-għanijiet u r-riżultati mistennija minn dan il-proġett u jekk kienx hemm xi kundizzjonijiet jew rekwiżiti mehmuża ma’ tali finanzjament? Fl-aħħar nett tista’ l-Ministru tgħid ukoll x’inhu l-impatt mistenni minn dan il-proġett fis-setturi bankarji u finanzjarji, b'mod partikolari f'termini ta' titjib fl-appoġġ lill-klijenti u l-effiċjenza operattiva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-proġett ‘The New Era of Chatbot’ huwa proġett ta’ Riċerka u Żvilupp permezz ta’ kollaborazzjoni bejn żewġ entitajiet privati – Cartesio Ltd u Noovle International li qed jaħdmu mal-Università ta’ Malta biex jiġi żviluppat chatbot ta’ konverżazzjoni permezz tal-intelliġenza artifiċjali bil-lingwa Maltija. Il-proġett qed jiġi mgħejjun permezz tal-iskema Research and Development 2020 tal-Malta Enterprise (fondi lokali) skont il-linji gwida approvati mill-Kummissjoni Ewropea u li jistgħu jinstabu f’din il-link: https://maltaenterprise.com/support/research-and-development-2020.
Filwaqt li l-Att dwar il-Promozzjoni tal-Investiment jistipula kunfidenzjalità dwar proġetti speċifiċi, fi skemi bħal Research and Development 2020 ikun hemm skrutinju ta’ persuni tekniċi, evalwazzjoni tal-business plan u financial plans u fl-aħħar jiġi approvat mill-bord tal-Malta Enterprise. Kull proġett ikollu numru ta’ kundizzjonijiet marbutin miegħu.
Il-proġett huwa mistenni li jiżviluppa chatbot bl-AI, Machine Learning u cloud computing li jista’ jintuża fis-setturi bankarji, finanzjarji, assigurazzjoni u servizzi ta’ investimenti fost oħrajn u mistenni li joffri aċċess iktar wiesgħa u aċċessibbli għall-klijenti f’dawn is-setturi. Dan il-proġett se jwassal biex klijenti jużaw dan ic-chatbot avvanzat biex jikkomunikaw ma’ customer care fuq is-siti u l-apps permezz tal-lingwa Maltija. Lingwi oħrajn u applikazzjoni f’setturi diversi jistgħu jsegwu f’dan il-mudell li qed jiġi żviluppat f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqaija parlamentari 13573 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13574 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13575 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13576 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas kollu li għamel il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) lil media houses lokali u internazzjonali matul is-snin 2020, 2021, 2022 u bejn Jannar 2023 u t-23 ta’ Novembru 2023? Kemm kien il-ħlas, ta’ xiex kien, min approvah u x’servizz ingħata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas kollu li għamel il-Bank Ċentrali ta’ Malta lil media houses lokali u internazzjonali matul is-snin 2020, 2021, 2022 u bejn Jannar 2023 u t-23 ta’ Novembru 2023? Kemm kien il-ħlas, ta’ xiex kien, min approvah u x’servizz ingħata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas kollu li għamlet il-Borża ta’ Malta lil media houses lokali u internazzjonali matul is-snin 2020, 2021, 2022 u bejn Jannar 2023 u t-23 ta’ Novembru 2023? Kemm kien il-ħlas, ta’ xiex kien, min approvah u x’servizz ingħata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ pazjenti li huma reġistrati għall-Pharmacy of Your Choice (POYC) ma’ kull spiżerija f’Malta u Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li huma reġistrati għall-Pharmacy of Your Choice f’Malta u Għawdex huwa 183,002.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm tħallset kull spiżerija f’Malta u Għawdex għax-xogħol tal-Pharmacy of Your Choice (POYC) fil-komunità fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn t'taħt:
Pharmacy Of Your Choice
Pharmacy Fees and MURs paid
2021
2022
2023
Pharmacy fees
7,792,228.72
14,872,158.28
14,880,703.14
Medicine User Reviews
-
-
1,111,486.73
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm tħallset kull spiżerija f’Malta u Għawdex għax-xogħol tal-Medicines Use Review (MUR) fil-komunità fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista' l-Ministru jippubblika d-dati tal-laqgħat li saru tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) inkluż ir-rassenja ta' min attenda u min le, u r-raġuni għan-nuqqas ta' attendenza għal-laqgħat kollha li saru fl-2020, 2021, 2022 u bejn Jannar u Ottubru 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant illi rigward id-dati tal-laqgħat tal-Compliance Monitoring Committee (CMC) rikjesti, biex jirreferi għat-tliet tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari li diġà ġew imwieġba u li jelenkaw id-dati tal-laqgħat taċ-CMC għas-snin 2020 (PQ 5017), 2021 (PQ 5018) u 2022 (PQ 5019).
Rigward id-dati tal-laqgħat għas-sena 2023, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Inoltre, ssir referenza għar-Rapport Annwali tal-FIAU tas-sena 2022, li jispjega l-komposizzjoni tal-Compliance Monitoring Committee. Dan huwa kompost mid-Direttur, il-Viċi Direttur, il-Head of Enforcement, uffiċjal fi grad mhux inqas minn ‘senior’ mill-Legal and International Affairs Section tal-FIAU u uffiċjal fi grad mhux inqas minn ‘senior’ mill-Enforcement Section ta-FIAU, li ma jkunx l-istess uffiċjal li jkun qed jippreżenta l-każ lis-CMC.
Il-‘quorum’ sabiex issir laqgħa tas-CMC huwa ta’ tliet membri, li jridu jinkludu d-Direttur jew Viċi Direttur u uffiċjal mill-Enforcement Section. Fil-laqgħat kollha tas-CMC hawn fuq ikkwotati, dejjem intlaħaq il-quorum.
Ta' min jiċċara illi is-CMC jiġi kompost għal kull każ li jiġi eskalat lill-Enforcement Section biex jiġi diskuss, dejjem skont il-‘quorum’ kif hawn fuq spjegat. Għaldaqstant m’hemmx rassenja li trid tittieħed, għaliex biex issir laqgħa tas-CMC dejjem irid ikun hemm din il-komposizzjoni minima.
Jiġi enfasizzat illi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kollha dwar il-każijiet speċifici illi għandu fil-pussess tiegħi il-Korp hija kunfidenzjali u protetta taħt l-Artiklu 34 ta-Att kontra l-Money Laundering, u għalhekk ma jistgħux jingħataw dettalji jew informazzjoni dwar il-każijiet partikolari.
Jista' l-Ministru jippubblika d-dati tal-laqgħat li saru mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) inkluż ir-rassenja ta' min attenda u min le, u r-raġuni għan-nuqqas ta' attendenza għal-laqgħat kollha li saru fl-2020, 2021, 2022 u bejn Jannar u Ottubru 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jaħdmu fis-settur bankarju, inkluż mal-Bank Ċentrali ta’ Malta u mal-Malta Development Bank?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta’ Ġunju 2023, in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu fis-settur bankarju, inkluż mal-Bank Ċentrali ta’ Malta u mal-Malta Development Bank kien ta’ 5,998.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kull sena, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, lokalità b’lokalità:
a. kemm irċeviet applikazzjonijiet ta’ żvilupp l-Awtorità tal-Ippjanar;
b. kemm l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet rappreżentazzjonijiet u/jew objections mingħand għaqdiet non-governattivi; u
ċ. kemm l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet rappreżentazzjonijiet u/jew objections mingħand il-pubbliku inġenerali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm irċeviet applikazzjonijiet ta’ żvilupp l-Awtorità tal-Ippjanar fis-snin imsemmija (sal-20 ta’ Novembru 2023), lokalità b’lokalità. L-istess tabella tindika kemm il-persuna daħlet rapreżentazzjonijiet (li jafu jkunu favur jew kontra żvilupp) fl-istess każijiet u kemm il-rappreżentazzjoni daħlet fl-istess każijiet (minħabba li l-istess persuna tista’ ddaħħal aktar minn rappreżentazzjoni waħda. Mill-mod ta’ kif tinżamm l-informazzjoni fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, mhux possibbli li wieħed jifred ir-rappreżentazzjonijiet mingħand għaqdiet non-governattivi minn dawk tal-pubbliku inġenerali minħabba li dawn għandhom l-istess drittijiet f’għajnejn il-liġi fejn jikkonċerna reġistrazzjoni ta’ interess f’applikazzjoni.