Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bdiewa reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13573 u 13916 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13574 u 13917 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Luqa – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13575 u 13918 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Is-Siġġiewi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13576 u 13919 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Kirkop — residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13577 u 13943 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa reġistrati

Question

Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13578 u 13944 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi – Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Qormi matul is-sena 2024 u jipprovdi d-dettalji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li fil-preżent f’din il-lokalitá hemm għoxrin (20) spazju miftuħ, li qed jiġu jiswew madwar € 120,000 lill-Kunsill Lokali, f’żamma u manutenzjoni. F’dan ir-rigward, infurmat li l-Kunsill Lokali se jkun qed jinvesti fi proġett ambjentali għar-riġenerazzjoni ta’ Triq San Bartolomew u parti minn Triq il-Vitorja. Barra minn hekk, infurmat li bħalissa l-Kunsill Lokali jinsab għaddej b’xogħol ta’ riġenerazzjoni tal-Ġnien f’Misraħ iż-Zebbuġ, liema proġett wasal fil-fażi finali tiegħu u riġenerazzjoni ta’ Ġnien iż-Żgħożija. Intant infurmat li huwa ppjanat ukoll li jsir tibdil fil-playing equipment kollu eżistenti fi Ġnien de la Cruz, l-playing field ta’ Fuq Tal-Blat u l-Qormi Sports Complex fi Triq Manwel Dimech. Finalment, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi wkoll ghat-tweġiba li ngħatat għad-domanda parlamentari 14110.

Ħal Luqa – Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Luqa matul is-sena 2024 u jipprovdi d-dettalji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li qed isiru l-istudji meħtieġa sabiex isiru spazji miftuħa adegwati skont l-esiġenza tal-lokalità, u dan minbarra ż-żamma u manutenzjoni ta’ Misraħ iż-Żgħażagħ u l-Family Park f’Ħal Farruġ. Barra minhekk, infurmat li l-Kunsill Lokali jinsab għaddej b’evalwazzjoni ta’ tender relatata ma’ xogħlijiet ta’ ġnien ġdid fi Triq ir-Russett l-Abjad f’Ħal Farruġ. Finalment, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi wkoll għat-tweġiba li ngħatat għad-domanda parlamentari 14111.

Is-Siġġiewi – Spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa fis-Siġġiewi matul is-sena 2024 u jipprovdi d-dettalji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa għaddej ix-xogħol minn Indis fuq ‘family park’ tul Triq Salvu Borġ Olivier. Apparti minn hekk, infurmat li inbeda wkoll il-proġett komunitarju f’Binja Ramija (Triq Annunziato Schembri ma’ Triq Calcidon Zammit). Infurmat ukoll li fil-preżent hemm ukoll proċess ta’ applikazzjoni mal-Awtorità kkonċernata għal ‘reading garden’ fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi. Finalment, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi wkoll għat-tweġiba li ngħatat għad-domanda parlamentari 14112.

Ħal Qormi – Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Qormi matul is-sena 2024 u tipprvodi d-dettalji?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-konfini ta’ Ħal Qormi, Project Green bdiet xogħlijiet f’Wied iċ-Ċawsli u Wied is-Sewda. Dawn l-interventi huma intiżi li jtejbu l-ekoloġija tas-siti u fl-istess waqt jagħmluhom aktar aċċessibbli għall-pubbliku. F’Wied iċ-Ċawsli l-pubbliku se jkun jista’ jgawdi minn żona mħaddra b’siġar adattati għall-ambjent tal-wied u se tinħoloq mogħdija li ttejjeb l-aċċess, b’sensittività sħiħa għall-ekoloġija tal-wied. Xogħlijiet simili qed jitwettqu f’Wied is-Sewda. Dawn jinkludu t-tindif u t-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli indiġeni u r-riġenerazzjoni ta’ żona aċċessibbli għall-pubbliku. Minbarra l-interventi fil-widien, f’Ħal Qormi wkoll, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża qed jassisti, b’finanzjament ta’ 85% tan-nefqa, fir-riġenerazzjoni ta’ Misraħ Narbona. Dan il-proġett għandu l-għan li jħaddar u jsebbaħ din il-pjazza b’mod li jiġi assigurat aktar spazju pedonali u tittejjeb l-aċċessibbiltà għar-residenti. Il-proġett intgħażel wara sejħa għall-proposti mmirata għall-Kunsilli Lokali sabiex dawn iwettqu proġetti infrastrutturali li jikkontribwixxu għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli għal Malta għall-2050, kif ukoll għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-Ġnus Magħquda. Sadattant, fil-konfini ta’ din il-lokalità, permezz ta’ Greenserv sar il-proġett biex parti fiż-żona tal-Wied ta’ Ħal Qormi ssaqqfet u nbidlet fi spazju miftuħ imħaddar b’siġar u arbuxelli għat-tgawdija tar-residenti.

Ħal Luqa – Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Luqa matul is-sena 2024 u tipprvodi d-dettalji?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li Project Green għaddejja b’diskussjonijiet ma’ Sport Malta dwar il-possibiltà li jsir proġett ta’ spazju miftuħ fiż-żona ta’ Ħal Farruġ. Tinsab ukoll f’taħditiet separati mal-Awtorità tal-Artijiet biex art oħra li tinsab fil-qalba ta’ Ħal Luqa u li bħalissa tista’ tinbena, minflok tiġi kkundisdrata biex din ukoll tinbidel fi spazju miftuħ.

FIAU — Bord tal-Gvernaturi - Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jippubblika d-dati tal-laqgħat li saru mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) inkluż ir-rassenja ta' min attenda u min le, u r-raġuni għan-nuqqas ta' attendenza għal-laqgħat kollha li saru fl-2020, 2021, 2022 u bejn Jannar u Ottubru 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Is-Siġġiewi — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta' din is-sena u matul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi ppreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: P/o Triq Santa Margerita / P/o Triq Pawlu VI, Triq L-Imdina, Triq Annabelle Vassallo, Triq Imqabba, Triq Il-Knisja Qadima, Girgenti Junction, Triq blat il-Qamar, Triq l-Għid, Triq Tabib Nikola Żammit, Triq il-Muża, Triq Salvu Borġ Olivier u P/o Triq Żernieq. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.

Ħal Luqa — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Luqa sal-aħħar ta' din is-sena u matul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Hal-Luqa ppreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: p/o Triq Sant' Andrija, Triq San Ġużepp, Triq San Ġorġ, Triq Santa Marija, Triq Ġużeppi Penza, Triq il-Karmnu, Triq Ċensu Decandia, Triq G.Triganze u Triq Ġanni Vassallo. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.

Ħal Qormi — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena u matul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi ppreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: Triq Id-Dielja, Triq id-Deheb Fin, Triq Il-Ħarifa, P/O Triq ix-Xitwa, Triq San Ġwakkin, Triq il-Vitorja, Triq San Bastjan, Triq San Edwardu, Triq il-Ġdida, Triq l-20 ta' Jannar, Triq il-Ħelsien, Triq Il-Belt Valletta, Triq id-Drama u Triq il-Poeżija. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.

Ħaż-Żebbuġ — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħaż-Żebbuġ sal-aħħar ta' din is-sena u matul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ippreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: Ħal Dwieli Alleys No. 2 & 3, Sqaq Kandlora Nru 2, Triq tad-Dawl, Triq il-Kandlora, Mistrah l-Isptar, Triq Achilles Ferrris, Triq Pawlu Balzan, Triq tal-Grazzja, Triq Dun Mikiel Xerri, Triq il-Kbira, Triq is-siġġiewi, Triq Mistrah Ħal Muxi, Triq Sant Antnin, Triq Santa Marija u Sqaq Nru 4. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.

Ħal Kirkop – Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Kirkop sal-aħħar tal-2023 u tul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Hal Kirkop ppreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: Triq Nerik Xerri, Triq San Pietru, Triq L-Industrija, P/o Triq San Nikola, Sqaq San Ġwann, Sqaq San Andrija, Mistrah Kirkop, Triq il-Parroċċa, Triq il-Kbira, Triq San Rokku, Triq Fieres u Triq In-Niċċa Tal-Madonna. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.

Ħal Kirkop — residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13577 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bdiewa reġistrati

Question

Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13578 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.