Ħal Qormi — Tal-Ħandaq - Triq Indri Psaila - Tiswija ta' bankina
Question
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minnufih fuq l-istat tal-bankina fi Triq Indri Psaila fiż-żona industrijali f'Tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi kif muri fir-ritratt anness biex il-bankina tiġi rranġata u b'hekk ma tkunx ta' periklu kemm għall-ħaddiema kif ukoll għar-residenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ INDIS.
Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – għoti ta’ liċenzja lill-AUM
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5723 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5118, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji speċifiċi li l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet lill-American University of Malta (AUM), biex din tkun tista’ tingħata l-liċenzja ħalli topera f’pajjiżna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzji li jinħarġu biex istituzzjonijiet li joperaw minn Malta, jinkludu lista ta’ kriterji.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat Parlamentari — entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat bejn rappreżentanti tal-Gvern u rappreżentanti tal-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll min attenda u jekk jeżistux minuti ta' dawn il-laqgħat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jien qatt ma kelli laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ dawn il-kumpaniji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jagħtu flejjes f'taxxa lill-Gvern Malti u kemm huwa l-ammont?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tas-segretezza uffiċjali (artikolu 4 tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, Kap. 372 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ta multi l-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2023 u kemm ġabar minn dawn il-multi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2023 l-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja ħareġ 144 multa fuq persuni suġġetti li jammontaw għal €3,360,814.
Sal-31 ta’ Diċembru 2023 tħallsu 96 multa li jammontaw għal €1,407,479.
Wieħed irid iżomm f’moħħu li multi determinati mill-Korp jistgħhu jinbidlu wara deċiżjoni tal-Qorti; kif ukoll, meta deċiżjoni tal-Korp li tiġi appellata quddiem il-Qorti, l-ammont ta’ penali stabbilit mill-Korp ma jiġix imħallas għaliex dik il-penali ma titqisx waħda finali. Tiġi mħallsa biss wara deċiżjoni tal-Qorti u dejjem abbażi ta’ dik id-deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13575, 13918 u 14127 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number of registered farmers (Luqa)
2018
153
2019
162
2020
171
2021
178
2022
186
2023
201
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13576, 13919 u 14128 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number of registered farmers (Siġġiewi)
2018
603
2019
639
2020
666
2021
696
2022
730
2023
766
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13577, 13943 u 14163 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number of registered farmers (Kirkop)
2018
79
2019
83
2020
88
2021
93
2022
96
2023
99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13578, 13944 u 14164 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number of registered farmers
2013
6,777
2014
7,778
2015
8,118
2016
8,763
2017
9,350
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta saru l-laqgħat bejn rappreżentanti tal-Gvern u rappreżentanti tal-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll min attenda u jekk jeżistux minuti ta' dawn il-laqgħat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien qatt ma ltqajt mas-Sur Changpeng Zhao.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, għandhomx jagħtu flejjes f'taxxa lill-Gvern Malti u kemm huwa l-ammont?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13579 u 13945 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number or registered farmers (Qormi)
2013
155
2014
183
2015
194
2016
207
2017
218
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13580 u 13946 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number or registered farmers (Ħal Luqa)
2013
114
2014
126
2015
127
2016
135
2017
148
Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13581 u 13947 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number or registered farmers (Siġġiewi)
2013
473
2014
503
2015
522
2016
558
2017
590
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13582 u 13948 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number or registered farmers (Ħal Kirkop)
2013
52
2014
64
2015
70
2016
73
2017
75
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13573, 13916 u 14125 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number or registered farmers
2018
9,656
2019
10,214
2020
11,008
2021
12,008
2022
12,781
2023
13,459
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13574, 13917 u 14126 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number or registered farmers (Qormi)
2018
217
2019
235
2020
242
2021
269
2022
301
2023
324
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi stallata speed camera jew x'miżuri oħra se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq il-Ħelsien, f'Ħal Qormi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet nota tas-sewqan fi Triq il-Ħelsien, f'Ħal Qormi u kkomunikat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex jiġu kkontemplati “traffic calming measures”.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi stallata speed camera jew x'miżuri oħra se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq il-Vitorja, f'Ħal Qormi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi Transport Malta ma rċeviet l-ebda talbiet għal ‘fixed speed camera’ fi Triq il-Vitorja, f'Ħal Qormi. Madanakollu, l-Awtorità ħadet nota u ser tkun qed tevalwa l-kriterji ta’ eliġibilità għal fixed speed camera kif stabbiliti fl-iSpeed Management on Maltese Roads Policy and Technical Guidance Manual - Annex 3C.